|
6.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 259/38 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1784
tat-2 ta' Ottubru 2015
li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tar-reġjun tal-Irlanda ta' Fuq tar-Renju Unit bħala reġjun uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini
(notifikata bid-dokument C(2015) 6630)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-paragrafu 7 tal-Anness A.II. tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ ta' annimali bovini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom reġjun ta' Stat Membru jista' jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. |
|
(2) |
Il-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (2) jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li huma ddikjarati bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. Fl-annotazzjoni għar-Renju Unit ta' dak il-Kapitolu, huma diġà elenkati r-reġjuni tal-Ingilterra, l-Iskozja u Wales kif ukoll l-Isle of Man. |
|
(3) |
Ir-Renju Unit ressaq dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi l-konformità tar-reġjun tal-Irlanda ta' Fuq mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE għall-istatus ta' reġjun uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. Għaldaqstant, dan ir-reġjun għandu jiġi ddikjarat bħala wieħed uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward tal-merħliet bovini. |
|
(4) |
Għalhekk, il-lista stabbilita fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha tiġi emendata biex tinkludi l-Irlanda ta' Fuq. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enzootika ta' xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).
ANNESS
Fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2003/467/KE, l-annotazzjoni għar-Renju Unit tinbidel b'dan li ġej:
“Fir-Renju Unit:
|
— |
il-Gran Brittanja: l-Ingilterra, l-Iskozja, Wales, |
|
— |
l-Isle of Man, |
|
— |
l-Irlanda ta' Fuq.” |