<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0600506901.case.xml"><NO.CASE>C-428/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0428</NO.CELEX><NO.SEQ>0007.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>5071</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5082</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20070621">21.6.2007</DATE> — KAWŻA C-428/05</LEFT><RIGHT>LAUB</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal- Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20070621">21 ta' Ġunju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża C-428/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Germanja), permezz ta' deċiżjoni tal-<DATE ISO="20051121">21 ta' Novembru 2005</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20051202">2 ta' Diċembru 2005</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Firma Laub GmbH &amp; Co. Vieh &amp; Fleisch Import-Export,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Hauptzollamt Hamburg-Jonas,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn E. Juhàsz (Relatur), President ta' l-Awla, G. Arestis u J. Malenovsky, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: B. Fulop, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="I-5072"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20070117">17 ta' Jannar 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Firma Laub GmbH &amp; Co. Vieh &amp; Fleisch Import-Export, minn O. Wenzlaff, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn J.-C. Schieferer u F. Erlbacher, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni li ttieħdet, wara li nstema l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-ewwel sentenza ta l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 11(3) u l-Artikoli 47(2) u 48(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-<DATE ISO="19871127">27 ta' Novembru 1987</DATE>, li jipprovdi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" DATE.PUB="1987" PAGE.FIRST="1">ĠU L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 604/98, tas-<DATE ISO="19980317">17 ta' Marzu 1998</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="080" DATE.PUB="1998" PAGE.FIRST="19">ĠU L 80, p. 19</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem ir-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Regolament Nru 3665/87<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-5073"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' kawża bejn il-kumpannija Firma Laub GmbH &amp; Co. Vieh &amp; Fleisch Import-Export (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Laub<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) u Hauptzollamt Hamburg-Jonas (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Hauptzollamt<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>) dwar deċiżjoni ta' dan ta' l-aħħar li tirrigwarda l-irkupru ta' refużjoni fuq l-esportazzjoni li kienet ġiet imħallsa indebitament lil Laub.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-ħamsa u għoxrin u l-ħamsin premessa tar-Regolament Nru 3665/87 jipprovdu li:</TXT><P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Billi l-ebda rifużjonijiet ma jingħataw jekk il-limitu taż-żmien għall-esportazzjoni jew għas-sottomissjoni tal-prova meħtieġa għall-kisba tal-ħlas tar-rifużjonijiet ma jiġix osservat; [...]</P><P>[...]</P><P>Billi fl-interess ta' prattika amministrattiva tajba, applikazzjonijiet għall-ħlas tar-rifużjonijiet, akkumpanjati mid-dokumenti kollha rilevanti, għandhom jiġu mitluba fi żmien raġonevoli, ħlief f'każijiet ta' <HT TYPE="ITALIC">force majeure</HT> u b'mod partikolari meta ma kienx possibbli li jiġi osservat il-limitu taż-żmien minħabba dewmien amministrattiv mhux taħt il-kontroll ta' l-esportatur<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali iżda meħuda mir-Regolament Nru 800/1999 li ħassar u ssostitwixxa r-Regolament Nru 3665/87]</P></NP><?PAGE NO="I-5074"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 3665/87 tipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jkun imħallas l-ammont negattiv skond irraba subparagrafu tal-paragrafu 1, il-benefiċjarju għandu jħallas lura r-rifużjonijiet akkwistati mhux kif suppost, li jinkludu xi penali applikabbli bis-saħħa ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u l-imgħax ikkalkolat fuq iż-żmien li jkun għadda bejn il-pagament u l-ħlas lura.<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 47(1), (2), (4) u (5) tar-Regolament Nru 3665/87, li jinsab taħt it-Titolu 4 ta dan ir-Regolament, intitolat <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>Proċedura għall-ħlas tar-rifużjoni<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>, jipprovdi dan li</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Ir-rifużjonijiet għandhom jitħallsu biss fuq applikazzjoni speċifika mill-esportatur u mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tkun aċċettata.</TXT><P>L-applikazzjonijiet għar-rifużjonijiet għandhom isiru:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jew bil-kitba; f'dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu formula speċjali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></NP><?PAGE NO="I-5075"?><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ħlief fil-każijiet ta' <HT TYPE="ITALIC">force majeure,</HT> id-dokumenti li jirrigwardaw il-ħlas tar-rifużjonijiet jew tar-rilaxx ta' garanzija għandhom ikunu ppreżentati fi żmien 12-il xahar mid-data li fiha d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tkun aċċettata.</TXT></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Meta, avolja jkun għamel ħiltu kif imiss, l-esportatur ma jkunx jista' jakkwista u jwassal id-dokumenti meħtieġa permezz ta' l-Artikolu 18 fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 2, hu jkun jista jiġi mogħti aktar żmien biex ikun jista jippreżentahom.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-applikazzjonijiet għad-dokumenti l-oħra għandhom ikunu meqjusa bħala ekwivalenti permezz tal-paragrafu 3 [...] u l-applikazzjonijiet għal aktar żmien kif hemm provvediment dwar dan fil-paragrafu 4 għandhom ikunu ppreżentati fil-limitu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2.<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 48(2) (a) tar-Regolament jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Meta l-prova li r-rekwiżiti kollha stabbiliti bir-regolamenti tal-Komunità jkunu ġew sodisfatti jkunu ġew ipprovduti fi żmien sitt xhur mill-iskadenza tal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 47(2), (4) u (5), ir-rifużjonijiet imħallsa għandhom ikunu 85% tas-somma li kienet tkun imħallsa li kieku r-rekwiżiti kollha kienu ġew sodisfatti.<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5076"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta' żewġ dikjarazzjonijiet ta' l-esportazzjoni, tas-<DATE ISO="19990126">26 ta' Jannar 1999</DATE> u tas-<DATE ISO="19990226">26 ta' Frar 1999</DATE>, Laub iddikjarat għall-esportazzjoni lejn ir-Russja l-laħam tal-majjal iffriżat Ir-rifużjoni marbuta ma dawn l-esportazzjonijiet ġiet mogħtija u mħallsa mill-Hauptzollamt</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta' ittra ta' l-<DATE ISO="20010920">20 ta' Settembru 2001</DATE>, il-Hauptzollamt sostna li r-rifużjoni kienet ġiet imħallsa indebitament, peress li ż-żewġ waybills ippreżentati bħala dokument ta' trasport flimkien ma l-applikazzjoni għall-ħlas tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, ma kinux kompluti. Fil-fatt dawn, fil-kaxxi 16 u 23 kien fihom biss risposti parzjali relatati mat-trasportatur u ma kellhomx il-firma jew it-timbru ta dan it-trasportatur.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>B'risposta bid-data tas-<DATE ISO="20010926">26 ta' Settembru 2001</DATE>, Laub ippreżentat <HT TYPE="ITALIC">waybills</HT> kompluti b'mod xieraq, u li kellhom it-timbri tat-trasportatur. Hija spjegat li dawn <HT TYPE="ITALIC">il-waybills</HT> addizzjonali kienu ntbagħluha sussegwentement iżda li, fid-dawl tad-deċiżjonijiet tal-Hauptzollamt li jagħtiha rifużjoni, hija ma kienx dehrilha li kien bżonjuż li tissottomettihom, bil-presuppost li d-dokumenti ta' trasport diġà ppreżentati kienu biżżejjed.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta' żewġ deċiżjonijiet ta' l-<DATE ISO="20011214">14</DATE> u tas-<DATE ISO="20011217">17 ta' Diċembru 2001</DATE>, li emendaw id-deċiżjoni meħuda qabel, il-Hauptzollamt madankollu talab ir-rimbors tar-rifużjo-nijiet imħallsa. Peress li l-Hauptzollamt kien ċaħad l-oġġezzjoni li Laub għamlet kontra dawn id-deċiżjonijiet, din ta' l-aħħar ressqet appell quddiem il-Finanzgericht Hamburg.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5077"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Huwa f'dawn iċ-ċirkustanzi li l-Finanzgericht Hamburg iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>Rifużjoni, fis-sens ta' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87, hija mħallsa indebitament u, konsegwentement, għandha titħallas lura meta huwa biss fil-proċedura ta' rkupru u wara l-iskadenza tal-perijodi taż-żmien stipulati fl-Artikolu 47(2) u fl-Artikolu 48(2)(a) [ta' dan] ir-Regolament li l-benefiċjarju jippreżenta dokument meħtieġ għal pagament?<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju, essenzjalment tistaqsi, jekk, filkundizzjonijiet bħal dawk fil-kawża prinċipali, esportatur fil-kuntest ta' proċedura ta rkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni prevista fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 3665/87 għandux id-dritt li jressaq id-dokumenti meħtieġa sabiex jagħti prova tad-dritt tiegħu għal din ir-rifużjoni wara l-iskadenza tat-termini ta' preżentazzjoni previsti fl-Artikoli 47(2) u 48(2)(a) ta' dan ir-Regolament, jew jekk il-preżentazzjoni ta' dawn il-provi hijiex eskluża f'dan l-istadju, b'tali mod li r-rifużjoni in kwistjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala mħallsa indebitament fis-sens ta' l-Artikolu 11(3).</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Laub, kif ukoll il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, isostnu li rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma tistax tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>mħallsa indebitament<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/> għar-raġuni biss li t-termini stipulati fl-Artikoli 47(2) u 48(2)(a) tar-Regolament Nru 3665/87 ma ġewx osservati. Huma jsostnu li mis-sentenza ta' l-<DATE ISO="20050414">14 ta' April 2005</DATE>, Kàserei Champignon Hofmeister (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-385/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-2997">C-385/03, Ġabra p. I-2997</REF.DOC.ECR>) jirriżulta li t-termini stipulati<?PAGE NO="I-5078"?> f'dawn l-Artikoli ma jikkostitwixxux kundizzjonijiet ta' mertu, iżda huma biss formalitajiet amministrattivi meħtieġa għal kisba tal-ħlas ta' rifużjoni, b'mod li ksur ta dawn it-termini ma jwassalx għal kwalifika ta' rifużjoni bħala <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>mħallsa indebitament<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Laub issostni, ukoll, li minn analiżi tas-sistema u tal-finalità tar-Regolament Nru 3665/87 jirriżulta li l-proċedura ta' pagament u l-proċedura ta' rkupru huma proċeduri distinti waħda mill-oħra, peress li kull waħda minnhom tirrispondi għall-għanijiet tagħha, b'tali mod li m'għandhomx jiġu applikati t-termini stipulati fl-Artikolu 47 ta' dan ir-Regolament fil-kuntest ta' proċedura ta' rkupru.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Laub tikkunsidra li, għalkemm awtorità kompetenti, fuq il-bażi ta' provi pprovduti mill-esportatur, ħallset definittivament ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, jew irrilaxxat il-garanziji għal rifużjoni mħallsa bil-quddiem, il-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi jipprojbixxi li l-awtorità kompetenti tipproċedi għal irkupru ta' din ir-rifużjoni minħabba li dawn il-provi mhumiex suffiċjenti. Skond din il-kumpannija, l-esportatur għandu d-dritt li jitlob li, f'dan l-istadju, l-Istat Membru jiwerifika l-provi mressqa u li barra minn dan, huwa mhuwiex obbligat jipprova jikseb provi sekondarji previsti mir-Regolament Nru 3665/87.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnotat, l-ewwel nett, li, ġeneralment, il-fatt li ma jiġux rispettati r-regoli proċedurali stabbiliti fir-Regolament Nru 3665/87 jista jwassal għal tnaqqis, anki telf tad-drittijiet għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni. Dan hu l-każ, b'mod partikolari, meta huwa biss wara l-iskadenza tat-termini stipulati fl-Artikoli 47(2) u 48(2) ta' dan ir-Regolament li esportatur jippreżenta l-provi meħtieġa għal kisba ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-ħamsa u għoxrin premessa tar-Regolament Nru 3665/87 tipprovdi li, meta jagħlqu t-termini ta' esportazzjoni jew it-termini ta' provi meħtieġa għall-pagament tar-<?PAGE NO="I-5079"?>rifużjoni, ir-rifużjoni m'għandhiex tingħata. Skond l-Artikolu 48(2)(a) ta' l-imsemmi Regolament, ir-rifużjoni li għandha titħallas lil esportatur hija mnaqqsa bi 15% jekk huwa biss fis-sitt xhur wara t-terminu previst, b'mod partikolari, fl-Artikolu 47(2) ta' l-istess Regolament, li l-esportatur jipprovdi l-provi meħtieġa.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punt 26 tas-sentenza Kàserei Champignon Hofmeister, iċċitata iktar 'il fuq, iddeċidiet li l-Artikolu 47 tar-Regolament Nru 3665/87 jaqa' fost ir-regoli proċedurali li esportatur huwa obbligat li jħares sabiex jikseb il-pagament ta' rifużjoni, jibqa' l-fatt li l-ksur ta' dawn ir-regoli jista' jwassal għal tnaqqis jew telf ta' l-ammont tar-rifużjoni dovuta lill-esportatur.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward tal-kawża prinċipali, huwa paċifiku li din il-kawża ma tikkonċernax il-preżentazzjoni tal-provi fil-kuntest tal-proċedura ta' pagament stipulata fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament Nru 3665/87. Il-fatti li wasslu għal din iddomanda preliminari jinsabu fi stadju awanzat, jiġifieri fil-kuntest ta' proċedura ta rkupru mibdija b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 11(3) ta' dan ir-Regolament, wara li l-proċedura ta' pagament ġiet fit-tmiem tagħha u li r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni ġiet imħallsa mill-awtorità kompetenti.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Filwaqt li l-Artikoli 47(2) u 48(2) tar-Regolament Nru 3665/87 jistabbilixxu t-termini applikabbli għal preżentazzjoni tal-provi meħtieġa għall-pagament tar-rifużjoni, dan ir-Regolament ma fihx dispożizzjonijiet dwar it-termini applikabbli fl-implementazzjoni tal-proċedura ta' rkupru stipulata fl-Artikolu 11(3) tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li minn dan is-silenzju ma jirriżultax li, wara l-pagament ta' rifużjoni, awtorità kompetenti, li tikkonstata insuffiċjenzi fid-dokumenti ppreżentati<?PAGE NO="I-5080"?> b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 47(2) tar-Regolament Nru 3665/87, ma tkunx tista teżiġi mill-esportatur l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa u, meta jkun il-każ, tadotta l-miżuri meħtieġa għall-irkupru ta' din ir-rifużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, tali dritt huwa konformi mal-finalità tal-proċedura ta' rkupru stipulata fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 3665/87. Din id-dispożizzjoni għandha bħala għan li tiggarantixxi l-protezzjoni u l-applikazzjoni korretta tal-baġit Komunitarju fil-qasam tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni u, b'mod partikolari, li tiggarantixxi li l-esportaturi li għandhom dritt għar-rifużjonijiet biss jgawdu minnhom, skond il-kundizzjonijiet oġġettivi stabbiliti mil-leġiżlatur Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn dan, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fil-kuntest ta' rifużjoni mħallsa mill-esportatur, li r-rilaxx ta' garanzija ma teżentax madankollu lil dan ta' l-aħħar mill-obbligi li huma imposti fuqu skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="19900712">12 ta' Lulju 1990</DATE>, Philipp Brothers, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-155/89" YEAR="1990" PAGE.ECR="I-3265">C-155/89, Ġabra p. I-3265, punti 13 sa 16</REF.DOC.ECR>). Dan il-prinċipju japplika wkoll fir-rigward tal-ħlas ta' rifużjoni lil esportatur li ma ressaqx provi suffiċjenti biex juri li l-kundizzjonijiet li jagħtu d-dritt għar-rifużjoni kienu sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Madankollu, id-dritt ta' l-awtorità kompetenti li teżiġi mill-esportatur d-dokumenti meħtieġa għal kisba ta' rifużjoni, anki wara l-pagament ta' din ir-rifużjoni u wara liskadenza tat-terminu stipulat fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament Nru 3665/87 għandu bħala korollarju li l-esportatur, minn naħa tiegħu, għandu jkollu l-possibbiltà li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa sabiex jagħti prova tad-dritt tiegħu għar-rifużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-fatt li l-esportaturi jiġu miċħuda din il-possibbiltà jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba, peress li dan il-prinċipju jipprekludi awtorità pubblika milli tippenalizza, għal nuqqas ta' osservanza tar-regoli proċedurali, operatur ekonomiku li jaġixxi <HT TYPE="ITALIC">b'bona fede,</HT> meta dan in-nuqqas ta' osservanza jirriżulta mill-aġir stess ta' din l-awtorità. Madankollu, il-fatt li l-awtorità kompetenti, minn naħa,<?PAGE NO="I-5081"?> ipproċediet għall-ħlas tar-rifużjoni lill-esportatur fuq il-bażi ta' provi mhux kompluti u, minn naħa l-oħra, bdiet il-proċedura ta' rkupru biss wara li kien għadda ċertu żmien, kellu effett dirett fuq il-possibbiltà għal Laub li tressaq il-provi meħtieġa. Barra minn dan, mit-talba għal deċiżjoni preliminari ma jirriżultax li, skond l-awtorità kompetenti, l-esportatur kien aġixxa <HT TYPE="ITALIC">b'mala fede.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Huwa kuntrarju għall-għan tar-Regolament Nru 3665/87 li l-aġir ta' l-awtorità kompetenti jkun jista' iċaħħad lill-esportaturi ta' prodotti agrikoli mit-tgawdija tassistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, meta huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament u jaġixxu <HT TYPE="ITALIC">b'bona fede.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Billi t-termini stipulati fl-Artikolu 47(2) u 48(2)(a) tar-Regolament Nru 3665/87 mhumiex applikabbli għall-proċedura ta' rkupru u fin-nuqqas ta' regoli speċifiċi tad-dritt Komunitarju li jistabbilixxu t-termini għall-preżentazzjoni ta' provi addizzjonali fil-kuntest ta' proċedura ta' rkupru, hija r-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, skond id-dritt nazzjonali u bla ħsara għal-limiti imposti mid-dritt Komunitarju, li jagħtu żmien addizzjonali abbażi taċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' kull każ (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="20030619">19 ta' Ġunju 2003</DATE>, Eribrand, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-467/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-6471">C-467/01, Ġabra p. I-6471, punt 49</REF.DOC.ECR>). It-terminu mogħti għandu jkun raġonevoli sabiex jippermetti lill-esportatur jikseb u jippreżenta d-dokument meħtieġ u għandu jieħu in kunsiderazzjoni, b'mod partikolari, ir-riperkussjonijiet ta' l-aġir ta' l-awtorità kompetenti fuq l-esportatur.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha li rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma tistax tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>mħallsa indebitament<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>, fis-sens ta' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 3665/87, jekk il-benefiċjarju, fil-kuntest ta' proċedura ta rkupru ta' din ir-rifużjoni, jippreżenta l-provi meħtieġa biex jiġġustifika d-dritt tiegħu għal din ir-rifużjoni. Hija r-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jistabbilixxu terminu raġonevoli li jippermetti lill-imsemmi benefiċ-jarju jippreżenta dawn il-provi.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5082"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta u tiddeċiedi</P></INTRO><P>Rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma tistax tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>mħallsa indebitament<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>, fis-sens ta' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-<DATE ISO="19871127">27 ta' Novembru 1987</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tassistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 604/98, tas-<DATE ISO="19980317">17 ta' Marzu 1998</DATE>, jekk il-benefiċjarju, fil-kuntest ta' proċedura ta' rkupru ta' din ir-rifużjoni, jippreżenta l-provi meħtieġa biex jiġġustifika d-dritt tiegħu għal din ir-rifużjoni. Hija r-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jistabbilixxu terminu raġonevoli li jippermetti lill-imsemmi benefiċjarju jippreżenta dawn il-provi.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>