31979L1071



Official Journal L 331 , 27/12/1979 P. 0010 - 0010
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0158
Greek special edition: Chapter 02 Volume 8 P. 0035
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 2 P. 0158
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 6 P. 0120
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 6 P. 0120


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-6 ta' Diċembru 1979

li temenda d-Direttiva 76/308/KEE dwar għajnuna reċiproka biex ikunu rkuprati talbiet li jirriżultaw minn ħidmiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta' finanzjar tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija, u ta' imposti agrikoli u dazji doganali

(79/1071/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikoli 99 u 100 ta' l-istess,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi fil-preżent m'huwiex possibbli, fil-prinċipju, li tkun inforzata f'xi Stat Membru talba għall-irkupru tat-taxxa fuq il-valur miżjud li tkun sostanzjata minn dokument imfassal mill-awtoritajiet ta' xi Stat Membru ieħor;

Billi l-fatt illi d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-irkupru tat-taxxa fuq il-valur miżjud japplikaw biss fi ħdan territorji nazzjonali huwa fih innifsu ta' xkiel għat-twaqqif u t-tħaddim tas-suq komuni; billi huwa għaldaqstant meħtieġ li jiġu adottati regoli komuni dwar għajnuna reċiproka bejn Stati Membri għall-fini ta' rkupru; billi dawk ir-regoli għandhom ukoll japplikaw għall-irkupru ta' imgħax u spejjeż li jkollhom x'jaqsmu mat-talbiet;

Billi l-Kunsill, bid-Direttiva 76/308/KEE [3], adotta regoli komuni għall-irkupru ta' talbiet li jirriżultaw minn ħidmiet li jiffurmaw parti mis-sistema tal-finanzjar tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija, u ta' imposti agrikoli u dazji doganali;

Billi, huwa possibli li jkunu applikati l-istess regoli għall-finijiet ta' taxxa; billi huwa biżżejjed, għaldaqstant, li jiġi estiż l-iskop tad-Direttiva 76/308/KEE,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

It-titolu tad-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE għandu jkun emendat biex jinqara kif ġej:

"Direttiva tal-Kunsill tal-15 Marzu 1976 dwar għajnuna reċiproka għall-irkupru ta' talbiet li jirriżultaw minn ħidmiet li jiffurmaw parti mis-sistema tal-finanzjar tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija, u ta' imposti agrikoli u dazji doganali, u fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud."

Artikolu 2

Artikolu 2 tad-Direttiva 76/308/KEE għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) l-ittra "d" għandha tkun sostitwita minn "e"

(b) il-punt

"(d)"

li ġej għandu jidħol wara l-punt

"(ċ)"

:

"(d) taxxa fuq il-valur miżjud."

Artikolu 3

L-iStati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta' Jannar 1981.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-iStati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Diċembru 1979.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Preti

[1] ĠU C 57, tas-7.3.1977, p. 62.

[2] ĠU C 56, tas-7.3.1977, p. 79.

[3] ĠU L 73, tad-19.3.1976, p. 18.

--------------------------------------------------