18.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/225

tas-17 ta’ Frar 2022

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/227 tas-17 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (2) jagħti effett lil diversi miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (3), inkluż l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ persuni u entitajiet indikati fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe.

(2)

Fis-17 ta’ Frar 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/227, li temenda l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, li tneħħi tliet persuni mil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stabbilit fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK u li tħassar l-Anness II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK li fih il-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom il-miżuri restrittivi huma sospiżi.

(3)

Fis-17 ta’ Frar 2022, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/226 (4) emenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 skont dan.

(4)

Għaldaqstant, hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex jingħata effett lid-Deċiżjoni (PESK) 2022/227, partikolarment bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 314/2004 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, jitħassar il-paragrafu 4;

(2)

l-Anness IV jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-Y. LE DRIAN


(1)  Ara l-paġna 5 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).

(4)  Ara l-paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.