2001R2298 — MT — 01.07.2013 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2298/2001 tas-26 Novembru 2001 li jipprovdi r-regoli dettaljati għall-esportazzjoni tal-prodotti provduti bħala għajnuna ta' l-ikel (ĠU L 308, 27.11.2001, p.16) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 688/2004 ta' l-14 ta' April 2004 |
L 106 |
15 |
15.4.2004 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2080/2004 tas-6 ta' Diċembru 2004 |
L 360 |
4 |
7.12.2004 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1847/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 |
L 355 |
21 |
15.12.2006 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 |
L 158 |
74 |
10.6.2013 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2298/2001
tas-26 Novembru 2001
li jipprovdi r-regoli dettaljati għall-esportazzjoni tal-prodotti provduti bħala għajnuna ta' l-ikel
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' l-Kunsill (KE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 fuq l-organizzazzjoni tas-suq komuni taċ-ċereali ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(11) li joħorġu minnu, u d-dispożizzjonijiet li jikkorispondu mar-Regolamenti l-oħra fuq l-organizzazzjoni tas-suq komuni tal-prodotti agrikoli,
Billi:|
(1) |
Għall-fini ta' l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/96 tas-27 ta' Ġunju 1996 fuq il-politika ta' l-għajnuna ta' l-ikel u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna ta' l-ikel u operazzjonijiet speċjali bħala appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel ( 3 ), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1726/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2519/97 ( 5 ) iniżżel regoli ġenerali għall-mobilitazzjoni tal-prodotti li għandhom ikunu provduti bħala għajnuna ta' l-ikel tal-Komunità. |
|
(2) |
Ir-regoli tal-mobilitazzjoni ta' hawn fuq jinvolvu l-applikazzjoni tar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni fil-każ ta' mobilitazzjoni fil-Komunità. Iżda, hemm bżonn ikunu preskritti regoli speċjali li jirregolaw ċerti aspetti b'deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta' April 1999 li jniżżel regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjonijiet fuq prodotti agrikoli ( 6 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 90/2001 ( 7 ). Biex ikunu garantiti l-kondizzjonijiet kompetittivi li japplikaw għat-twassil fid-data tat-tfigħ ta' l-offerti ma jinbidlux wara l-għoti tal-kuntratti bħala riżultat ta' l-applikazzjoni ta' ċerta modi tekniċi li jistgħu jaġġustaw ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjonijiet bħala funzjoni tad-data ta' l-esportazzjoni, għandha ssir dispożizzjoni biex jitneħħew ċerti regoli li japplikaw għall-kummerċ fil-prodotti agrikoli u li tagħti rifużjoni ta' l-esportazzjonijiet li hija l-istess għal dawk kollha li tefgħu l-offerti u tibqa' ma tinbidilx minkejja d-data proprja ta' l-esportazzjoni. |
|
(3) |
Biex jiggarantixxu li d-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq huma applikati sew, regoli ta' amministrazzjoni rigward il-liċenzji ta' l-esportazzjoni għandhom jitniżżlu li jidderogaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jniżżel regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati fissi bil-quddiem tal-prodotti agrikoli ( 8 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1095/2001 ( 9 ). Għal dak l-iskop, il-garanzija tat-twassil mitfugħa minn dak li tefa' l-offerta b'suċċess għall-operazzjoni ta' l-għajnuna ta' l-ikel bħala assigurazzjoni li jwettaq l-obbligi tiegħu ta' provisti skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2519/97 għandha tkun kunsidrata biżżejjed ukoll biex tiggarantixxi r-rispett ta' l-obbligi li joħorġu minn dawk il-liċenzji. |
|
(4) |
Provisti mwettqa taħt ir-Regolament (KE) Nru 2519/97 għandhom ikunu kunsidrati bħala għajnuna ta' l-ikel skond it-tifsira ta' l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim ta' l-Agrikoltura fil-kuntest tas-Sensiela Urugwajana. |
|
(5) |
Rigward l-għajnuna nazzjonali ta' l-ikel, dan ir-Regolament japplika biss għall-għajnuna li hija skond il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 10(4) tal-Ftehim ta' l-Agrikoltura fil-kuntest tas-Sensiela Urugwajana. L-istess derogi tar-Regolamenti (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 1291/2000 għandhom japplikaw għal dawk l-operazzjonijiet kif japplikaw għall-għajnuna ta' l-ikel tal-Komunità. |
|
(6) |
Rifużjonijiet ta' l-esportazzjonijiet għall-għajnuna ta' l-ikel tal-Komunità jitħallsu biss għall-kwantitajiet esportati b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 800/1999 u biss jekk jittieħdu b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 2519/97. |
|
(7) |
Rigward ir-rata tar-rifużjoni ta' l-għajnuna nazzjonali ta' l-ikel, ir-regola provduta fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 tas-26 ta' Jannar 1999 li jniżżlu regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 rigward il-liċenzji ta' l-esportazzjoni u r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjonijiet fil-każ tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ( 10 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1923/2001 ( 11 ), u fl-Artikolu 11(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 tat-23 ta' Mejju 1995 li jniżżel regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni għaċ-ċereali u r-ross ( 12 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 409/2001 ( 13 ), li bih ir-rifużjoni applikabbli hija dik iffissata u ppubblikata qabel ma jintefgħu l-offerti, għandha tkun applikata. |
|
(8) |
L-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet orizzontali rigward ir-rata tar-rifużjoni applikabbli għall-azzjonijiet nazzjonali ta' l-għajnuna ta' l-ikel tfisser li d-dispożizzjonijiet settorali eżistenti għandhom jitħassru. |
|
(9) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/98 tat-30 ta' Jannar 1998 li jniżżel regoli dettaljati għall-esportazzjoni tal-prodotti provduti mill-għajnuna tal-Komunità ta' l-ikel ( 14 ) għandu jinbidel sabiex isiru l-bidliet li hemm bżonn u għall-iskopijiet ta' ċlarezza u effiċjenza amministrattiva. |
|
(10) |
Il-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati Amministrattivi konċernati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' eċċezzjoni adottati mill-Kummissjoni għal operazzjonijiet speċjali, dan ir-Regolament ma japplikax għall-esportazzjoni tal-prodotti koperti mir-regolamenti fuq l-organizzazzjoni tas-suq komuni mniżżla fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 fejn il-prodotti huma pprovduti bħala għajnuna tal-Komunità ta' l-ikel taħt ir-Regolament (KE) Nru 1292/96 u mobilizzat fil-Komunità skond ir-regoli ġenerali tar-Regolament (KE) Nru 2519/97.
Għandu japplika mutatis mutandis fejn il-prodotti msemmija fil-paragrafu ta' qabel huma provduti bħala għajnuna nazzjonali ta' l-ikel implimentat mill-Istati Membri, iżda suġġetti għal miżuri nazzjonali speċifiċi fuq l-organizzazzjoni u l-assenjament ta' dawn l-operazzjonijiet.
L-Artikolu 2
1. B'mod ta' deroga mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, ir-rifużjoni ta' l-esportazzjonijiet li għandha titħallas tkun dik applikabbli fid-data speċifikata fl-istrument legali li jniżżel il-kondizzjonijiet speċjali li taħthom l-operazzjoni ta' l-għajnuna tal-Komunità ta' l-ikel għandha titwettaq (minn issa 'l quddiem msemmija bħala “l-avviż ta' l-offerta”).
Fil-każ ta' l-għajnuna nazzjonali ta' l-ikel msemmija fl-Artikolu 1, ir-rata applikabbli ta' rifużjoni tkun dik li tapplika fid-data meta l-Istat Membru jiftaħ l-istedina għall-offerti għall-provista fil-kwistjoni.
2. Fil-każ ta' provista ta' xogħlijiet ta' qabel jew ta' trasport b'xejn u ħielsa fil-port tat-trasport bil-vapur, il-limitu ta' żmien li matulu l-prodotti jridu jitilqu mit-territorju tad-dwana tal-Komunità, imniżżla fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, ma jgħoddux.
3. Bħala deroga mid-dispożizzjonijiet li jniżżlu aġġustament mill-ġdid ta' l-ammonti fissi bil-quddiem, ir-rifużjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx suġġetta għal xi aġġustament jew korrezzjoni.
L-Artikolu 3
1. L-eliġibilità għar-rifużjoni tkun bil-kondizzjoni li tkun preżentata l-liċenzja ta' l-esportazzjoni, li tinkludi r-rifużjoni fissa bil-quddiem msemmija fl-Artikolu 2(1), li tkun applikata biex titwettaq l-operazzjoni kkonċernata ta' l-għajnuna ta' l-ikel. Il-liċenzja tkun valida biss għall-esportazzjoni li għandha titwettaq f'dan il-kuntest.
Bħala deroga mill-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-perjodu ta' validità tal-liċenzja jista' jkun estiż mill-awtorità kompetenti fuq talba bil-miktub u ġustifikata ta' dak li tefa' l-offerta b'suċċess (minn issa 'l quddiem imsemmi bħala “dak li qed jipprovdi”).
Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni tkun valida biss għall-kwantità indikata fil-kaxxa numru 17 tal-liċenzja u li għaliha l-applikant ġie dikjarat dak li qed jipprovdi. Il-kaxxa numru 19 tal-liċenzja jkun fiha l-figura “0”.
2. L-applikazzjonijiet għall-liċenzji jkunu akkumpanjati bl-evidenza li l-applikant huwa dak li qed jipprovdi l-għajnuna ta' l-ikel tal-Komunità. Din l-evidenza tkun provduta b'kopja tal-komunikazzjoni mibgħuta lilu mill-Kummissjoni fejn tinfurmah li huwa dak li se jipprovdi l-għajnuna ta' l-ikel fil-kwistjoni u, jekk mitlub mill-aġenzija tal-ħruġ, kopja ta' l-avviż ta' l-offerti.
Il-liċenzji jinħarġu biss jekk evidenza hija provduta li l-garanzija tat-twassil msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2519/97 saret. Li ssir il-garanzija titqies li saret il-garanzija tal-liċenzja. Il-kelma “eżentata” tiddaħħal għalhekk fil-kaxxa numru 11 tal-liċenzja.
Fid-dokument użat biex issir l-applikazzjoni għar-rimborż imsemmija fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 u flimkien mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, fil-kaxxa 20 ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzji u l-liċenzja ta’ l-esportazzjoni nnifisha, waħda mill-entrati mniżżla fl-Anness għandha tiġi inkluża.
◄
In-numru tal-azzjoni li għandu jiġi indikat hu dak li jidher fl-avviż ta’ sejħa għall-offerti. Barra minn hekk, il-pajjiż ta’ destinazzjoni għandu jiġi indikat fil-Kaxxa 7 fit-talba għal liċenzja u tal-liċenzja.
L-Artikolu 4
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2, il-ħlas tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni dwar l-għajnuna tal-Komunità ta' l-ikel issir skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 u, b'deroga mill-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament, mal-preżentazzjoni ta' kopja taċ-ċertifikat tal-pussess jew ċertifikat tal-wasla riferut fl-Artikolu 17(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2519/97, attestat bħala kopja vera mill-uffiċċju tal-Kummissjoni fejn jintbagħtu l-offerti skond l-avviż ta' l-offerti.
Il-ħlas tar-rifużjoni riferut fl-Artikolu 2(1) isir rigward il-kwantità netta aċċettata li tidher fuq iċ-ċertifikat tal-pussess jew tal-wasla.
2. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 ma japplikax fejn ir-rifużjoni mitluba hija għola mir-rifużjoni dovuta għall-esportazzjoni rilevanti bħala riżultat taċ-ċirkostanzi jew ġrajjiet barra l-kontroll ta' dak li qed jipprovdi li jiġru wara li titlesta l-operazzjoni tal-provista skond l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 13(7), l-Artikolu 14(11) jew l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE) Nru 2519/97.
Fejn il-pajjiż ta' destinazzjoni jitbiddel mill-benefiċjarju ta' l-għajnuna, it-tnaqqis riferut fit-tieni indent ta' l-Artikolu 18(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 ma japplikax.
L-Artikolu 5
L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 u l-Artikolu 11(a) tar-Regolament (KE) Nru 1162/95 huma issa mħassra.
L-Artikolu 6
Ir-Regolament (KE) Nru 259/98 huwa issa mħassar. Iżda, ikompli jgħodd għall-provvisti ta' l-għajnuna ta' l-ikel tal-Komunità li għalihom avviż ta' l-offerta kien ippublikat qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
L-Artikolu 7
Dan ir-Regolament jibda jseħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tieghu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Jgħodd għall-provisti ta' l-għajnuna ta' l-ikel tal-Komunità li għalihom avviż ta' l-offerta kien ippublikat fid-data jew wara tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot kollu kemm hu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Entrati msemmija fl-ewwel subparagrafu fl-Artikolu 3(3):
|
Bil-Bulgaru |
: |
Хранителна помощ от Общността — Дейност № …/… или Национална хранителна помощ |
|
Bl-Ispanjol |
: |
Ayuda alimentaria comunitaria — Accion no …/… o Ayuda alimentaria nacional |
|
Biċ-Ċekożlovakk |
: |
Potravinová pomoc Společenství — akce č. …/… nebo vnitrostátní potravinová pomoc |
|
Bid-Daniż |
: |
Fællesskabets fødevarehjælp — Aktion nr. …/… eller National fødevarehjælp |
|
Bil-Ġermaniż |
: |
Gemeinschaftliche Nahrungsmittelhilfe — Maßnahme Nr. …/… oder Nationale Nahrungsmittelhilfe |
|
Bl-Eston |
: |
Ühenduse toiduabi — programm nr …/… või siseriiklik toiduabi |
|
Bil-Grieg |
: |
Κοινοτική επισιτιστική βοήθεια — Δράση αριθ. …/… ή εθνική επισιτιστική βοήθεια |
|
Bl-Ingliż |
: |
Community food aid — Action No …/… or National food aid |
|
Bil-Franċiż |
: |
Aide alimentaire communautaire — Action no …/… ou Aide alimentaire nationale |
|
Bil-Kroat |
: |
Pomoć Zajednice u hrani — Akcija br. …/… ili nacionalna pomoć u hrani |
|
Bit-Taljan |
: |
Aiuto alimentare comunitario — Azione n. …/… o Aiuto alimentare nazionale |
|
Bil-Latviju |
: |
Kopienas pārtikas atbalsts — Pasākums Nr. …/… vai Valsts pārtikas atbalsts |
|
Bil-Litwan |
: |
Bendrijos pagalba maisto produktais — Priemonė Nr. …/… arba Nacionalinė pagalba maisto produktais |
|
Bl-Ungeriż |
: |
Közösségi élelmiszersegély — … számú intézkedés/… vagy Nemzeti élelmiszersegély |
|
Bil-Malti |
: |
Għajnuna alimentari komuni — Azzjoni nru …/… jew Għajnuna alimentari nazzjonali |
|
Bl-Olandiż |
: |
Communautaire voedselhulp — Actie nr. …/… of Nationale voedselhulp |
|
Bil-Pollakk |
: |
Wspólnotowa pomoc żywnościowa — Działanie nr …/… lub Krajowa pomoc żywnościowa |
|
Bil-Portugiż |
: |
Ajuda alimentar comunitária — Acção n.o …/… ou Ajuda alimentar nacional |
|
Bir-Rumen |
: |
Ajutor alimentar comunitar — Acțiunea nr. …/… sau Ajutor alimentar național |
|
Bis-Slovakk |
: |
Potravinová pomoc Spoločenstva — Akcia č. …/… alebo Národná potravinová pomoc |
|
Bis-Sloven |
: |
Pomoč Skupnosti v hrani — Akcija št. …/… ali državna pomoč v hrani |
|
Bil-Finlandiż |
: |
Yhteisön elintarvikeapu — Toimi nro …/… tai kansallinen elintarvikeapu |
|
Bl-Iżvediż |
: |
Livsmedelsbistånd från gemenskapen — Aktion nr …/… eller Nationellt livsmedelsbistånd |
( 1 ) ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.
( 2 ) ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1.
( 3 ) ĠU L 166, tal-5.7.1996, p. 1.
( 4 ) ĠU L 234, ta' l-1.9.2001, p. 10.
( 5 ) ĠU L 346, tas-17.12.1997, p. 23.
( 6 ) ĠU L 102, tas-17.4.1999, p. 11.
( 7 ) ĠU L 14, tat-18.1.2001, p. 22.
( 8 ) ĠU L 152, ta' l-24.6.2000, p. 1.
( 9 ) ĠU L 150, tas-6.6.2001, p. 25.
( 10 ) ĠU L 20, tas-27.1.1999, p. 8.
( 11 ) ĠU L 261, tad-29.9.2001, p. 53.
( 12 ) ĠU L 117, ta' l-24.5.1995, p. 2.
( 13 ) ĠU L 60, ta' l-1.3.2001, p. 27.
( 14 ) ĠU L 25, tal-31.1.1998, p. 39.