|
30.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/125 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2241
tas-16 ta’ Diċembru 2019
li jiddeskrivi l-varjabbli u t-tul, ir-rekwiżiti tal-kwalità u l-livell ta’ dettall tas-serje taż-żmien għat-trażmissjoni tad-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad skont ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-forniment tad-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad mill-Istati Membri jaqdi rwol essenzjali biex jinforma lill-Kummissjoni (il-Eurostat) u b’hekk jappoġġa l-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi billi jiżgura l-użu ta’ data komparabbli u fil-ħin għall-formulazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-Unjoni mmirati lejn dawk il-prijoritajiet. |
|
(2) |
Id-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad tintuża biex tinġabar ir-Rata ta’ Kull Xahar tal-Qgħad (il-MUR) li hi waħda mill-Indikaturi Ekonomiċi Ewropej Prinċipali (2). |
|
(3) |
L-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad jenħtieġ tkun ibbażata fuq kunċetti maqbula internazzjonalment kif definit mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO). |
|
(4) |
Jekk l-Istati Membri ma jikkompilawx l-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad skont id-definizzjoni tal-ILO, dawn jenħtieġ jikkompilaw stimi ta’ kull xahar tal-qgħad jew jittrażmettu inputs ta’ kull xahar għall-qgħad lill-Kummissjoni (il-Eurostat) biex tikkompila dawn l-estimi ta’ kull xahar f’isimhom. |
|
(5) |
Id-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad jenħtieġ tkejjel il-qgħad fix-xahar ta’ referenza, wara aġġustament għal effetti staġunali possibbli mingħajr livellar eċċessiv. Jenħtieġ li dawn ikunu konsistenti mad-data trimestrali miġbura fid-dominju tal-forza tax-xogħol skont ir-Regolament (UE) 2019/1700. |
|
(6) |
L-Istati Membri jenħtieġ jittrażmettu d-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad skont skeda taż-żmien preċiża biex il-Kummissjoni (il-Eurostat) tkun tista’ tissodisfa r-rekwiżiti tat-tempestività tal-utenti. |
|
(7) |
Il-kwalità tad-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad jenħtieġ tiġi monitorjata b’sett ta’ indikaturi maqbula b’mod komuni u applikati b’mod uniformi. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-varjabbli, it-tul, il-livell ta’ dettall u r-rekwiżiti tal-kwalità tad-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad li jenħtieġ tiġi trażmessa lill-Kummissjoni (il-Eurostat) skont ir-Regolament (UE) 2019/1700.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“statistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad” tfisser ir-rekord tal-għadd ta’ persuni impjegati u qiegħda, u r-“rata tal-qgħad ta’ kull xahar” derivata, f’konformità mad-definizzjoni tal-ILO (3) kif implimentata fid-dominju tal-forza tax-xogħol skont ir-Regolament (UE) 2019/1700; |
|
(2) |
“rata tal-qgħad ta’ kull xahar” tfisser l-għadd ta’ persuni qiegħda diviż bl-għadd ta’ persuni impjegati u qiegħda għax-xahar ta’ referenza; |
|
(3) |
“inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad” tfisser ir-rekord tal-għadd ta’ persuni qiegħda rreġistrati fis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi tal-Istati Membri; |
|
(4) |
“stimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad” tfisser il-kombinazzjoni tad-data trimestrali bbażata fuq id-definizzjoni tal-ILO, kif implimentata fid-dominju tal-forza tax-xogħol skont ir-Regolament (UE) 2019/1700, u l-qgħad irreġistrat ta’ kull xahar; |
|
(5) |
“data ta’ kull xahar dwar il-qgħad” tfisser id-data li trid tiġi trażmessa f’konformità ma’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad, l-inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad jew l-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad; |
|
(6) |
“xahar ta’ referenza” tfisser is-sett ta’ ġimgħat assemblati kif ġej:
|
Artikolu 3
Rekwiżiti tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (il-Eurostat): l-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 1), jew l-inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 2), jew l-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 3).
2. Is-settijiet tad-data li jkun fihom statistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad għandhom jinkludu statistika ta’ kull xahar li tkun rappreżentattiva tax-xahar ta’ referenza kollu.
3. Is-settijiet tad-data li jkun fihom inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad għandhom jinkludu data li tikkorrispondi għall-għadd ta’ persuni li kienu rreġistrati bħala qiegħda f’perjodu partikolari tax-xahar kalendarju.
4. Iċ-ċifri tal-qgħad irreġistrati u użati fil-kompilazzjoni tal-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad għandhom jikkorrispondu mal-għadd ta’ persuni li kienu rreġistrati bħala qiegħda f’perjodu partikolari tax-xahar kalendarju.
5. L-ismijiet u d-definizzjonijiet tal-varjabbli li jridu jiġu trażmessi għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness I għall-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 1), fl-Anness II għll-inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 2) u fl-Anness III għall-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 3).
Artikolu 4
Skadenzi għat-trażmissjoni
1. Id-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad għandha tiġi trażmessa kull xahar sal-iskadenzi stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/1700, kif ġej:
|
(a) |
għall-Istati Membri li għażlu l-alternattiva 1, l-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad għandha tiġi trażmessa fi żmien 27 jum wara x-xahar kalendarju; |
|
(b) |
għall-Istati Membri li għażlu l-alternattiva 2, l-inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad għandhom jiġu trażmessi fi żmien 25 jum wara x-xahar kalendarju; |
|
(c) |
għall-Istati Membri li għażlu l-alternattiva 3, l-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad għandhom jiġu trażmessi fi żmien 25 jum wara x-xahar kalendarju. |
2. Fis-snin meta dawn l-iskadenzi jaħbtu nhar ta’ Sibt jew nhar ta’ Ħadd, l-iskadenza effettiva għandha tkun it-Tnejn ta’ wara. Id-data ta’ kull xahar dwar il-qgħad għax-xahar ta’ referenza ta’ Novembru għandha tiġi trażmessa sal-31 ta’ Diċembru.
It-trasmissjoni tad-data għandha tibda sa mhux aktar tard mix-xahar ta’ referenza ta’ Mejju 2021.
Artikolu 5
Serje b’lura
1. Għall-Istati Membri li għażlu li jippreżentaw l-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 1) jew l-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 3):
|
(a) |
l-ewwel trażmissjoni għax-xahar ta’ referenza ta’ Mejju 2021 għandha tinkludi wkoll statistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad jew, rispettivament, l-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad għax-xhur ta’ referenza ta’ Jannar sa April 2021; |
|
(b) |
it-trażmissjoni għax-xahar ta’ referenza ta’ April 2022 għandha tinkludi serje taż-żmien mingħajr waqfiet għall-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad jew, rispettivament, l-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad għax-xhur ta’ referenza kollha lura sa Jannar 2009 inkluż; |
|
(c) |
mix-xahar ta’ referenza ta’ Mejju 2022 ’il quddiem, it-trażmissjonijiet għandhom jinkludu serje riveduta lura għal Jannar 2009. |
2. Għall-Istati Membri li għażlu li jippreżentaw l-inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 2), l-ewwel trażmissjoni għax-xahar ta’ referenza ta’ Mejju 2021 għandha tinkludi wkoll l-inputs ta’ kull xahar dwar l-qgħad lura sa Jannar 2009.
Artikolu 6
Sorsi u metodi
1. Sad-19 ta’ Lulju 2020, l-Istati Membri li għażlu li jippreżentaw l-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 3), jew rispettivament li jippreżentaw l-inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 2), għandhom jittrażmettu deskrizzjoni lill-Kummissjoni (il-Eurostat) tas-sorsi u tal-metodi użati għall-kumpilazzjoni tal-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad jew, rispettivament, l-inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad.
2. L-Istati Membri li għażlu li jippreżentaw l-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad (l-alternattiva 1) għandhom jittrażmettu biss deskrizzjoni tal-metodi użati għad-derivazzjoni tal-istatistika ta’ kull xahar mid-data trimestrali miġbura fid-dominju tal-forza tax-xogħol skont ir-Regolament (UE) 2019/1700.
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (il-Eurostat) xahrejn bil-quddiem qabel ma jimplimentaw xi bidliet fid-deskrizzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1 jew 2, u jittrażmettu d-dokumentazzjoni aġġornata sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-implimentazzjoni tal-bidliet.
4. F’kull trażmissjoni ta’ kull xahar, l-Istati Membri għandhom jinkludu informazzjoni dwar waqfiet possibbli fis-serje kif ukoll avvenimenti speċjali oħra li jaf iħallu impatt fuq il-komparabbiltà tul iż-żmien.
Artikolu 7
Rekwiżiti tal-kwalità
1. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha timmonitorja l-kwalità tar-rata ġenerali tal-qgħad ta’ kull xahar, skont il-kunċett tal-ILO, li jippubblikaw l-Istati Membri (l-alternattivi 1 u 3) jew il-Eurostat (l-alternattiva 2) bħala indikatur ewlieni.
2. Il-kwalità tar-rata kumplessiva tal-qgħad ta’ kull xahar tiġi mmonitorjata kull tliet snin b’sett ta’ indikaturi u limiti inklużi fl-Anness IV.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1.
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatistika taż-żona tal-euro “Lejn Metodoloġiji Mtejba għall-Istatistika u l-Indikaturi taż-Żona tal-Euro”, COM(2002) 661 final.
(3) Kif adottata fil-11 ta’ Ottubru 2013 mid-19-il Konferenza Internazzjonali tal-Istatistiċi għall-Forza tax-Xogħol fl-ewwel riżoluzzjoni tagħha li tikkonċerna l-istatistika dwar ix-xogħol, l-impjiegi u l-użu tax-xogħol.
ANNESS I
L-istatistika ta’ kull xahar dwar il-qgħad ippreżentata skont l-Artikolu 3(1) – l-alternattiva 1
|
Isem |
Deskrizzjoni |
Aġġustamenti statistiċi |
||||||
|
NAT_LFS_PRI.Y.F.MON.UNEMP |
Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma qiegħda skont il-kunċett tal-ILO tul ix-xahar ta’ referenza. |
|
||||||
|
NAT_LFS_PRI.Y.F.MON.EMPL |
Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il- 15 u l-24 sena, li huma impjegati skont il-kunċett tal-ILO tul ix-xahar ta’ referenza. |
|
||||||
|
NAT_LFS_PRI.Y.M.MON.UNEMP |
Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma qiegħda skont il-kunċett tal-ILO tul ix-xahar ta’ referenza. |
|
||||||
|
NAT_LFS_PRI.Y.M.MON.EMPL |
Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma impjegati skont il-kunċett tal-ILO tul ix-xahar ta’ referenza. |
|
||||||
|
NAT_LFS_PRI.O.F.MON.UNEMP |
Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma qiegħda skont il-kunċett tal-ILO tul ix-xahar ta’ referenza. |
|
||||||
|
NAT_LFS_PRI.O.F.MON.EMPL |
Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma impjegati skont il-kunċett tal-ILO tul ix-xahar ta’ referenza. |
|
||||||
|
NAT_LFS_PRI.O.M.MON.UNEMP |
Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma qiegħda skont il-kunċett tal-ILO tul ix-xahar ta’ referenza. |
|
||||||
|
NAT_LFS_PRI.O.M.MON.EMPL |
Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma impjegati skont il-kunċett tal-ILO tul ix-xahar ta’ referenza. |
|
ANNESS II
L-inputs ta’ kull xahar dwar il-qgħad ippreżentati skont l-Artikolu 3(1) – l-alternattiva 2
|
Isem |
Deskrizzjoni |
Aġġustamenti statistiċi |
|
PREA.Y.F.MON.UNEMP |
Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma qiegħda skont ir-reġistru nazzjonali f’perjodu speċifiku tax-xahar kalendarju. |
Mhux aġġustat skont l-istaġun |
|
PREA.Y.M.MON.UNEMP |
Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma qiegħda skont ir-reġistru nazzjonali f’perjodu speċifiku tax-xahar kalendarju. |
Mhux aġġustat skont l-istaġun |
|
PREA.O.F.MON.UNEMP |
Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma qiegħda skont ir-reġistru nazzjonali f’perjodu speċifiku tax-xahar kalendarju. |
Mhux aġġustat skont l-istaġun |
|
PREA.O.M.MON.UNEMP |
Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma qiegħda skont ir-reġistru nazzjonali f’perjodu speċifiku tax-xahar kalendarju. |
Mhux aġġustat skont l-istaġun |
ANNESS III
L-istimi ta’ kull xahar dwar il-qgħad ippreżentati skont l-Artikolu 3(1) — l-alternattiva 3
|
Isem |
Deskrizzjoni |
Aġġustamenti statistiċi |
||||||
|
NAT_LFS_PRI.Y.F.MON.UNEMP |
Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma qiegħda tul ix-xahar ta’ referenza. |
|
||||||
|
NAT_LFS_PRI.Y.F.MON.EMPL |
Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma impjegati tul ix-xahar ta’ referenza. |
|
||||||
|
NAT_LFS_PRI.Y.M.MON.UNEMP |
Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma qiegħda tul ix-xahar ta’ referenza. |
|
||||||
|
NAT_LFS_PRI.Y.M.MON.EMPL |
Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-15 u l-24 sena, li huma impjegati tul ix-xahar ta’ referenza. |
|
||||||
|
NAT_LFS_PRI.O.F.MON.UNEMP |
Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma qiegħda tul ix-xahar ta’ referenza. |
|
||||||
|
NAT_LFS_PRI.O.F.MON.EMPL |
Għadd ta’ nisa li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma impjegati tul ix-xahar ta’ referenza. |
|
||||||
|
NAT_LFS_PRI.O.M.MON.UNEMP |
Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma qiegħda tul ix-xahar ta’ referenza. |
|
||||||
|
NAT_LFS_PRI.O.M.MON.EMPL |
Għadd ta’ rġiel li għandhom bejn il-25 u l-74 sena, li huma impjegati tul ix-xahar ta’ referenza. |
|
ANNESS IV
Kwalità
Il-kwalità tar-rata kumplessiva tal-qgħad ta’ kull xahar għandha tiġi monitorjata b’sett ta’ indikaturi li jkejlu l-volatilità u r-reviżjonijiet, kif spjegat fid-dettall hawn taħt.
L-indikaturi għandhom jiġu kkalkolati tul l-aħħar 36 osservazzjoni ta’ kull xahar disponibbli li jibdew minn Mejju 2022.
Dawk l-indikaturi għandhom jiġu aġġornati mill-Kummissjoni (mill-Eurostat) kull tliet snin.
Volatilità
|
— |
Il-korrelazzjoni tal-bidliet minn xahar għal xahar, ikkalkulata qabel l-arrotondament, bħala l-koeffiċjent tal-korrelazzjoni ta’ Pearson bejn is-serje tal-bidliet minn xahar għal xahar, u l-istess serje mdewma b’xahar (jiġifieri l-koeffiċjent tal-awtokorrelazzjoni tal-ewwel ordni). Dak l-indikatur jenħtieġ jibqa’ fi ħdan l-interval [-0,30; 0,75]. |
|
— |
Il-frekwenza tat-treġġigħat lura kbar doppji, ikkalkulata bħala l-proporzjon tal-osservazzjonijiet preċedut b’żewġ treġġigħat lura kbar konsekuttivi f’direzzjonijiet opposti. Treġġigħa lura kbira tiġi rreġistrata meta r-rata tal-qgħad ta’ kull xahar tvarja b’0,2 punti perċentwali jew aktar. Dak l-indikatur jenħtieġ jibqa’ inqas minn 5 %. |
Reviżjonijiet
|
— |
Il-frekwenza tar-reviżjonijiet kbar ħafna fil-livelli, ikkalkulata bħala l-proporzjon tal-osservazzjonijiet ta’ kull xahar fil-livelli, li jiġu riveduti b’aktar minn 0,3 punti perċentwali bejn l-ewwel stima u d-data riveduta li jiġu rilaxxati sitt xhur wara. Il-“livell” jikkorrispondi għall-valur tal-MUR f’xahar ta’ referenza partikolari. Dak l-indikatur jenħtieġ jibqa’ inqas minn 10 %. |
|
— |
l-frekwenza tar-reviżjonijiet kbar fil-bidliet minn xahar għal xahar, ikkalkulata bħala l-proporzjon tal-osservazzjonijiet b’bidliet minn xahar għal xahar, li jiġu riveduti b’0,2 punti perċentwali jew aktar bejn l-ewwel stima u d-data riveduta li jiġu rilaxxati sitt xhur wara. Dak l-indikatur jenħtieġ jibqa’ inqas minn 10 %. |