|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3215 |
19.12.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3215
tat-28 ta’ Ġunju 2024
li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 11(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjonijiet lingwistiċi bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Litwan, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bit-Taljan u bl-Ungeriż, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 (2), fihom l-iżbalji f’xi indikazzjonijiet tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika fl-Annessi I u II tiegħu. |
|
(2) |
Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Franċiż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bil-Pollakk u bil-Portugiż, tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139, fihom żbalji addizzjonali. Fil-verżjoni lingwistika bil-Portugiż, hemm referenza skorretta fl-Artikolu 1. Fil-verżjoni lingwistika bil-Pollakk, tħalla barra paragrafu fit-Taqsima 3.5 taħt “Deskrizzjoni tal-attività”, tal-Anness I. Il-verżjoni lingwistika bil-Franċiż fiha żball fit-titolu tal-Anness II, u l-verżjonijiet lingwistiċi bl-Irlandiż u bl-Ispanjol fihom żball rigward il-klassi taċ-Ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbilita fit-Taqsima 7.7, fit-tabella, il-punt (1), it-tieni kolonna, it-tieni paragrafu, tal-Anness II. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjonijiet lingwistiċi bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Litwan, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bit-Taljan u bl-Ungeriż, tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139, jiġu korretti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/852/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/2139/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/3215/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)