<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑516/15 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0516</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:1004">EU:C:2016:1004</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET WAHL – KAWŻA C‑516/15 P</P><P>AKZO NOBEL ET vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Wahl</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑516/15 P</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Akzo Nobel NV</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Akzo Nobel Chemicals GmbH</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Akzo Nobel Chemicals BV</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Swieq Ewropej ta’ stabilizzaturi tas-sħana</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tikkonstata żewġ okkorrenzi ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE</KEYWORD><KEYWORD>Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva</KEYWORD><KEYWORD>Imputazzjoni tar-responsabbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Ksur imwettaq minn sussidjarji u responsabbiltà dderivata tal-kumpannija omm</KEYWORD><KEYWORD>Konsegwenzi ta’ annullament tal-multa imposta fuq is-sussidjarji minħabba l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni previst fl-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dan l-appell, ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑47/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:506">EU:T:2015:506</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi ċerta informazzjoni fir-rigward tal-konsegwenzi li għandhom jinsiltu b’mod konkret mill-prinċipji li hija stabbilixxiet fil-qasam tal-imputazzjoni tar-responsabbiltà għall-aġir antikompetittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni tikkonċerna b’mod iktar preċiż jekk il-benefiċċju tal-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tas-setgħa ta’ sanzjoni kkonstatata fir-rigward ta’ sussidjarja għandux jiġi estiż għall-kumpannija omm u, jekk ikun il-każ, f’liema limiti. Fil-fatt, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ma setgħetx iktar timponi multa fuq Akzo Nobel Chemicals GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Akzo GmbH<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Akzo Chemicals BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Akzo BV<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), kumpanniji sussidjarji ta’ Akzo Nobel NV minħabba l-preskrizzjoni, ma kellux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>il-konsegwenza li jqiegħed f’dubju ir-responsabbiltà tal-kumpannija parent u li jimpedixxi l-proċeduri fir-rigward tagħha<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. Fil-fatt hija qieset li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>l-akkwiżizzjoni tal-preskrizzjoni prevista fl-Artikolu 25 tar-Regolament [(KE)] Nru 1/2003 [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [81 u 82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).</P></NOTE>] ma [kellhiex] l-effett li tħassar l-eżistenza ta’ ksur, lanqas li timpedixxi lill-Kummissjoni milli tikkonstata, f’deċiżjoni, ir-responsabbiltà għal tali ksur, iżda biss li teħles mill-proċeduri li jwasslu għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet lil dawk li jibbenefikaw minnha<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet li se nuri fl-argumenti li ġejjin, jien tal-fehma li din l-evalwazzjoni għandha tiġi kkritikata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għal din il-kawża, li bla dubju huma kumplessi, jinsabu fil-punti 1 sa 50 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Sabiex wieħed ikun jista’ jifhem il-kawża, jien ser nillimita ruħi li nfakkar l-elementi li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Din il-kawża tirrigwarda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-<DATE ISO="20091111">11 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi tas-sħana) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Bid-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni qieset li numru partikolari ta’ impriżi, li fosthom hemm l-appellanti, kienu kisru l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw f’żewġ settijiet ta’ ftehimiet u prattiki miftiehma antikompetittivi li jkopru t-territorju taż-ŻEE u li jikkonċernaw żewġ kategoriji ta’ stabilizzaturi tas-sħana, jiġifieri, minn naħa, is-settur tal-istabilizzaturi tal-landa u, min-naħa l-oħra, is-settur taż-żejt tas-sojja epossidizzat u tal-esters (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>settur ESBO/esters<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kontenzjuża tikkonstata l-eżistenza ta’ żewġ okkorrenzi ta’ ksur li jirrigwardaw dawn iż-żewġ kategoriji ta’ stabilizzaturi tas-sħana li jikkonsistu fl-iffissar tal-prezzijiet, fit-tqassim tas-swieq permezz ta’ kwoti ta’ bejgħ, fit-tqassim tal-klijenti u fl-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Din id-deċiżjoni tipprovdi li l-impriżi kkonċernati pparteċipaw f’dawn l-okkorrenzi ta’ ksur matul diversi perijodi bejn l-<DATE ISO="19870224">24 ta’ Frar 1987</DATE> u l-<DATE ISO="20000321">21 ta’ Marzu 2000</DATE>, fir-rigward tal-istabilizzaturi tal-landa, u bejn il-<DATE ISO="19910911">11 ta’ Settembru 1991</DATE> u s-<DATE ISO="20000926">26 ta’ Settembru 2000</DATE>, fir-rigward tas-settur ESBO/esters.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kontenzjuża ġiet indirizzata, fir-rigward ta’ kull ksur, lil 20 kumpannija, li jew ipparteċipaw direttament fil-ksur ikkonċernat, jew, fid-dawl tar-responsabbiltà tagħhom, bħala kumpanniji omm (premessa 510 tad-deċiżjoni kontenzjuża).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-parteċipazzjoni tal-appellanti fil-ksur tqassmet mill-Kummissjoni fi tliet perijodi ta’ ksur separati. <HT TYPE="ITALIC">L-ewwel perijodu ta’ ksur biss huwa kopert minn dan l-appell</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Għall-ewwel perijodu ta’ ksur, dak ta’ qabel it-<DATE ISO="19930628">28 ta’ Ġunju 1993</DATE>, il-Kummissjoni qieset li kumpanniji miżmuma indirettament minn Akzo, li saret Akzo Nobel, kienu pparteċipaw direttament fil-ksur, jiġifieri Akzo GmbH, għall-ksur dwar l-istabilizzaturi tal-landa, u Akzo BV, għall-ksur fir-rigward tas-settur ESBO/esters. Akzo Nobel inżammet responsabbli għall-ksur bħala kumpannija omm (premessi 512 sa 519 tad-deċiżjoni kontenzjuża).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Għat-tieni perijodu ta’ ksur, dak mit-<DATE ISO="19930628">28 ta’ Ġunju 1993</DATE> sat-<DATE ISO="19981002">2 ta’ Ottubru 1998</DATE>, il-Kummissjoni qieset li l-ksur kien twettaq mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>partenarjat Akcros<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, li ma kellux personalità ġuridika proprja (premessi 563 u 564 tad-deċiżjoni kontenzjuża).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Għat-tielet perijodu ta’ ksur, dak mit-<DATE ISO="19981002">2 ta’ Ottubru 1998</DATE> sal-<DATE ISO="20000321">21 ta’ Marzu 2000</DATE>, għall-istabilizzaturi tal-landa, u mit-<DATE ISO="19981002">2 ta’ Ottubru 1998</DATE> sat-<DATE ISO="20000322">22 ta’ Marzu 2000</DATE>, għas-settur ESBO/esters, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ksur kien twettaq minn Akcros (premessi 582 sa 587 tad-deċiżjoni kontenzjuża).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-imputazzjoni tal-multi, l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kontenzjuża jiddikjara dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Għall-(okkorrenzi ta’) ksur fis-suq tal-istabilizzaturi tal-landa […], għandhom jiġu imposti l-multi li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>[Akzo Nobel], [Akzo GmbH] u [Akcros] huma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1580000</FT>;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>[Akzo Nobel] u [Akzo GmbH] huma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">9820000</FT>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>[Akzo Nobel] hija responsabbli għall-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1432700</FT>;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA><ALINEA><P>Għall-(okkorrenzi ta’) ksur fis-[settur ESBO/esters], huma imposti l-multi li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>21)</NO.P><TXT>[Akzo Nobel], [Akzo BV] u [Akcros] huma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2033000</FT>;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>23)</NO.P><TXT>[Akzo Nobel] u [Akzo BV] huma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3467000</FT>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>24)</NO.P><TXT>[Akzo Nobel] hija responsabbli għall-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2215303</FT> […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, id-deċiżjoni kontenzjuża kienet ġiet emendata sa fejn din kienet indirizzata lil Akzo Nobel u lil Akcros (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>deċiżjoni ta’ emenda<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fil-premessa 1 tad-deċiżjoni ta’ emenda, il-Kummissjoni fakkret li, fid-deċiżjoni [kontenzjuża], hija kienet imponiet multi fuq Akzo Nobel u Akcros, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT><QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> ma’ Elementis plc, Elementis Holdings Limited u Elementis Services Limited.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fil-premessa 2 tad-deċiżjoni ta’ emenda, il-Kummissjoni ddikjarat li, wara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>ArcelorMittal Luxembourg vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs ArcelorMittal Luxembourg <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/09 P u C‑216/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:190">EU:C:2011:190</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija kienet iddeċidiet li tirtira d-deċiżjoni [kontenzjuża] sa fejn din kienet indirizzata, b’mod partikolari, lil Elementis u Elementis Holdings Limited.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni emendat id-deċiżjoni [kontenzjuża], sa fejn din kienet indirizzata lil Akzo Nobel u Akcros sa fejn dawn kienu meqjusa responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, ma’ Elementis, għall-multi imposti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, b’rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20110912">12 ta’ Settembru 2011</DATE>, Akzo Nobel u Akcros ippreżentaw rikors kontra d-deċiżjoni ta’ emenda tal-Kummissjoni. Din id-deċiżjoni ta’ emenda kienet ġiet annullata mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑485/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:517">EU:T:2015:517</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Din is-sentenza ma ġietx appellata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>B’rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20100127">27 ta’ Jannar 2010</DATE>, l-appellanti talbu l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża jew, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuqhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom, l-appellanti ressqu ħames motivi, fejn l-ewwel wieħed ibbażat fuq ksur tar-regoli ta’ preskrizzjoni. Fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 1/2003, l-appellanti sostnew li minħabba l-preskrizzjoni l-Kummissjoni ma setgħetx tieħu azzjoni kontra Akzo GmbH u Akzo BV b’effett mit-<DATE ISO="19980628">28 ta’ Ġunju 1998</DATE> u, għaldaqstant, timponi fuq dawn il-kumpanniji multa <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ Akzo Nobel, bħala kumpannija omm ta’ dawn il-kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-ilmenti tagħhom ġew milqugħa b’mod parzjali. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li kien xieraq li jiġu annullati l-Artikolu 2(4), (6), (21) u (23) tad-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn ġew imposti multi fuq Akzo GmbH u Akzo BV fir-rigward tal-ewwel perijodu ta’ ksur, iżda li dawn jiġu miċħuda fir-rigward tal-kumplament. Ir-raġunijiet tal-Qorti Ġenerali f’dan ir-rigward jinsabu prinċipalment fil-punti 118 sa 128 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>prinċipalment, tannulla s-sentenza appellata sa fejn tistabbilixxi li r-responsabbiltà għall-multi oriġinarjament imposti fuq Akzo GmbH u Akzo BV għas-sehem tagħhom fil-ksur, xorta waħda tista’ tiġi attribwita lil Akzo Nobel wara l-annullament ta’ dawk il-multi mill-Qorti Ġenerali;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn tistabbilixxi s-sehem ta’ Akzo GmbH u d’Akzo BV fil-ksur, u b’mod partikolari tal-Artikolu 1(1)(b) u l-Artikolu 1(2)(b) tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn tattribwixxi r-responsabbiltà u/jew timponi multa lil Akzo Nobel minħabba l-aġir illegali ta’ Akzo GmbH u ta’ Akzo BV, u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1)(a) għall-perijodu mill-<DATE ISO="19870224">24 ta’ Frar 1987</DATE> sat-<DATE ISO="19930628">28 ta’ Ġunju 1993</DATE> u l-Artikolu 1(2)(a) għall-perijodu mill-<DATE ISO="19910911">11 ta’ Settembru 1991</DATE> sat-<DATE ISO="19930628">28 ta’ Ġunju 1993</DATE> u/jew l-Artikolu 2(6) u (23);</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata u tirrinvija l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-appell jiġi miċħud u li l-appellanti jiġu kkundannati għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi tal-appell</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A –</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħhom, l-<HT TYPE="ITALIC">appellanti</HT>, <HT TYPE="ITALIC">Akzo Nobel et</HT>, jippreżentaw aggravju uniku, ibbażat, essenzjalment, fuq ksur tar-regoli li jirrigwardaw ir-responsabbiltà tal-kumpanniji omm għall-aġir illegali tas-sussidjarji tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Huma jinnotaw li l-Qorti tal-Ġustizzja reċentement ikkonfermat, fis-sentenza tagħha tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Total vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑597/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:613">EU:C:2015:613</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, meta r-responsabbiltà ta’ kumpannija omm tkun idderivata għalkollox minn dik tas-sussidjarja tagħha, ir-responsabbiltà tal-ewwel waħda ma tistax teċċedi dik tat-tieni waħda. F’tali xenarju, jekk il-kumpannija omm tippreżenta rikors li jkollu l-istess suġġett bħal dak ippreżentat mis-sussidjarja, il-kumpannija omm għandha tibbenefika mill-annullament parzjali jew totali tal-multa imposta fuq is-sussidjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-appellanti jsostnu li l-annullament tal-multi imposti fuq Akzo GmbH u fuq Akzo BV kellu jwassal għall-annullament tal-multa imposta fuq Akzo Nobel, bħala kumpannija omm, għall-perijodu ta’ ksur ta’ qabel il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>partenarjat Akcros<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, peress li din il-multa kienet ġiet imposta fuqha biss minħabba l-parteċipazzjoni diretta tas-sussidjarji tagħha fil-ksur. Ir-responsabbiltà ta’ Akzo Nobel għalhekk kienet purament idderivata, anċillari u dipendenti fuq dik tas-sussidjarji tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-annullament tal-multi imposti fuq Akzo GmbH u Akzo BV kellu jwassal għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża fl-intier tagħha fir-rigward tagħhom għall-ewwel perijodu ta’ ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-appellanti jinnotaw li, wara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>ArcelorMittal Luxembourg vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs ArcelorMittal Luxembourg <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/09 P u C‑216/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:190">EU:C:2011:190</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Kummissjoni kellha tiffaċċja l-fatt li poter tagħha li timponi multi fuq Elementis u Ciba/BASF kien preskritt. Għalhekk, bħalma kien jirriżulta mid-deċiżjoni ta’ emenda, il-Kummissjoni mhux biss irtirat il-multi, iżda reġgħet ikkunsidrat il-konstatazzjoni ta’ kwalunkwe parteċipazzjoni ta’ dawn l-impriżi fil-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fil-fehma tal-appellanti, skont il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, u b’mod li jinsiltu l-konsegwenzi kollha mis-sentenza appellata, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 266 TFUE, il-Kummissjoni kellha tadotta l-istess approċċ fir-rigward ta’ Akzo GmbH u Akzo BV. Madankollu, id-deċiżjoni kontenzjuża dejjem kienet tinkludi konstatazzjoni ta’ ksur li tikkonċerna lil dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-Kummissjoni setgħet dejjem timponi multa fuq entitajiet ġuridiċi oħra li jagħmlu parti mill-grupp Akzo ma huwiex rilevanti, sa fejn, f’konformità mal-ġurisprudenza dwar id-drittijiet tad-difiża u l-garanziji proċedurali individwali, ikun xieraq li jiġu pparagunati s-sitwazzjonijiet tad-diversi entitajiet ġuridiċi u mhux is-sitwazzjoni tal-impriżi involuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-<HT TYPE="ITALIC">Kummissjoni</HT> ssostni li l-appell huwa, għall-inqas parzjalment, inammissibbli. Fl-ewwel lok, l-appellanti ma jinnotaw l-ebda żball ta’ liġi, iżda jillimitaw ruħhom li jtennu allegazzjonijiet miċħuda mill-Qorti Ġenerali. Fit-tieni lok, l-aggravju, sa fejn dan jirreferi għal ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta mqabbel ma’ Elementis u Ciba/BASF, għandu jitqies bħala ġdid. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 170(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u mal-ġurisprudenza, tali allegazzjoni għandha tiġi injorata. L-argument ibbażat fuq allegata effikaċja proċedurali ma jistax jintlaqa’ f’dan il-kuntest.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali ġustament fakkret li l-akkwiżizzjoni tal-preskrizzjoni ma kinitx ixxekkilha milli tikkonstata r-responsabbiltà tad-destinatarju li l-multa kienet preskritta fir-rigward tiegħu. F’dan il-każ, iż-żamma tar-responsabbiltà tas-sussidjarji tkun rilevanti u leġittima bħala bażi biex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà tal-kumpannija omm, kif ukoll għall-finijiet ta’ azzjonijiet possibbli għal danni mibdija kontra l-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-irtirar tad-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward ta’ Elementis u Ciba/BASF, il-Kummissjoni tinnota li l-preskrizzjoni kienet inkisbet għall-entitajiet ġuridiċi kollha ta’ dawn l-impriżi, li kienu sempliċiment ħarġu mill-akkordju. Min-naħa l-oħra, f’dan il-każ, Akzo Nobel kienet ipparteċipat permezz ta’ diversi sussidjarji f’żewġ okkorrenzi ta’ ksur uniċi u kontinwi, li għalihom it-terminu ta’ preskrizzjoni kien għadu ma skadiex.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑485/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:517">EU:T:2015:517</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), illimitat ruħha sabiex tikkonstata żball proċedurali li jikkonċerna d-deċiżjoni ta’ emenda. Barra minn hekk, is-sentenza appellata kienet żammet b’mod espliċitu d-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn din tikkonstata l-parteċipazzjoni tat-tliet entitajiet ġuridiċi membri tal-grupp Akzo fil-ksur matul il-perijodu ta’ qabel il-partenarjat Akcros. Minn dawn is-sentenzi għalhekk ma jirriżulta l-ebda obbligu għall-Kummissjoni li tirtira d-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-regoli li jikkonċernaw ir-responsabbiltà dderivata tal-kumpanniji omm, il-Kummissjoni tqis li l-kritika tal-appellanti ma tirriflettix korrettament il-ġurisprudenza f’dan il-qasam. Fis-sentenza tagħha tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Total vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑597/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:613">EU:C:2015:613</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kienet ikkonfermat, b’riferiment għal fatturi li jistgħu jikkaratterizzaw individwalment l-aġir li hija akkużat bih lilil-kumpannija omm, li kien hemm sitwazzjonijiet li fihom l-estensjoni għall-kumpannija omm ta’ tnaqqis ta’ multa imposta fuq is-sussidjarja ma kinitx iġġustifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, tali estensjoni hija possibbli biss meta l-istess raġuni ta’ responsabbiltà jew ta’ impożizzjoni ta’ multa tkun possibbli għal dawn iż-żewġ entitajiet, u mhux kull darba li s-sussidjarja tkun rebħet parzjalment jew totalment kawża mressqa l-qorti. Il-Kummissjoni tenfasizza li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>fatturi individwali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> li jiġġustifikaw li tiġi imposta multa differenti fuq il-kumpannija omm ma jistgħux jiġu elenkati b’mod eżawrjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-analiżi tad-deċiżjonijiet prinċipali tal-Qorti Ġenerali u tal-Qorti tal-Ġustizzja juru li l-qorti tal-Unjoni wriet koerenza f’dan il-qasam. Minn dan jirriżulta li, normalment, l-istess multa tapplika għall-kumpannija omm u s-sussidjarja jekk, matul il-perijodu ta’ ksur, dawn kienu jagħmlu parti minn impriża waħda, ma nqasmux wara dan, u ma pparteċipawx fil-ksur, b’mod individwali jew permezz ta’ sussidjarji oħra, qabel ma fformaw impriża waħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Meta t-tnaqqis mogħti lis-sussidjarja jkollu rabta diretta mar-responsabbiltà fi ksur, fir-rigward b’mod partikolari tat-tul ta’ dan tal-aħħar, il-fatt li t-tnaqqis tar-responsabbiltà u tal-multa imposta fuq is-sussidjarja jkollu konsegwenza diretta għall-kumpannija omm ikun inerenti għall-prinċipju tar-responsabbiltà dderivata. Il-Kummissjoni tenfasizza li t-tul tal-parteċipazzjoni ta’ kumpannija omm u ta’ sussidjarja madankollu jista’ jkun differenti, pereżempju, jekk sussidjarja tkun temmet il-parteċipazzjoni tagħha, iżda sussidjarja oħra tal-istess grupp, jew il-kumpannija omm b’mod dirett, ikunu komplew bil-parteċipazzjoni tagħhom. F’tali sitwazzjoni, il-preskrizzjoni tista’ tapplika eventwalment għall-ewwel sussidjarja involuta direttament fl-akkordju, iżda mhux għall-kumpannija omm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tinnota wkoll li mis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>ArcelorMittal Luxembourg vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs ArcelorMittal Luxembourg <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/09 P u C‑216/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:190">EU:C:2011:190</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li l-preskrizzjoni tapplika b’mod individwali għal kull entità ġuridika u mhux b’mod uniformi għall-impriża kollha, li jfisser li din tirrigwarda sitwazzjoni magħrufa, li fiha jkun iġġustifikat li tnaqqis tal-multa ma jiġix estiż għall-kumpannija omm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ġustament, fis-sentenza appellata, ipparagunat l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni ma’ garanziji proċedurali individwali, bħalma huma d-drittijiet tad-difiża, kif ukoll in-neċessità għall-Kummissjoni li tinnotifika kemm id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kif ukoll deċiżjoni li timponi tali sanzjonijiet fuq il-persuna ġuridika kkonċernata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B –</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Qabel ma nindirizza l-mertu ta’ din il-kawża, ikun xieraq li tittieħed deċiżjoni fil-qosor dwar il-motivi ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni fir-risposta tagħha.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Bħalma nnotat il-Kummissjoni, jidher li l-ilmenti tal-appellanti bbażati, minn naħa, fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta mqabbla mal-kumpanniji tal-gruppi Ciba/BASF u Elementis u, min-naħa l-oħra, fuq l-assenza ta’ interess leġittimu, fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1/2003, ta’ natura li jiġġustifikaw il-konstatazzjoni li skontha Akzo GmbH u Akzo BV ipparteċipaw effettivament fl-akkordji huma lmenti ġodda, fis-sens li dawn ma ġewx ittrattati fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>L-appellanti, fil-fatt, illimitaw ruħhom li jsostnu quddiem il-Qorti Ġenerali li Akzo GmbH u Akzo BV ma setgħux jinżammu responsabbli fid-dawl tal-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni u li għalhekk hemm lok li tiġi annullata d-deċiżjoni kontenzjuża dwar dan il-punt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li dawn l-ilmenti ġodda bl-ebda mod ma jibbażaw fuq fatti li jirriżultaw fil-mori tal-kawża. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li, fl-osservazzjonijiet tagħhom ippreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20110916">16 ta’ Settembru 2011</DATE>, b’mod partikolari dwar il-konsegwenzi li, fil-fehma tagħhom, għandhom jinsiltu mis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>ArcelorMittal Luxembourg vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs ArcelorMittal Luxembourg <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/09 P u C‑216/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:190">EU:C:2011:190</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-appellanti ma qajmu l-ebda argument relatat mal-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. F’din id-data, huma madankollu kienu diġà jafu dwar l-irtirar tad-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tal-kumpanniji tal-gruppi Ciba/BASF u Elementis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, jien tal-fehma li l-evalwazzjoni tal-imsemmija lmenti ma taqax taħt il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ dan l-appell<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Telefónica u Telefónica de España vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑295/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2062">EU:C:2014:2062</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Kone <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑510/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:696">EU:C:2013:696</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Għall-kumplament, jidhirli li l-appell għandu jiġi ddikjarat ammissibbli. Jidhirli fil-fatt li l-appellanti essenzjalment għandhom l-għan li jikkontestaw ir-raġunament ġuridiku li wassal lill-Qorti Ġenerali biex tikkonkludi li l-akkwiżizzjoni tal-preskrizzjoni fir-rigward tal-kumpanniji sussidjarji ma kellhiex il-konsegwenza li tqiegħed f’dubju r-responsabbiltà tal-kumpannija omm tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Bħalma ddikjarajt fl-introduzzjoni ta’ dawn il-konklużjonijiet, din il-kawża, li tirrigwarda żewġ akkordji fis-settur tal-istabilizzaturi tas-sħana, toffri lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tiċċara l-ġurisprudenza tagħha relatata mar-responsabbiltà tal-kumpanniji omm fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħhom. B’mod iktar preċiż tqum il-kwistjoni dwar jekk il-preskrizzjoni tas-setgħa ta’ sanzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ ċerti sussidjarji hijiex, bħalma sostniet f’dan il-każ il-Qorti Ġenerali, mingħajr effett fuq ir-responsabbiltà tal-kumpannija omm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Ir-risposta li għandha tingħata għal din id-domanda jidhirli li tiddependi ħafna fuq jekk ir-responsabbiltà tal-kumpannija omm għandhiex, meta, bħal f’dan il-każ, ma jkunx stabbilit li l-kumpannija omm innifisha pparteċipat direttament fil-ksur inkwistjoni, tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>personali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>idderivata<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Jien ser nittratta din il-problema inizjalment fid-dawl tat-tagħlimiet li, fil-fehma tiegħi, għandhom jinsiltu mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Jien ser nindika, imbagħad, għal liema raġunijiet il-konklużjoni li waslet għaliha l-Qorti Ġenerali fir-rigward tar-regoli relatati mal-preskrizzjoni, fil-fehma tiegħi, tmur kontra l-prinċipji, stabbiliti fil-ġurisprudenza li tikkonċerna l-imputazzjoni lill-kumpanniji omm tal-aġir antikompetittiv tas-sussidjarji tagħhom. F’dan il-kuntest, ser nispjega għal liema raġunijiet in-natura tar-responsabbiltà tal-kumpannija omm timplika neċessarjament li din tista’ tibbenefika mill-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni kkonstatat fir-rigward tas-sussidjarja tagħha.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">In-natura tar-responsabbiltà tal-kumpanniji omm għall-atti mwettqa mis-sussidjarji tagħhom: responsabbiltà <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>personali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jew responsabbiltà <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>dderivata<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Il-problema tal-imputazzjoni tar-responsabbiltà għall-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni fi ħdan il-gruppi ta’ kumpanniji ilha magħrufa ħafna fil-ġurisprudenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19720714">14 ta’ Lulju 1972</DATE>, <NAME.CASE>Imperial Chemical Industries vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>48/69</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1972:70">EU:C:1972:70</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19730221">21 ta’ Frar 1973</DATE>, <NAME.CASE>Europemballage u Continental Can vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>6/72</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1973:22">EU:C:1973:22</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u r-raġunament adottat f’dan ir-rigward mill-Qorti tal-Ġustizzja, b’xi differenzi żgħar, ma nbidilx. Dan ir-raġunament huwa strutturat skematikament bil-mod li ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Meta impriża titqies ħatja ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, tkun ir-responsabbiltà tagħha li twieġeb għal dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fil-każ fejn l-aġir kontenzjuż ikun twettaq mis-sussidjarja ta’ grupp, fil-prinċipju hemm lok li, f’konformità mal-prinċipju ta’ responsabbiltà personali, applikabbli fil-każ ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Dan il-prinċipju kien ġie meqjus applikabbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>fir-rigward tan-natura tal-ksur inkwistjoni kif ukoll tan-natura u tal-livell ta’ severità tas-sanzjonijiet marbuta miegħu<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990708">8 ta’ Lulju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑49/92 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:356">EU:C:1999:356</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, ir-responsabbiltà għall-ksur inkwistjoni tiġi imputata lil din is-sussidjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Permezz ta’ eċċezzjoni għal dan il-prinċipju, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li jeżistu ċirkustanzi li fihom entità ġuridika li ma tkunx l-awtur dirett tal-ksur madankollu tista’ tiġi imputata r-responsabbiltà tal-aġir inkwistjoni u, għalhekk, tiġi ssanzjonata għalih. Għalhekk l-istess japplika b’mod partikolari meta kumpannija kkonċernata ma tiddeterminax l-aġir tagħha b’mod awtonomu, iżda essenzjalment tapplika d-direttivi tal-kumpannija omm tagħha, b’mod partikolari fid-dawl tar-rabtiet ekonomiċi, organizzazzjonali u ġuridiċi li jgħaqqdu lil dawn iż-żewġ entitajiet ġuridiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara l-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq. Ara wkoll is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150624">24 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Fresh Del Monte Produce vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs Fresh Del Monte Produce</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑293/13 P u C‑294/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:416">EU:C:2015:416</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Dan l-approċċ jibbaża fuq l-idea li, minkejja li, minn perspettiva ġuridika, grupp huwa magħmul minn diversi persuni ġuridiċi distinti, dan jista’ jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> waħda fis-sens tad-dritt tal-kompetizzjoni. Għalhekk il-possibbiltà offruta lill-Kummissjoni biex tirrikorri għall-kunċett funzjonali ta’ impriża għall-imputazzjoni tar-responsabbiltà ta’ aġir antikompetittiv lil kumpanniji li ma jkunux ħadu sehem direttament fil-prattiki inkwistjoni għandha b’mod partikolari bħala konsegwenza l-possibbiltà, għall-Kummissjoni, li tindirizza deċiżjoni li timponi multi lil kumpannija omm mingħajr ma jkollha għalfejn tistabbilixxi l-involviment personali ta’ din tal-aħħar fil-ksur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Alliance One International u Standard Commercial Tobacco vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑628/10 P u C‑14/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:479">EU:C:2012:479</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet li taħthom kumpannija omm tista’ tiġi ddikjarata responsabbli mill-aġir antikompetittiv tas-sussidjarja tagħha issa huma ddefiniti b’mod ċar fil-ġurisprudenza: minn naħa, jeħtieġ li l-kumpannija omm tkun kapaċi teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha, u, min-naħa l-oħra, li din tkun tassew eżerċitat tali influwenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, reċentement, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Total vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑597/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:613">EU:C:2015:613</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Il-prova tal-eżistenza ta’ dawn il-kundizzjonijiet teħtieġ, fil-prinċipju, lill-awtorità inkarigata mis-segwitu u t-tneħħija tal-aġir antikompetittiv biex din tipprovdi f’kull każ il-prova materjali tal-eżistenza u tal-eżerċizzju effettiv tal-influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija omm fuq is-sussidjarja tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>L-effettività tal-istħarriġ eżerċitat fuq kumpanniji tista’ tiġi stabbilita permezz ta’ riferiment għall-istruttura tal-kapital tal-grupp, iżda wkoll permezz ta’ elementi oħra bħas-setgħa li tindika l-korpi maniġerjali tal-kumpanniji implikati fil-ksur.</P></NOTE>. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, mis-sentenza AEG-Telefunken vs Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19831025">25 ta’ Ottubru 1983</DATE> (<NO.CASE>107/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:293">EU:C:1983:293</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u mingħajr ambigwità mis-sentenza Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, (<NO.CASE>C‑97/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:536">EU:C:2009:536</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li, fil-każ fejn kumpannija omm iżżomm il-kapital kollu tas-sussidjarja tagħha, jista’ jiġi preżunt li din tassew teżerċita tali influwenza fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha. Din il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>preżunzjoni kapitalistika<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, li mbagħad ġiet estiża għall-każ fejn il-kumpannija omm iżżomm kważi l-kapital kollu tas-sussidjarja tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110929">29 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Arkema vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑520/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:619">EU:C:2011:619</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, hija, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>preżunzjoni sempliċi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> li l-kumpannija omm tista’ tikkonfuta jekk din tkun kapaċi turi li s-sussidjarja tagħha taġixxi b’mod awtonomu fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>B’kunsiderazzjoni ta’ dan, jistgħu jeżistu ċirkustanzi proprji għas-sussidjarja jew għall-kumpannija omm ta’ natura li jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ multi ta’ ammonti differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Bħalma fil-fehma tiegħi nnotat ġustament il-Kummissjoni, tista’ teżisti sensiela ta’ sitwazzjonijiet li jiġġustifikaw li tiġi imposta multa differenti minn dik imposta fuq is-sussidjarja, anki f’sitwazzjoni ta’ responsabbiltà dderivata. Madankollu għandu jiġi stabbilit li din id-differenzazzjoni tibbaża fuq <HT TYPE="ITALIC">fatturi individwali</HT>, proprji għall-kumpannija omm, li huma relatati kemm ma’ elementi tal-mertu (bħall-perijodu meta din tkun ipparteċipat direttament f’akkordju) jew ma’ parametri li tqiesu fil-kalkolu tal-multa (bħall-applikazzjoni ta’ tnaqqis minħabba l-kooperazzjoni pprovduta minn waħda mill-entitajiet ġuridiċi li jifformaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>l-impriża<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> implikata jew anki l-applikazzjoni ta’ żieda minħabba r-reċidiva kkonstatata fir-rigward tal-kumpannija omm). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-kawża Total vs Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE> (<NO.CASE>C‑597/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:613">EU:C:2015:613</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, li huwa biss fis-sitwazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>li fiha ebda fattur ieħor ma jikkaratterizza individwalment <HT TYPE="ITALIC">l-aġir ilmentat kontra l-kumpannija parent</HT><QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>, li ma jkunx iġġustifikat li tiġi imposta multa fuq il-kumpannija omm ta’ ammont differenti minn dik imposta fuq is-sussidjarja tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Imma x’inhi n-natura eżatta tar-responsabbiltà ta’ kumpannija omm li fir-rigward tagħha huwa stabbilit li din ma hijiex involuta direttament fil-prattiki antikompetittivi kontenzjużi? Għandha din tiġi assimilata mar-responsabbiltà ta’ awtur dirett ta’ ksur (meta jitqiesu r-rabtiet mill-qrib li din il-kumpannija għandha mal-kumpannija jew mal-kumpanniji direttament implikati) jew għandu pjuttost jiġi kkunsidrat li din sempliċement tassumi r-responsabbiltà ta’ aġir li bl-ebda mod ma hija l-awtur tiegħu?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fil-fatt irrid ninnota li għadhom jeżistu ambigwitajiet fir-rigward ta’ jekk ir-responsabbiltà tal-kumpanniji omm, fil-każ fejn jiġi pprovat li dawn ma pparteċipawx direttament fil-ksur inkwistjoni, hijiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>idderivata<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>personali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat, f’dan ir-rigward, li kemm it-terminoloġija użata mill-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll il-konsegwenzi li din tal-aħħar siltet minnha, f’dan il-qasam, ivarjaw ħafna.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Minn perspettiva terminoloġika, il-ġurisprudenza ħafna drabi tirreferi għall-kunċett ta’ imputazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ta’ responsabbiltà</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, fost ħafna sentenzi, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑97/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:536">EU:C:2009:536</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110120">20 ta’ Jannar 2011</DATE>, <NAME.CASE>General Química <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑90/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:21">EU:C:2011:21</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Stichting Administratiekantoor Portielje</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑440/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:514">EU:C:2013:514</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Evonik Degussa u AlzChem vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑155/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:446">EU:C:2016:446</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> u mhux ta’ aġir illegali. Ċerti sentenzi, min-naħa l-oħra, jadottaw perspettiva ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>ħtija konġunta<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens li l‑kumpannija omm titqies hija stess bħala l-awtur tal-ksur, u dan mingħajr ma tkun saret l-ebda differenzazzjoni b’mod ċar bejn is-sitwazzjoni fejn ġie pprovat li din il-kumpannija kienet involuta direttament bħala awtur tal-ksur inkwistjoni u dik fejn l-imputazzjoni tar-responsabbiltà ta’ dan il-ksur lill-kumpannija omm hija prevista biss b’mod indirett. Skont din il-linja ġurisprudenzjali, li fil-fehma tiegħi huwa diffiċli li tkun kompatibbli mal-ewwel waħda, il-kumpannija omm li għandha influwenza determinanti fuq sussidjarja li tieħu sehem fi ksur tal-Artikolu 101 TFUE hija, konsegwentement, meqjusa li wettqet personalment il-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Siemens Österreich <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑231 sa 233/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:256">EU:C:2014:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131126">26 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Kendrion vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑50/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:771">EU:C:2013:771</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara, ukoll, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120627">27 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Bolloré vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑372/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:325">EU:T:2012:325</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0194">194</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Minn perspettiva sostanzjali, din id-differenza terminoloġika ħafna drabi twassal għal konsegwenzi kuntrastanti, saħansitra inkoerenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Fuq id-differenzi bejn l-approċċi tal-Qorti tal-Ġustizzja, isir riferiment ukoll għall-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Total vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑597/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:207">EU:C:2015:207</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Min-naħa, kien ġie deċiż li r-relazzjoni ta’ responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> li torbot lill-kumpannija omm mas-sussidjarja tagħha ma tistax tiġi limitata għal forma ta’ garanzija pprovduta mill-kumpannija omm sabiex tiggarantixxi l-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja; kumpannija omm tista’ tiġi kkundannata għall-ħlas ta’ multa li l-ammont tagħha huwa ogħla minn dak tal-multa imposta fuq is-sussidjarja tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131126">26 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Kendrion vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑50/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:771">EU:C:2013:771</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan jippermetti li jiġi preżunt li r-responsabbiltà tal-kumpannija omm tiġi meqjusa bħala li hija personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja, reċentement, qieset, fl-estensjoni tat-tagħlim tas-sentenza, mogħtija mill-Awla Manja, tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130122">22 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Tomkins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑286/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:29">EU:C:2013:29</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-kumpannija omm <HT TYPE="ITALIC">li r-responsabbiltà tagħha hija totalment idderivata</HT> minn dik tas-sussidjarja tagħha għandha, bħala prinċipju, tibbenefika minn eventwali tnaqqis tar-responsabbiltà tas-sussidjarja tagħha li ġiet imputata lilha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Total vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑597/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:613">EU:C:2015:613</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet ippreċiżat li, fl-ipoteżi fejn ebda fattur ieħor ma jikkaratterizza individwalment l-aġir ilmentat kontra l-kumpannija omm, ir-responsabbiltà ta’ din il-kumpannija omm ma tistax teċċedi dik tas-sussidjarja tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130122">22 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Tomkins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑286/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:29">EU:C:2013:29</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Total vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑597/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:613">EU:C:2015:613</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>; meta jkunu ssodisfatti r-rekwiżiti proċedurali neċessarji, il-kumpannija omm għandha, bħala prinċipju, tibbenefika minn eventwali tnaqqis tar-responsabbiltà tas-sussidjarja tagħha li ġiet imputata lilha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Total vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑597/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:613">EU:C:2015:613</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħi, inqis li, sa fejn il-pożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tibbaża fuq approċċ unitarju fl-imputazzjoni tar-responsabbiltà tal-aġir illegali, hemm lok li minnu jinsiltu l-konsegwenzi kollha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Total vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑597/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:207">EU:C:2015:207</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, b’mod partikolari f’termini ta’ setgħa ta’ sanzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kumpanniji kkonċernati. Il-koerenza tal-approċċ segwit hekk tkun sors ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja, diversi drabi, indikat li l-kumpannija omm iġġorr, f’tali sitwazzjoni, responsabbiltà msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>personali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fl-opinjoni tiegħi, dan jista’ jkun biss sabiex tenfasizza l-fatt li kienet hi li kellha tirrispondi għall-aġir antikompetittiv imwettaq mis-sussidjarja tagħha, indipendentement mill-involviment konkret tagħha fil-prattiki implikati u minħabba<?PAGE NO="11"?> relazzjonijiet ta’ kapital u ta’ organizzazzjoni li hija għandha mas-sussidjarja tagħha, kif ukoll sabiex tenfasizza l-uniċità tal-entità ekonomika li huma jirrappreżentaw<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Total vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑597/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:207">EU:C:2015:207</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, il-prinċipju ta’ responsabbiltà personali ma jipprekludix intenzjoni min-naħa tal-Kummissjoni li tissanzjona l-ewwel lill-kumpannija li wettqet ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni qabel ma tesplora jekk eventwalment, il-ksur jistax jiġi imputat lill-kumpannija omm tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110929">29 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑521/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:620">EU:C:2011:620</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0121">121</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li l-Kummissjoni tista’ tindirizza deċiżjoni li timponi multa fuq il-kumpannija omm, mingħajr ma jkun meħtieġ li din tistabbilixxi l-implikazzjoni konkreta – u għalhekk diretta – ta’ din tal-aħħar fi ksur, il-korrispettiv inevitabbli tar-rikors għal din il-possibbiltà fil-fehma tiegħi huwa li kull żball li jivvizzja l-konstatazzjonijiet relatati mar-responsabbiltà konkreta tas-sussidjarja fil-ksur – u, konsegwentement, il-kalkolu tal-multa possibbilment imposta minħabba f’hekk – għandha tibbenefika minnu wkoll il-kumpannija omm<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Total vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑597/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:207">EU:C:2015:207</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant dan jirrigwarda biss il-fatt li jinsiltu l-konsegwenzi mill-għażliet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-imputazzjoni tar-responsabbiltà għall-aġir illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li hemm lok li tittieħed deċiżjoni dwar il-fondatezza tal-konklużjoni li waslet għaliha l-Qorti Ġenerali fil-punt 128 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-preskrizzjoni tas-setgħa ta’ sanzjoni kkonstatata fir-rigward ta’ sussidjarja għandha tkun ta’ benefiċċju għall-kumpannija omm meta jkun ġie pprovat li din ma pparteċipatx direttament fil-prattiki implikati?</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 1/2003, l-eżerċizzju tas-setgħa tal-Kummissjoni fil-qasam tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet hija suġġetta għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Dan jirrigwarda s-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament Nru 1/2003, li timponi multi jew pagamenti ta’ penalità.</P></NOTE>. Skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament Nru 1/2003, it-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha sar il-ksur, ħlief fil-każ li l-ksur ikun kontinwu jew repetut, li għalih dan jibda jiddekorri biss mill-ġurnata ta’ meta l-ksur ikun intemm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>X’jiġri fis-sitwazzjoni li fiha l-preskrizzjoni tkun ġiet ikkonstatata fir-rigward ta’ sussidjarja, li l-kumpannija omm tagħha, f’din il-kwalità biss, kienet ukoll tqieset responsabbli għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni? Din il-kumpannija omm għandha tibbenefika hija wkoll jew le mill-konstatazzjoni tal-preskrizzjoni li saret fir-rigward tas-sussidjarja tagħha f’sitwazzjoni ta’ responsabbiltà purament idderivata? Hemm lok li jinżamm l-approċċ unitarju deskritt preċedentement jew il-limitazzjoni għandha tiġi evalwata b’mod differenti, skont l-entità prevista?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni żammet lil Akzo Nobel responsabbli skont l-Artikolu 81 KE (li sar l-Artikolu 101 TFUE), bħala kumpannija holding tal-grupp Akzo, għat-tul kollu tal-ksur, jiġifieri mill-<DATE ISO="19870224">24 ta’ Frar 1987</DATE> sat-<DATE ISO="20000322">22 ta’ Marzu 2000</DATE>, minħabba l-aġir adottat mis-sussidjarji tagħha u mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>partenarjat Akcros<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Matul il-proċedura amministrattiva, Akzo GmbH u Akzo BV sostnew li huma kienu temmew il-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkordji fit-<DATE ISO="19930628">28 ta’ Ġunju 1993</DATE>, jiġifieri iktar minn ħames snin qabel it-tnedija tal-inkjesta (2003). Minħabba r-regoli applikabbli fil-qasam tal-preskrizzjoni, il-Kummissjoni għalhekk ma setgħetx iktar taġixxi kontrihom. Akzo Nobel sostniet, min-naħa tagħha, li hija ma setgħetx tinżamm responsabbli bħala kumpannija omm ħlief sa fejn is-sussidjarji setgħu jinżammu responsabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kontenzjuża, ċaħdet dan l-argument, għar-raġuni, b’mod partikolari, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>[m]a jistax jiġi aċċettat li l-preskrizzjoni tapplika sempliċement minħabba r-riorganizzazzjoni fi ħdan il-grupp Akzo. Fil-fatt, il-ksur previst fl-Artikolu 81(1) [KE] jitwettaq minn <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>impriżi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/>. Bl-istess mod, ir-regoli ta’ preskrizzjoni tal-Artikolu 25 [tar-Regolament Nru 1/2003] japplikaw għall-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>impriżi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/><QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara l-premessa 527 tad-deċiżjoni kontenzjuża.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti u l-Kummissjoni żammew, sostanzjalment, il-pożizzjonijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali, filwaqt li ċaħdet l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li skontha Akzo GmbH u Akzo BV, bħala membri tal-grupp Akzo, ma setgħux jinvokaw leġittimament il-preskrizzjoni fir-rigward tagħhom, madankollu qieset li f’dan il-każ kien hemm lok li tagħmel distinzjoni bejn il-kunċetti ta’ responsabbiltà u dak ta’ preskrizzjoni. Għalhekk din iddeċidiet li l-preskrizzjoni tas-setgħa tal-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar sanzjonijiet kontra s-sussidjarji ma kellhiex effett fuq ir-responsabbiltà tal-kumpannija omm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Din fil-fatt innotat dan li ġej fil-punti 125 u 126 tas-sentenza appellata:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>125 […] għandu jitfakkar li l-akkwiżizzjoni tal-preskrizzjoni prevista fl-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003 ma għandhiex l-effett li tħassar l-eżistenza ta’ ksur, lanqas li timpedixxi lill-Kummissjoni milli tikkonstata, f’deċiżjoni, ir-responsabbiltà għal tali ksur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20051006">6 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Sumitomo Chemical u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sumika Fine Chemicals vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑22/02 u T‑23/02</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:349">EU:T:2005:349</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Minn din is-sentenza tal-Qorti Ġenerali jirriżulta li r-regoli ta’ preskrizzjoni ma japplikawx għas-setgħa tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur; madankollu, meta titqies is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19830302">2 ta’ Marzu 1983</DATE>, <NAME.CASE>GVL vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>7/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:52">EU:C:1983:52</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, il-Kummissjoni kellha turi l-eżistenza ta’ interess leġittimu li tikkonstata ksur wara l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni.</P></NOTE>]), iżda biss li teħles mill-proċeduri li jwasslu għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet lil dawk li jibbenefikaw minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120627">27 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Bolloré vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑372/10</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:325">EU:T:2012:325</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0194">194</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Dan il-punt jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>[ċ]-ċirkustanza eventwali li s-sussidjarja ma tistax tiġi ssanzjonata iżjed għall-ksur ikkonstatat, kemm jekk minħabba t-tmiem ta’ eżistenza ta’ din is-sussidjarja jew ukoll – kif tallega r-rikorrenti f’dan il-każ – minħabba l-kisba tal-preskrizzjoni favur din is-sussidjarja, hija mingħajr effett fuq il-kwistjoni dwar jekk il-kumpannija parent, hija stess meqjusa bħala awtur tal-ksur minħabba l-unità ekonomika mas-sussidjarja tagħha, tistax tiġi ssanzjonata. Ċertament, ir-responsabbiltà tal-kumpannija parent ma teżistix li kieku kellu jiġi pprovat li ma kienx hemm ksur, iżda din ir-responsabbiltà ma tistax tisparixxi minħabba l-fatt li s-sanzjoni ġiet preskritta fir-rigward tas-sussidjarja tagħha. Fil-fatt, il-preskrizzjoni prevista fl-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003 ma għandhiex bħala effett li tħassar l-eżistenza ta’ ksur, iżda sempliċement li teskludi lill-benefiċjarji tagħha mis-sanzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Għandu jiġi nnotat li, fl-istadju tal-appell, fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140508">8 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Bolloré vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑414/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:301">EU:C:2014:301</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ma ħaditx deċiżjoni dwar il-fondatezza ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet.</P></NOTE>]).</P><P>126 Barra minn hekk, minn interpretazzjoni testwali, teleoloġika u kuntestwali tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003 jirriżulta li, bħall-garanziji proċedurali individwali, bħalma huma d-drittijiet tad-difiża, u bħan-neċessità għall-Kummissjoni li tinnotifika kemm id-dikjarazzjoni tal-ilmenti kif ukoll deċiżjoni li timponi tali sanzjonijiet fuq il-persuna ġuridika kkonċernata […], l-akkwiżizzjoni tal-preskrizzjoni skont il-paragrafu 1 hija ta’ benefiċċju għal, u tista’ tiġi invokata minn, kull waħda mill-persuni ġuridiċi separatament meta dawn jiġu esposti għall-proċeduri tal-Kummissjoni. B’hekk, fil-ġurisprudenza diġà ġie rrikonoxxut li s-sempliċi fatt li kumpannija sussidjarja ta’ grupp ta’ kumpanniji, fis-sens ta’ unità ekonomika, tibbenefika mill-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni ma kellux il-konsegwenza li jqiegħed f’dubju ir-responsabbiltà tal-kumpannija parent u li jimpedixxi l-proċeduri fir-rigward tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bolloré vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt 125 iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:325">EU:T:2012:325</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0193">193</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0196">196</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> […]).<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li s-sussidjarji Akzo GmbH u Akzo BV biss setgħu jinvokaw leġittimament l-iskadenza tat-terminu ta’ ħames snin ta’ preskrizzjoni previst fl-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni jidhirli li tista’ tiġi kkritikata fuq diversi aspetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, billi ċaħdet l-idea difiża mill-Kummissjoni li skontha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>[m]a jistax jiġi aċċettat li l-preskrizzjoni tapplika sempliċement minħabba r-riorganizzazzjoni fi ħdan il-grupp Akzo<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ara l-premessa 527 tad-deċiżjoni kontenzjuża) u billi għamlet distinzjoni bejn id-diversi entitajiet ġuridiċi inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali ma siltitx il-konsegwenzi kollha min-natura dderivata tar-responsabbiltà li f’dan il-każ hija tal-kumpannija omm. Il-Qorti Ġenerali għalhekk ma qisitx il-fatt li s-setgħa ta’ sanzjoni li għandha l-Kummissjoni skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 tikkonċerna lill-impriża inkwantu tali u mhux lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jagħmlu parti minnha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Siemens Österreich <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑231/11 P sa C‑233/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:256">EU:C:2014:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, minkejja li l-Kummissjoni kienet qieset ġustament l-unità li kienu jifformaw il-kumpanniji kkonċernati fl-istadju tal-impożizzjoni u tal-imputazzjoni tal-multi. F’dan ir-rigward, jidhirli li teżisti differenza f’dan il-każ bejn il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali u l-konstatazzjoni oġġettiva li skontha l-ewwel azzjonijiet tal-Kummissjoni għall-għan tal-investigazzjonijiet jew proċeduri b’rispett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ta’ ksur<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, meqjusa flimkien, seħħew wara l-iskadenza tat-terminu previst fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jien tal-fehma li, fid-dawl tan-natura dderivata tar-responsabbiltà li taqa’ fuq il-kumpannija omm, l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni kellha tkun ta’ benefiċċju għaliha wkoll. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li, fir-rigward tal-problema mressqa quddiemna hawnhekk, jiġifieri l-konstatazzjoni li skontha t-terminu ta’ preskrizzjoni tas-setgħa ta’ sanzjoni kien fil-fatt skada għall-ewwel perijodu ta’ ksur, l-ebda <HT TYPE="ITALIC">fattur individwali</HT> ma kien jikkaratterizza, f’dan il-każ, is-sitwazzjoni rispettiva, minn naħa, tas-sussidjarji Akzo GmbH u Akzo BV u, min-naħa l-oħra, tal-kumpannija holding Akzo Nobel. Peress li r-responsabbiltà ta’ Akzo Nobel għaldaqstant kienet biss idderivata minn dik tas-sussidjarji tagħha, jidhirli li l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni kellha tkun ta’ benefiċċju għaliha wkoll, ħlief jekk jitqies li hija kienet involuta direttament fl-akkordji kontenzjużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Il-fatt imsemmi mill-Kummissjoni, li kien ikkonċernat ksur uniku u kontinwu, li mmanifesta ruħu anki wara l-perijodu ta’ ksur previst preċiżament minn dan l-appell ma jidhirlix li huwa rilevanti f’dan il-kuntest fejn, fl-assenza ta’ involviment personali tal-kumpannija omm u għalhekk b’kunsiderazzjoni tan-natura dderivata tar-responsabbiltà tagħha (ara l-punt 82 ta’ dawn il-konklużjonijiet), ma ġiex ipprovat li l-aġir inkwistjoni huwa kkaratterizzat mill-persistenza tar-rieda ħatja tal-<HT TYPE="ITALIC">awtur</HT> tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fit-tielet u l-aħħar lok, għandu jiġi osservat li, għall-kuntrarju tal-pożizzjoni difiża mill-Kummissjoni, jien tal-fehma li l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali ma hijiex sostnuta b’mod sod fil-linja segwita mis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>ArcelorMittal Luxembourg vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs ArcelorMittal Luxembourg <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/09 P u C-216/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:190">EU:C:2011:190</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sentenza li fiha, barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma qisitx xieraq li tirreferi għaliha minkejja l-attenzjoni li kienet preċiżament attirat lejha matul il-proċedura (ara l-punt 46 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha mogħtija mill-Awla Manja, il-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li dwar dan il-punt iddevjat mill-pożizzjoni difiża mill-Avukat Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Skont l-Avukat Ġenerali Bot, għandu jingħata effett <HT TYPE="ITALIC">erga omnes</HT> lis-sospensjoni tal-preskrizzjoni li tirriżulta mill-introduzzjoni, minn waħda mill-kumpanniji involuti fil-ksur, ta’ proċedura quddiem il-qorti tal-Unjoni. Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ArcelorMittal Luxembourg vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs ArcelorMittal Luxembourg <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/09 P u C‑216/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:634">EU:C:2010:634</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punt 73 li skontu: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>il-preskrizzjoni hija marbuta unikament mal-fatti. Hija għandha natura reali li hija indipendenti mill-persuni inkwistjoni. Għalhekk, meta l-azzjoni li l-Kummissjoni tista’ twettaq tiġi estinta bl-effett tal-preskrizzjoni, din l-estinzjoni tikkonċerna t-totalità tal-fatti inkwistjoni u tibbenefika lill-parteċipanti kollha<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>).</P></NOTE>, iddeċidiet li, fis-sitwazzjoni fejn il-kumpannija omm biss tkun ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni li timponi multa, <HT TYPE="ITALIC">is-sospensjoni</HT> tal-preskrizzjoni fil-qasam tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet, prevista fl-Artikolu 25(6) tar-Regolament Nru 1/2003, tapplika biss fil-konfront tal-kumpannija omm, filwaqt li t-terminu ta’ preskrizzjoni jkompli jiddekorri fir-rigward tas-sussidjarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara l-punti 141 sa 149 tas-sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Għalhekk minn din is-sentenza tal-aħħar jirriżulta li din tintroduċi limitu, ċertament immotivat minn rekwiżit ta’ ċertezza legali u obbligu ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża tal-entitajiet ġuridiċi kkonċernati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090331">31 ta’ Marzu 2009</DATE>, <NAME.CASE>ArcelorMittal Luxembourg <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑405/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:90">EU:T:2009:90</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0158">158</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali kienet enfasizzat b’mod partikolari, filwaqt li rreferiet għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-persuna ġuridika biss li kienet ġiet indirizzata lilha d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet setgħet tippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni adottata fi tmiem il-proċedura amministrattiva u, konsegwentement, setgħet tiġi prekluża s-sospensjoni tal-preskrizzjoni fil-konfront tagħha.</P></NOTE>, meta wieħed jirrikorri għall-kunċett ta’ entità ekonomika meta tkun kwistjoni tal-estensjoni, għal kumpannija, tas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>sospensjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> tal-preskrizzjoni kkonstatata fir-rigward ta’ kumpannija oħra li flimkien magħha kienet tifforma entità ekonomika waħda fid-data meta ġie kkonstatat il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Jibqa’ l-fatt li, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kwistjoni separata tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>interruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> tal-preskrizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li skontha l-interruzzjoni kienet tapplika fir-rigward tal-impriżi kollha li pparteċipaw fil-ksur inkwistjoni, li ma kinux għadhom magħrufa fil-ġurnata tal-att ta’ interruzzjoni, filwaqt li ddeċidiet li l-atti ta’ interruzzjoni tal-preskrizzjoni, minħabba l-imputabbiltà tal-aġir illegali ta’ TradeARBED lil ARBED u l-eżistenza ta’ unità ekonomika bejn dawn iż-żewġ kumpanniji, kienu applikabbli fil-konfront ta’ ARBED<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>ArcelorMittal Luxembourg vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs ArcelorMittal Luxembourg <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/09 P u C‑216/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:190">EU:C:2011:190</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0110">110</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, hija meħtieġa wkoll konklużjoni identika meta tkun inkwistjoni, bħal f’dan il-każ, l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni kkonstatata fir-rigward tas-sussidjarja skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003. It-tmiem tat-terminu ta’ preskrizzjoni ma jistax ikollu, fir-rigward ta’ aġir implikat wieħed, effett limitat għall-entità awtriċi diretta tal-imsemmi aġir, iżda għandu jiġi estiż għall-entitajiet li ġew imputati r-responsabbiltà għal dan l-istess aġir. Meta l-possibbiltà li l-Kummissjoni tissanzjona lil impriża għal aġir partikolari tintemm mill-effett proprju tal-preskrizzjoni, dan it-tmiem għandu jkun ta’ benefiċċju għall-entitajiet ġuridiċi kollha li fir-rigward tagħhom ġiet imputata r-responsabbiltà għall-imsemmi aġir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Definittivament, jidhirli li, għalkemm huwa stabbilit sew li l-Kummissjoni tista’ tiddefendi leġittimament approċċ unitarju, ibbażat fuq il-kunċett funzjonali ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fl-istadju tal-imputazzjoni tar-responsabbiltà għall-aġir antikompetittiv, din għandha tifhem l-implikazzjonijiet kollha ta’ dan l-approċċ fl-istadju tas-sanzjoni tal-imsemmi aġir, inkluż meta tkun inkwistjoni l-problema tal-preskrizzjoni tas-setgħa ta’ sanzjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet kollha, jien tal-fehma li l-aggravju uniku tal-appellanti huwa fondat. Minn dan jirriżulta li hemm lok li tiġi annullata s-sentenza appellata, sa fejn il-Qorti Ġenerali ma wettqitx l-allinjament tal-ammont tal-multa imposta rispettivament fuq il-kumpannija omm Akzo Nobel ma’ dak impost fuq is-sussidjarji tagħha fir-rigward tal-ewwel perijodu ta’ ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>F’konformità mat-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta l-appell huwa fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fil-każ ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża. Dan jidhirli li huwa l-każ f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet kollha spjegati preċedentement, huwa ssuġġerit lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiddikjara u tiddeċiedi dan li ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑47/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:506">EU:T:2015:506</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija annullata sa fejn din tqis li r-responsabbiltà għall-multi oriġinarjament imposti fuq Akzo Nobel Chemicals GmbH u fuq Akzo Nobel Chemicals BV għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur, setgħet tkompli tiġi attribwita lil Akzo Nobel NV għall-perijodu ta’ qabel it-<DATE ISO="19930628">28 ta’ Ġunju 1993</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-<DATE ISO="20091111">11 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (każ COMP/38589 – Stabilizzaturi tas-sħana) hija annullata sa fejn, fir-rigward tal-perijodu ta’ qabel it-<DATE ISO="19930628">28 ta’ Ġunju 1993</DATE>, din timponi multa fuq Akzo Nobel NV minħabba l-aġir illegali ta’ Akzo Nobel Chemicals GmbH u AkzoNobel Chemicals BV.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>