32000R1532



Official Journal L 175 , 14/07/2000 P. 0074 - 0074


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1532/2000

tat-13 ta' Lulju 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 805/1999 li jistabbilixxi ċerti miżuri għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 fuq il-politika ta' kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 tad-29 ta' Marzu 1999 fuq il-politika ta' kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 718/1999, jobbliga lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-politika ta' kapaċità tal-flotta tal-Komunità kif imfisser b'dak ir-Regolament.

(2) L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 805/1999 [2], adottat kif previst għar-Regolament (KE) Nru 718/1999, proporzjonijiet għar-regola "qadim għall-ġdid" biex din tapplika mid-29 ta' April 1999.

(3) L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 718/1999 jeħtieġ li l-proporzjon "qadim għall-ġdid" ikun il-ħin kollu mnaqqas biex jinġieb malajr kemm jista' jkun u fi stadji regolari għal żero mhux aktar tard mid-29 ta' April 2003. Kull proporzjon ġdid ta' "qadim għall-ġdid" għandu għalhekk ikun stabbilit għas-sena 2000.

(4) L-iżviluppi ekonomiċi fid-diversi setturi tas-suq tat-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni jagħmluha konvenjenti li jitnaqqsu l-proporzjonijiet diversi ta' "qadim għall-ġdid" imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 718/1999 u stabbiliti bl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 805/1999, għalkemm mingħajr ma jkunu żarmati l-kisbiet tat-titjib strutturali li sar mill-1990 'il hawn. Il-proporzjon għal trasportatur tat-tagħbija xotta għandu jitnaqqas għal 0,80:1, billi dan is-settur qiegħed ikompli jikber. Il-proporzjon għal bastimenti ta' tagħbija jirrikjedi aġġustament iċken, għal 1,15:1, billi s-sitwazzjoni f'dan is-settur baqgħet inkwetanti u s-suq mhux qed jikber. Aġġustament akbar huwa meħtieġ fil-każ tal-proporzjon tal-bastimenti ta' l-irmonk, għal 0,50:1 billi l-kapaċità żejda mhix kbira f'dak is-settur.

(5) Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament kienu s-suġġett ta' kull fehma tal-Grupp ta' Esperti dwar il-Kapaċità tal-Flotta tal-Komunità u l-Politika ta' Promozzjoni stabbilita permezz ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 805/1999,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 805/1999 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 4(1), il-proporzjon "1:1" huwa mibdul b' "0,80:1".

2. Fl-Artikolu 4(2), il-proporzjon "1,30:1" huwa mibdul b' "1,15:1".

3. Fl-Artikolu 4(3), il-proporzzjon "0,75:1" huwa mibdul b' "0,50:1".

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Novembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċi-President

[1] ĠU L 90, tat-2.4.1999, p. 1.

[2] ĠU L 102, tas-17.4.1999, p. 64.

--------------------------------------------------