Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu VIII - Disposizzjonijiet finali - Artikolu 46
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0033 - 0034
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0030 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0170 - Consolidated version
Official Journal C 191 , 29/07/1992 P. 0063
Artikolu 46 Id-disposizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika li jirrigwardaw il-kompetenzi tal-Qorti ta’ Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u l-eżerċizzju ta’ dawk il-kompetenzi għandhom japplikaw biss għad-disposizzjonijiet li ġejjin: (a) id-disposizzjonijiet li jemendaw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea bl-iskop li tistabbilixxi l-Komunità Ewropea, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika; (b) id-disposizzjonijiet tat-Titolu VI, skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 35; (ċ) id-disposizzjonijiet tat-Titolu VII, skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikoli 11 u 11a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 40 ta’ dan it-Trattat; (d) L-Artikolu 6(2) rigward l-azzjoni ta’ l-istituzzjonijiet, safejn il-Qorti jkollha ġurisdizzjoni skond it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej u skond dan it-Trattat; (e) id-disposizzjonijiet unikament proċedurali ta’ l-Artikolu 7, meta il-Qorti taġixxi fuq talba ta’ l-Istat Membru konċernat fi żmien xahar mid-data tal-konstatazzjoni tal-Kunsill kif provdut f’dan l-Artikolu; (f) l-Artikoli 46 sa 53. --------------------------------------------------