|
24.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 224/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1019
tat-22 ta’ Ġunju 2021
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament tal-Fond, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2021
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi l-ammont tat-tieni ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2021 u ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2021, fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, fis-6 ta’ April 2021, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jamministra lill-Kummissjoni. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877, l-ewwel is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jeżawrixxu l-ammonti stabbiliti għall-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti. Għaldaqstant jenħtieġ li ssir sejħa għal fondi skont ir-Regolament (UE) 2018/1877 għall-Kummissjoni u għall-BEI. |
|
(4) |
Skont l-Artikoli 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) għandu jibqa’ Parti għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) sal-egħluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti fl-ambitu tal-11-il FEŻ, meta dawk il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew FEŻ preċedenti, ma għandux jerġa’ jintuża. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1708 (4) tistabbilixxi li l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri fil-FEŻ għall-2021 huwa ta’ EUR 3 700 000 000 għall-Kummissjoni u EUR 300 000 000 għall-BEI. |
|
(6) |
Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-datatal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għandhom iħallsu il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, bħala t-tieni ħlas parzjali tal-2021, skont l-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. P. ZACARIAS
(2) ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1708 tat-13 ta’ Novembru 2020 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2022, l-ammont annwali għall-2021, l-ewwel pagament parzjali għall-2021 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti tal-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2023 u 2024 (ĠU L 385, 17.11.2020, p. 13).
ANNESS
|
L-ISTATI MEMBRI U R-RENJU UNIT |
Skema ta’ ridistribuzzjoni tal-11-il FEŻ f’% |
It-2ni ħlas parzjali tal-2021 (EUR) |
Totali |
|
|
Il-BEI |
Il-Kummissjoni |
|||
|
Il-11-il FEŻ |
Il-11-il FEŻ |
|||
|
IL-BELĠJU |
3,24927 |
4 224 051,00 |
38 991 240,00 |
43 215 291,00 |
|
IL-BULGARIJA |
0,21853 |
284 089,00 |
2 622 360,00 |
2 906 449,00 |
|
IĊ-ĊEKJA |
0,79745 |
1 036 685,00 |
9 569 400,00 |
10 606 085,00 |
|
ID-DANIMARKA |
1,98045 |
2 574 585,00 |
23 765 400,00 |
26 339 985,00 |
|
IL-ĠERMANJA |
20,57980 |
26 753 740,00 |
246 957 600,00 |
273 711 340,00 |
|
L-ESTONJA |
0,08635 |
112 255,00 |
1 036 200,00 |
1 148 455,00 |
|
L-IRLANDA |
0,94006 |
1 222 078,00 |
11 280 720,00 |
12 502 798,00 |
|
IL-GREĊJA |
1,50735 |
1 959 555,00 |
18 088 200,00 |
20 047 755,00 |
|
SPANJA |
7,93248 |
10 312 224,00 |
95 189 760,00 |
105 501 984,00 |
|
FRANZA |
17,81269 |
23 156 497,00 |
213 752 280,00 |
236 908 777,00 |
|
IL-KROAZJA |
0,22518 |
292 734,00 |
2 702 160,00 |
2 994 894,00 |
|
L-ITALJA |
12,53009 |
16 289 117,00 |
150 361 080,00 |
166 650 197,00 |
|
ĊIPRU |
0,11162 |
145 106,00 |
1 339 440,00 |
1 484 546,00 |
|
IL-LATVJA |
0,11612 |
150 956,00 |
1 393 440,00 |
1 544 396,00 |
|
IL-LITWANJA |
0,18077 |
235 001,00 |
2 169 240,00 |
2 404 241,00 |
|
IL-LUSSEMBURGU |
0,25509 |
331 617,00 |
3 061 080,00 |
3 392 697,00 |
|
L-UNGERIJA |
0,61456 |
798 928,00 |
7 374 720,00 |
8 173 648,00 |
|
MALTA |
0,03801 |
49 413,00 |
456 120,00 |
505 533,00 |
|
IN-NETHERLANDS |
4,77678 |
6 209 814,00 |
57 321 360,00 |
63 531 174,00 |
|
L-AWSTRIJA |
2,39757 |
3 116 841,00 |
28 770 840,00 |
31 887 681,00 |
|
IL-POLONJA |
2,00734 |
2 609 542,00 |
24 088 080,00 |
26 697 622,00 |
|
IL-PORTUGALL |
1,19679 |
1 555 827,00 |
14 361 480,00 |
15 917 307,00 |
|
IR-RUMANIJA |
0,71815 |
933 595,00 |
8 617 800,00 |
9 551 395,00 |
|
IS-SLOVENJA |
0,22452 |
291 876,00 |
2 694 240,00 |
2 986 116,00 |
|
IS-SLOVAKKJA |
0,37616 |
489 008,00 |
4 513 920,00 |
5 002 928,00 |
|
IL-FINLANDJA |
1,50909 |
1 961 817,00 |
18 109 080,00 |
20 070 897,00 |
|
L-IŻVEZJA |
2,93911 |
3 820 843,00 |
35 269 320,00 |
39 090 163,00 |
|
IR-RENJU UNIT |
14,67862 |
19 082 206,00 |
176 143 440,00 |
195 225 646,00 |
|
TOTAL TAL-UE-27 U R-RENJU UNIT |
100,00 |
130 000 000,00 |
1 200 000 000,00 |
1 330 000 000,00 |