Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 taʼ April 2012 — Il‑Kummissjoni vs Ċipru
(Kawża C‑125/09)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttivi 2002/21/KE u 2002/20/KE — Drittijiet ta’ passaġġ — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previstˮ
Atti tal-istituzzjonijiet — Direttivi — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Neċessità ta’ traspożizzjoni ċara u preċiża — Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttivi 2002/20 u 2002/21 — Obbligu tal-Istati Membri li jiggarantixxu l-għoti tad-drittijiet ta’ passaġġ fi, fuq jew taħt proprjetà pubblika abbażi ta’ proċeduri trasparenti, applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/20, Artikolu 4(1), u 2002/21, Artikolu 11(1)) (ara l-punti 41 u 42, u d-dispożittiv)
Suġġett
| Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadruˮ [Qafas]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349) — Ksur tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ “Awtorizzazzjoniˮ) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337) — Għoti u awtorizzazzjoni ta’ drittijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti riżorsi fi, fuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata lil impriża awtorizzata sabiex tipprovdi netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. |
Dispożittiv
|
1) |
Billi ma ggarantietx l-għoti tad-drittijiet ta’ passaġġ fi, fuq jew taħt proprjetà pubblika abbażi ta’ proċeduri trasparenti, applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadruˮ [Qafas]), u skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ “Awtorizzazzjoniˮ), ir-Repubblika ta’ Ċipru naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-direttivi. |
|
2) |
Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż. |