|
27.8.2009 |
MT |
Il-Ġur nal Uff iċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 224/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Awwissu 2009
li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fis-Slovakkja
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 6389)
(it-test bis-Slovakk biss huwa awtentiku)
(2009/622/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 43, il-punt (m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Anness V, il-punt B.IV, il-punt 1 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandha tiġi ddeterminata billi jiġi stmat il-kontenut tad-dgħif permezz ta’ metodi ta’ valutazzjoni ppruvati statistikament ibbażati fuq il-qies fiżiku ta’ waħda mill-partijiet anatomiċi tal-karkassa tal-majjal jew aktar. L-awtorizzazzjoni tal-metodi għall-klassifikazzjoni għandha tkun suġġetta għall-konformità b’tolleranza massima għall-iżbalji statistiċi fil-valutazzjoni. Definizzjoni ta' din it-tolleranza tinsab fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (2). |
|
(2) |
Is-Slovakkja talbet lill-Kummissjoni tawtorizza tliet metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali u ppreżentat ir-riżultati tal-provi tad-dissezzjoni fit-tieni parti tal-protokoll previst fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008. |
|
(3) |
Eżami ta' din it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawn il-metodi għall-klassifikazzjoni huma sodisfatti. |
|
(4) |
L-ebda modifika fl-apparat jew fil-metodi ta' klassifikazzjoni ma tista' tiġi awtorizzata ħlief permezz ta' Deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni adottata fid-dawl tal-esperjenza miksuba. Għal din ir-raġuni, din l-awtorizzazzjoni tista’ titħassar. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-użu tal-metodi li ġejjin huwa b’dan awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fis-Slovakkja skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007:
|
(a) |
l-apparat imsejjaħ “Two-point, (Zwei punkte – ZP)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti nru 1 tal-Anness; |
|
(b) |
l-apparat imsejjaħ “Fat-O-Meater (FOM)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti nru 2 tal-Anness; |
|
(c) |
l-apparat imsejjaħ “Ultrafom 300 (UFOM)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti nru 3 tal-Anness. |
Artikolu 2
Modifiki fl-apparat jew fil-metodi ta' valutazzjoni m'għandhomx jiġu awtorizzati.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovakkja.
Magħmula fi Brussell, l-20 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FIS-SLOVAKKJA
IL-PARTI 1
Two-Point (Zwei Punkte — ZP)
|
1. |
Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali tista' ssir bl-użu tal-metodu manwali li jissejjaħ “Two-Point (Zwei Punkte — ZP)”. |
|
2. |
Dan il-metodu jista’ jiġi implimentat bl-użu ta’ riga, u l-klassifika tiġi determinata abbażi tal-ekwazzjoni ta’ previżjoni. Huwa bbażat fuq il-kejl manwali mal-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma tal-ħxuna tal-muskolu u tal-ħxuna tax-xaħam. |
|
3. |
Il-kontenut ta’ dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:
fejn:
Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn is-60 u l-120 kilogramma. |
IL-PARTI 2
Il-“Fat-O-Meater (FOM)”
|
1. |
Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandha ssir bl-użu tal-apparat imsejjaħ “Fat-O-Meater (FOM)”. |
|
2. |
L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda li għandha dijametru ta’ sitt millimetri li tinkludi fotodajowd (“photodiode”) tat-tip SFH 950 tad-ditta Siemens u “photodetector” (tat-tip SFH 960) u li jkollha distanza ta’ ħidma ta’ bejn 3 u 103 millimetri. Ir-riżultati tal-kejl jinqalbu f’kontenut tad-dgħif stmat permezz ta’ kompjuter. |
|
3. |
Il-kontenut ta’ dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkolat skont il-formula li ġejja:
fejn:
Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn is-60 u l-120 kilogramma. |
IL-PARTI 3
“Ultrafom 300 (UFOM)”
|
1. |
Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandha ssir bl-użu tal-apparat imsejjaħ “Ultrafom 300 (UFOM)”. |
|
2. |
L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda ultrasonika bi frekwenza ta’ 4 MHz (tat-tip MB 4 SE tad-ditta Krautkrämer). Is-sinjal ultrasoniku jinqaleb għal wieħed diġitali, u jiġi rreġistrat u pproċessat permezz ta’ mikroproċessur (tat-tip 80 C 32 tad-ditta Intel). Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu f’kontenut tad-dgħif stmat permezz tal-apparat tal-“Ultrafom” innifsu. |
|
3. |
Il-kontenut ta’ dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkolat skont il-formula li ġejja:
fejn:
Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn is-60 u l-120 kilogramma. |