Official Journal L 064 , 02/03/2004 P. 0039 - 0040
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Frar 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2002/794/KE li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-laħam tat-tjur, prodotti tal-laħam tat-tjur u preparazzjonijiet tal-laħam tat-tjur intiżi għall-konsum uman u importati mill-Brażil (notifikata bid-dokument numru K(2004) 557) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2004/198/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel [1], kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1642/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 53(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tniżżel il-prinċipji li jirregolaw l-organiżżazzjoni tal-kontroll veterinarju fuq prodotti deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi [3], u partikolarment l-Artikolu 22(1) tagħha, Billi: (1) Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/794/KE [4] għandu jittieħed kampjun mill-kunsinni kollha tal-laħam tat-tajr, tal-prodotti tal-laħam tat-tajr u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tat-tajr importat mill-Brażil sabiex jiġi dimostrat in-nuqqas ta' nitrofurani. (2) Id-Deċiżjoni 2002/794/KE għandha tkun riveduta skond l-Artikolu 6 tagħha, fid-dawl tal-garanziji provduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Brażil u fuq il-bażi tar-riżultati tat-testijiet magħmula mill-Istati Membri. (3) Fis-27 ta' Mejju 2003, l-awtoritajiet kompetenti tal-Brażil issottomettew quddiem il-Kummissjoni pjan ta' azzjoni li ġie kkunsidrat mill-Kummissjoni bħala wieħed sodisfaċenti. (4) Fir-rapport tal-missjoni [5], l-Uffiċju ta' l-Ikel u l-Veterinarja kkonkluda li l-implimentazzjoni u l-infurzar ta'dan il-pjan ta' azzjoni saru mingħajr nuqqasijiet importanti. (5) Mit-12 ta'Awissu 2003 'l hawn, il-Kummissjoni, permezz tas-sistema RASFF, ma rċeviet l-ebda notifika rilevanti ta' nitrofuran fil-laħam tat-tajr, fil-prodotti tal-laħam tat-tajr jew fil-preparazzjonijiet tal-laħam tat-tajr mill-Brażil. (6) Għaldaqstant il-frekwenza tal-ġabra ta' kampjuni u tat-testijiet ser titnaqqas. (7) Id-Deċiżjoni 2002/794/KE ghandha tiġi emendata f'dan is-sens. (8) Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Foodchain u s-Saħħa tal-Annimali, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Fl-Artikolu 2 tad- Deċiżjoni 2002/794/KE, it-test tal-paragrafu 1jinbidel fit-test li ġej: "1. L-Istati Membri, permezz ta' pjani xierqa ta' ġabra ta' kamjuni u metodi xierqa ta' skoperta, għandhom jassoġġettaw l-20 % tal-kunsinna tal-laħam tat-tajr, tal-prodotti tal-laħam tat-tajr u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tat-tajr importat mill-Brażil għal test kimiku sabiex jiżguraw li l-prodotti kkonċernati ma jippreżentawx periklu għas-saħħa tal-bniedem. Dan it-test għandu jsir partikolarment bil-għan li tiġi skoperta l-preżenza ta' nitrofurani u tal-metaboliti tagħhom." Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-9 ta' Marzu 2004. L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li huma japplikaw għall-importazzjoni sabiex ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan immedjatament. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-27 tà Frar 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 31, 01.02.02, p. 1. [2] ĠU L 245, 29.09.03, p. 4. [3] ĠU L 24, 30.01.1998, p. 9. [4] ĠU L 276, 12.10.2002, p. 66. [5] DG SANCO/9047/2003 - Finali. --------------------------------------------------