<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑128/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0128</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2432">EU:C:2014:2432</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20141211">11.12.2014</DATE> — KAWŻA C‑128/13</P><P>CRUZ &amp; COMPANHIA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 3665/87</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 4(1) u 13</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2220/85</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 19(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ħlas bil-quddiem tal-ħlas lura</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet ta’ rilaxx tal-garanzija kkostitwita biex jiġi żgurat ir-rimbors tal-ħlas bil-quddiem</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑128/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20130318">18 ta’ Marzu 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Cruz &amp; Companhia Lda</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Caixa Central — Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo CRL,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President ta’ Awla, C. Vajda (Relatur), A. Rosas, E. Juhász u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20140619">19 ta’ Ġunju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Cruz &amp; Companhia Lda, minn M. Lacerda, R. Freitas u J. Freitas, advogados,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u M. Folgado Moreno, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Guerra e Andrade u D. Triantafyllou kif ukoll minn M. Afonso, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas‑<DATE ISO="19871127">27 ta’ Novembru 1987</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1987">ĠU L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1829/94, tas‑<DATE ISO="19940726">26 ta’ Lulju 1994</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="191" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="1994">ĠU L 191, p. 5</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 3665/87<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u tal‑Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85, tat‑<DATE ISO="19850722">22 ta’ Lulju 1985</DATE>, li jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 6, p. 186), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3403/93, tal‑<DATE ISO="19931210">10 ta’ Diċembru 1993</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 15, p. 221, iktar ’il quddiem ir‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament Nru 2220/85<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Cruz &amp; Companhia Lda (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Cruz &amp; Companhia<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u l‑Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) minn naħa, u l-Caixa Central — Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo CRL (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>CCAM<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), min-naħa l-oħra, fir-rigward tar-rifjut ta’ rilaxx ta’ garanzija bankarja li tiżgura r-rimbors tal-ammont ta’ ħlas bil-quddiem ta’ ħlas lura fuq l-esportazzjoni, imħallsa għal esportazzjonijiet ta’ nbid magħmula matul is-sena 1995, u tal-attivazzjoni ta’ din il-garanzija bankarja.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87, tas-<DATE ISO="19870316">16 ta’ Marzu 1987</DATE>, dwar l-organizzazzjoni kommuni tas-suq tal-inbid (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="084" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1987">ĠU L 84, p. 1</REF.DOC.OJ>), kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="056.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sa fejn huwa neċessarju sabiex tkun tista’ ssir esportazzjoni ekonomikament importanti tal-prodotti [li jirriżultaw mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-inbid], abbażi tal-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-kummerċ internazzjonali, id-differenza bejn dawn il-prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità tista’ tkun koperta bi ħlas lura fuq l-esportazzjoni. [...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="056.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħlas lura għandu jkun l-istess għall-Komunità kollha. Huwa jista’ jvarja skont l-użu jew id-destinazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Il-ħlas lura jingħata fuq talba tal-persuna kkonċernata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="056.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kunsill, li tiddeċiedi fuq proposta tal-Kummissjoni b’maġġoranza kkwalifikata, għandha tiddeċiedi r-regoli ġenerali dwar l-għoti tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni u l-kriterji tal-iffissar tal-ammont tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="056.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-modalitajiet għall-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu għandhom jiġu deċiżi skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 83.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 71(2) tar-Regolament Nru 822/87 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew grupp ta’ persuni fil-pussess tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 [inklużi prodotti marbuta mal-inbid, bħal f’dan il-każ,] għall-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom, b’mod partikolari l-produtturi, il-persuni responsabbli mill-imbottiljar, il-persuni responsabbli mill-ipproċessar kif ukoll in-negozjanti li għandhom jiġu ddeterminati, għandhom l-obbligu li jżommu reġistri li jindikaw, b’mod partikolari, id-dħul u l-ħruġ tal-imsemmija prodotti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-modalitajiet komuni għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ restituzzjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli kienu stabbiliti mill-Kummissjoni fir-Regolament Nru 3665/87.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>It-tielet, ir-raba’ u s-sittax‑il premessa tar-Regolament Nru 3665/87 kienu jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[...] ir-regoli ġenerali deċiżi mill-Kunsill jipprovdu li l-ħlas lura jsir meta tiġi prodotta l-prova u li l-prodotti jkunu ġew esportati barra mill-Komunità; [...]</P></CONSID><CONSID><P>[...] ċerti esportazzjonijiet jistgħu jagħtu lok għal abbużi; [...] sabiex jiġu evitati tali abbużi, jeħtieġ li għal dawn it-tranżazzjonijiet il-ħlas lura jkun suġġett, minbarra l-kundizzjoni li l-prodott ikun ħalla t-territorju doganali tal-Komunità, għall-kundizzjoni li l-prodott ikun ġie importat f’pajjiż terz, u, jekk ikun il-każ, ikun effettivament tqiegħed fis-suq tal-pajjiż terz;</P></CONSID><P>[...]</P><CONSID><P>[...] sabiex il-finanzjament tal-esportazzjonijiet tal-esportaturi jiġi ffaċilitat, l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati jħallsulhom bil-quddiem, mill-mument li tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, l-ammont kollu jew parti minnu tal-ħlas lura, suġġett għall-għoti ta’ garanzija li tista’ tiżgura r-rimbors ta’ dan il-ħlas bil-quddiem fil-każ fejn jidher ulterjorment li l-ħlas lura ma kellux jingħata.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 3665/87:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 16, il-ħlas lura huwa suġġett għall-produzzjoni tal-prova li l-prodotti li għalihom ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni telqu fi stat <HT TYPE="ITALIC">tale quale</HT> mit-territorju doganali tal-Komunità sa mhux iktar tard minn terminu ta’ sittin ġurnata minn din l-aċċettazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 3665/87 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-ebda ħlas lura ma għandu jingħata meta l-prodotti ma jkunux ta’ kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata, u, jekk dawn il-prodotti huma intiżi għall-ikel mill-bnedmin, meta l-użu tagħhom għal dan il-għan jiġi eskluż jew kunsiderevolment imnaqqas minħabba l-karatteristiċi jew l-istat tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament Nru 3665/87 kien jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Prova li l-formalitajiet doganali għall-importazzjoni jkunu twettqu għandha tiġi prodotta skont ma jagħżel l-esportatur bil-produzzjoni ta’ wieħed mid-dokumenti li ġejjin:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ċertifikat ta’ ħatt u ta’ tqegħid għall-konsum stabbilit minn kumpannija speċjalizzata fuq livell internazzjonali fil-qasam tal-kontroll u ta’ sorveljanza u awtorizzat mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4. Id-data u n-numru tad-dokument doganali ta’ tqegħid għall-konsum għandhom jitniżżlu fiċ-ċertifikat ikkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 3665/87, li kien jinsab taħt il-Kapitolu 2, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Ħlas bil-quddiem tal-ħlas lura fil-każ ta’ esportazzjoni diretta<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="022.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fuq talba mill-esportatur, l-Istati Membri għandhom iħallsu bil-quddiem l-ammont kollu jew parti minnu tal-ħlas lira, mill-mument li tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, bil-kundizzjoni li tiġi kkostitwita garanzija li l-ammont tagħha huwa ekwivalenti għal dan il-ħlas bil-quddiem, miżjud bi 15 %.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom huwa possibbli li jintalab ħlas bil-quddiem ta’ parti mill-ħlas lura.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammont li għandu jitħallas bil-quddiem għandu jiġi kkalkolat billi tittieħed inkunsiderazzjoni tal-ħlas lura applikabbli għad-destinazzjoni ddikjarata u aġġustata, jekk ikun il-każ, tal-ammonti l-oħra previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 33(1) tar-Regolament Nru 3665/87 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Meta tiġi prodotta l-prova tad-dritt għal ħlas lura fir-rigward ta’ prodotti jew merkanzija aċċettata skont kif meħtieġ mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu, l-ammont inkwistjoni jkun suġġett għal tpaċija mal-ammont imħallas bil-quddiem. Meta l-ammont dovut għall-kwantità esportata jkun ogħla minn dak li tħallas bil-quddiem, id-differenza titħallas mill-persuna kkonċernata.</ALINEA><ALINEA>Meta s-somma dovuta fuq il-kwantità esportata tkun iktar baxxa minn dak imħallas bil-quddiem, b’mod partikolari fil-każ ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tapplika mingħajr dewmien il-proċedura msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 bil-għan li l-operatur iħallas id-differenza bejn dawn iż-żewġ ammonti miżjuda b’20 %.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 2220/85 kien jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-garanziji li għandhom jiġu pprovduti b’mod partikolari jew skont ir-Regolament Nru 822/87 jew skont ir-regolamenti ta’ implementazzjoni tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Taħt it-Titolu IV, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Il-ħlas ta’ l-avvanzi [ħlasijiet bil-quddiem]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, l-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 2220/85 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-garanzija għandha tiġi rilaxxjata meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jkun ġie stabbilit l-intitolament finali għas-somma mogħtija bħala ħlas bil-quddiem,</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tkun reġgħet tħallset is-somma mogħtija, biż-żieda ta’ kull addizzjoni oħra mitluba skond ir-Regolament speċifiku.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>La darba d-data ta’ l-għeluq biex ikun muri l-intitolament finali għas-somma mogħtija jkun skada mingħajr il-produzzjoni ta’ evidenza tal-intitolament, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament issegwi mal-proċedura fl-Artikolu 29.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2238/1993, tas‑<DATE ISO="19930726">26 ta’ Lulju 1993</DATE>, dwar id-dokumenti li jakkumpanjaw it-trasporti tal-prodotti marbuta mal-inbid u mar-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-inbid (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="200" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="1993">ĠU L 200, p. 10</REF.DOC.OJ>), kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-regolament jiddeċiedi l-modalitajiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KEE) Nru 822/87 fir-rigward tad-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti tas-settur tal-inbid, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva [tal-Kunsill 92/12, tal‑<DATE ISO="19920225">25 ta’ Frar 1992</DATE>, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179)]. Huwa jistabbilixxi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ir-regoli għaċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini għall-inbejjed ta’ kwalità prodotti f’reġjuni speċifika u ċ-ċertifikazzjoni tal-provenjenza għall-inbejjed ta’ fuq il-mejda intitolati għal indikazzjoni ġeografika fid-dokumenti li jakkumpanjaw it-trasport ta’ dawn l-inbejjed li huma wkoll stabbiliti taħt id-dispożizzjonijiet Komunitarji bbażati fuq id-Direttiva [92/12];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ir-regoli għall-ħruġ ta’ dokumenti li jakkumpanjaw it-trasport ta’ prodotti tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 822/87:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>fi Stat Membru, sa fejn dan it-trasport ma jkunx akkumpanjati b’dokument rikjest mid-dispożizzjonijiet Komunitarji bbażati fuq Direttiva [92/12];</P></ITEM><ITEM><P>għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz;</P></ITEM><ITEM><P>fil-kummerċ intra-Komunitarju:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>meta t-trasport jiġi operat minn produttur żgħir eżentat mill-Istat Membru fejn jibda t-trasport milli juri dokument ta’ akkumpanjament semplifikat;</P><P>jew</P></ITEM><ITEM><P>meta jikkonċerna t-trasport ta’ prodott tal-inbid li ma huwiex suġġett għal dazju;</P></ITEM></LIST></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>dispożizzjonijiet komplementari għall-ħruġ:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tad-dokument amministrattiv ta’ akkumpanjament jew tad-dokument kummerċjali użat biex jissostitwih;</P></ITEM><ITEM><P>tad-dokument ta’ akkumpanjament semplifikat li jew tad-dokument kummerċjali użati biex jissostitwih,</P></ITEM></LIST></P><P>intiżi sabiex jakkumpanjaw trasporti ta’ prodotti tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 822/87.</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-regolament jistabbilixxi, barra minn hekk, regoli għaż-żamma tar-reġistri ta’ dħul u ta’ ħruġ mill-persuni fil-pussess ta’ prodotti tal-inbid għall-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Cruz &amp; Companhia hija kumpannija kummerċjali li tiddedika ruħha għall-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed, tal-eaux de vie u tad-derivati tagħhom, inkluża l-produzzjoni, il-ħażna u x-xiri bil-għan tal-bejgħ mill-ġdid. Fil-kuntest tal-attività tagħha, din il-kumpannija wettqet esportazzjonijiet ta’ nbid lejn l-Angola bi prezz inferjuri għal dak li kienet tikseb li kieku kienet biegħet l-inbid fis-suq tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Ġunju 1995, Cruz &amp; Companhia talbet lill-Instituto Nacional de Intervenção e Garantia Agrícola (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>INGA<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) il-ħlas bil-quddiem tal-ħlas lura. F’dan is-sens, hija ppreżentat l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, il-prova li l-prodotti kienu ħallew it-territorju doganali tal-Unjoni f’terminu ta’ 60 ġurnata minn din l-aċċettazzjoni, kif ukoll garanzija bankarja kkostitwita mingħand is‑CCAM, fl‑<DATE ISO="19950614">14 ta’ Ġunju 1995</DATE>, li l-ammont tagħha kien ugwali għall-ammont tal-ħlas bil-quddiem tal-ħlas lura, miżjud bi 15 %.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Ħlas bil-quddiem tal-ħlas lura ngħata lil Cruz &amp; Companhia fis-<DATE ISO="19950626">26 ta’ Ġunju 1995</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Wara t-twettiq tal-esportazzjoni, Cruz &amp; Companhia ppreżentat lill-INGA d-dokumenti relatati mal-esportazzjoni, jiġifieri l-irċevuti, iċ-ċertifikat, id-dikjarazzjoni ta’ kompożizzjoni tal-merkanzija, il-kampjun magħżul u l-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni permezz ta’ dikjarazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-prodotti daħlu fil-pajjiż terz ta’ destinazzjoni u ġew sdoganati.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L‑INGA qatt ma ħallset lura l-garanzija bankarja lil Cruz &amp; Companhia.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Wara verifika ta’ regolarità tal-esportazzjonijiet ta’ nbejjed imwettqa minn Cruz &amp; Companhia, l-INGA ordnat, permess ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20040729">29 ta’ Lulju 2004</DATE>, ir-rimbors tal-ammont miġbur minn Cruz &amp; Companhia bħala ħlas lura fuq l-esportazzjoni, f’terminu ta’ 30 ġurnata, taħt piena li jingħata bidu għall-mekkaniżmi neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-garanzija bankarja.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Cruz &amp; Companhia, li ma wettqitx il-ħlas volontarju tal-ammont mitlub, ippreżentat rikors quddiem it-Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu kontra d-deċiżjoni tal-INGA tad‑<DATE ISO="20040729">29 ta’ Lulju 2004</DATE>. Fil‑<DATE ISO="20080725">25 ta’ Lulju 2008</DATE>, dan it-tribunal ċaħad ir-rikors ta’ Cruz &amp; Companhia bħala infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Cruz &amp; Companhia appellat minn din id-deċiżjoni quddiem it-Tribunal Central Administrativo do Norte. Permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, li saret <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>, din il-qorti ċaħdet l-appell u kkonfermat id-deċiżjoni tat‑Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Cruz &amp; Companhia ppreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju kontra l-IFAP, organu li ssuċċeda lill-INGA, u s-CCAM intiż sabiex jiġi kkonstatat li s-suġġett tal-garanzija bankarja sar mingħajr effett fil‑<DATE ISO="19950831">31 ta’ Awwissu 1995</DATE>, data tal-preżentata tad-dokumenti li jipprovaw id-dħul tal-prodotti fl-Angola, u li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-attivazzjoni mill-IFAP tal-garanzija bankarja kienet illegali u abbużiva. Barra minn hekk, Cruz &amp; Companhia talbet il-kundanna tas-CCAM sabiex tastjeni ruħha milli tħallas lill-IFAP il-garanzija bankarja inkwistjoni u talbet ukoll il-ħlas mill-IFAP, bħala kumpens, tal-ammonti li hija talbet.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju tirriżulta l-kwistjoni dwar jekk kienx ġie stabbilit dritt għall-għoti definittiv tal-ammont tal-ħlas lura u, konsegwentement, jekk kienx hemm lok li tiġi rilaxxata l-garanzija b’mod li jiġi żgurat ir-rimbors tal-ammont imħallas bil-quddiem, ġaladarba l-esportatur ippreżenta l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni u pproduċa l-prova li l-prodotti ħallew it-territorju doganali tal-Unjoni f’terminu ta’ 60 ġurnata u daħlu fil-pajjiż terz ta’ destinazzjoni, fejn kien, barra minn hekk, neċessarju li jiġi żgurat li l-ammonti rċevuti bħala ħlas bil-quddiem tal-ħlas lura kienu dovuti.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal da Relação de Lisboa ddeċieda li jisspospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel id-domandi li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1)</NO.P><TXT>Il-garanzija pprovduta fil-każ ta’ ħlas antiċipat tal-ħlas lura għandha tiġi kkunsidrata bħala estinta fil-mument li jiġi stabbilit li l-esportatur ippreżenta d-dokumenti li jikkonċernaw l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni u l-prova li l-prodotti ħallew it-territorju doganali tal-Komunità sa mhux iktar tard minn terminu ta’ 60 ġurnata minn din l-aċċettazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Dan huwa wisq iżjed minnu meta huwa jkun saħansitra pproduċa l-prova ta’ sdoganament ta’ dawn il-prodotti fil-pajjiż terz importatur?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jew, bil-kontra, għandu jkun mifhum li, minbarra li jiġu sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet, ir-rilaxx tal-garanzzija tippreżupponi li l-Istat ma għandux dritt, tkun għal liema raġuni tkun — marbuta ma’ irregolaritajiet fl-esportazzjoni — għar-rimbors tal-ħlas lura antiċipat?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament Nru 2220/85 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-garanzija pprovduta minn esportatur sabiex jiġi żgurat ir-rimbors tal-ħlas bil-quddiem irċevut fuq il-ħlas lura fuq l-esportazzjoni għandhiex titqies li hija estinta mill-mument li jiġi stabbilit li l-esportatur ippreżenta d-dokumenti relatati mal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, il-prova li sa mhux iktar tard minn terminu ta’ 60 ġurnata mid-data ta’ din l-aċċettazzjoni l-prodotti ħallew it-territorju doganali tal-Unjoni kif ukoll il-prova tal-isdoganament ta’ dawn il-prodotti fil-pajjiż terz importatur.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 3665/87, fuq talba tal-esportatur, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jħallsu bil-quddiem l-ammont kollu jew parti minnu tal-ħlas lura, mill-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, bil-kundizzjoni li tiġi kkostitwita garanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanzi li fihom din il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament Nru 2220/85, li jinsab taħt it-titolu IV, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Il-ħlas ta’ l-avvanzi [ħlasijiet bil-quddiem]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprovdi li l-garanzija għandha tiġi rrilaxxata jekk id-dritt għall-għoti definittiv tal-ammont imħallas bil-quddiem ikun ġie stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja, Cruz &amp; Companhia tqis li l-għan tal-garanzija kkostitwita huwa li jiġi żgurat li seħħet l-esportazzjoni li fir-rigward tagħha l-ħlas lura tħallas bil-quddiem, li l-prodott wasal fil-pajjiż ta’ destinazzjoni u tqiegħed fis-suq f’dan il-pajjiż, fit-termini mogħtija. B’riferiment għal interpretazzjoni magħquda tal-Artikoli 4(1) u 18(1)(b) tar-Regolament Nru 3665/87, hija ssostni li l-garanzija għandha tiġi rrilaxxata mill-mument li l-esportatur jippreżenta ċ-ċertifikat ta’ sdoganament, peress li, minn dan il-mument, id-dritt għal ħlas lura jsir definittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li mill-kliem tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 3665/87 jirriżulta li l-ħlas lura huwa suġġett għall-produzzjoni tal-prova li l-prodotti li għalihom ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni telqu fi stat <HT TYPE="ITALIC">tale quale</HT> mit-territorju doganali tal-Unjoni sa mhux iktar tard minn terminu ta’ 60 ġurnata minn din l-aċċettazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni ma tagħmel ebda riferiment għal dritt definittiv għall-għoti ta’ dan il-ħlas lura.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mis-sittax-il premessa tar-Regolament Nru 3665/87, il-garanzija kkostitwita skont l-Artikolu 22 ta’ dan ir-regolament hija intiża sabiex tiżgura r-rimbors tal-ħlas bil-quddiem fil-każ fejn jirriżulta ulterjorment li l-ħlas lura ma kellux isir.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 13 tal-imsemmi regolament ma jipprovdi ebda ħlas lura meta l-prodotti ma jkunux ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] u, jekk dawn il-prodotti jkunu intiżi għall-ikel mill-bnedmin, meta l-użu tagħhom għal dan il-għan jiġi eskluż jew kunsiderevolment imnaqqas minħabba l-karatteristiċi jew l-istat tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], għandu jiġi osservat li l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 3665/87 jagħmel parti mill-Kapitolu 1, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Dritt għall-ħlas lura<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, mit-Titolu 2, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, ta’ dan ir-regolament, liema fatt juri li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> tal-prodott esportat hija kundizzjoni sostantiva rikjesta għall-għoti tal-ħlasijiet lura (ara s-sentenza Fleisch‑Winter, C‑309/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:732">EU:C:2005:732</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Mill-imsemmi Artikolu 13 jirriżulta wkoll li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jivverifikaw jekk il-prodotti esportati lejn il-pajjiżi terzi humiex ta’ kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni, C‑54/95, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:11">EU:C:1999:11</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Portugiż isostni li, wara verifika tal-attivitajiet ta’ Cruz &amp; Companhia, ġie kkonstatat li dan l-esportatur ma kellux ir-reġistri obbligatorji previsti mil-leġiżlazzjoni speċifika.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 71(2) tar-Regolament Nru 822/87 jipprovdi li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew grupp ta’ persuni fil-pussess tal-prodotti tas-settur tal-inbid, imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, għall-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom, b’mod partikolari l-produtturi, il-persuni responsabbli mill-imbottiljar, il-persuni responsabbli mill-ipproċessar kif ukoll in-negozjanti li għandhom jiġu ddeterminati, għandhom l-obbligu li jżommu reġistri li jindikaw b’mod partikolari d-dħul u l-ħruġ tal-imsemmija prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 2238/93 jirriżulta li dan jiddeċiedi l-modalitajiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 822/87 fir-rigward tad-dokument ta’ akkumpanjament tal-prodotti tas-settur tal-inbid.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li, jekk l-esportatur ma jkunx issodisfa l-obbligu li jżomm reġistri konformement mar-Regolamenti Nri 822/87 u 223/93, liema fatt għandu jiġi ddeterminat mill-qorti tar-rinviju, l-Istati Membri jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li jivverifikaw jekk il-prodotti esportati lejn il-pajjiżi terzi humiex ta’ kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata skont l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 3665/87 u, konsegwentement, li jiżguraw ruħhom mill-osservanza tal-kundizzjonijiet marbuta mas-sistema ta’ ħlas bil-quddiem tal-ħlas lura fuq l-esportazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li huwa l-esportatur li għandu jassumi l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi li tinvolvi s-sistema ta’ finanzjament bil-quddiem tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni (ara, għal dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1), tar-Regolament Nru 3665/87, is-sentenza Groupe Limagrain Holding, C‑402/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:704">EU:C:2011:704</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament Nru 2220/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-garanzija pprovduta minn esportatur sabiex jiżgura r-rimbors tal-ħlas bil-quddiem irċevut fuq il-ħlas lura fuq l-esportazzjoni ma għandux jitqies li huwa estint anki jekk jiġi stabbilit li l-esportatur ipproduċa d-dokumenti relatati mal-aċċettazzjoni<?PAGE NO="9"?> tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, il-prova li, sa mhux iktar tard minn terminu ta’ 60 ġurnata minn din l-aċċettazzjoni, il-prodotti ħallew it-territorju doganali tal-Unjoni kif ukoll il-prova tal-isdoganament ta’ dawn il-prodotti fil-pajjiż terz importatur, jekk il-kundizzjonijiet l-oħra għall-għoti tal-ħlas lura, b’mod partikolari l-kundizzjoni tal-kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata tal-prodotti esportati, prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 3665/87, ma jiġux issodisfatti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85, tat‑<DATE ISO="19850722">22 ta’ Lulju 1985</DATE>, li jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3403/93, tal‑<DATE ISO="19931210">10 ta’ Diċembru 1993</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-garanzija pprovduta minn esportatur sabiex jiżgura r-rimbors tal-ħlas bil-quddiem irċevut fuq il-ħlas lura fuq l-esportazzjoni ma għandux jitqies li huwa estint anki jekk jiġi stabbilit li l-esportatur ipproduċa d-dokumenti relatati mal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, il-prova li, sa mhux iktar tard minn terminu ta’ 60 ġurnata minn din l-aċċettazzjoni, il-prodotti ħallew it-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-prova tal-isdoganament ta’ dawn il-prodotti fil-pajjiż terz importatur, jekk il-kundizzjonijiet l-oħra għall-għoti tal-ħlas lura, b’mod partikolari l-kundizzjoni tal-kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata tal-prodotti esportati, prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas‑<DATE ISO="19871127">27 ta’ Novembru 1987</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1829/94, tas‑<DATE ISO="19940726">26 ta’ Lulju 1994</DATE>, ma jiġux issodisfatti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>