<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-461/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CC0461</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:753">EU:C:2011:753</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET JÄÄSKINEN — KAWŻA C-461/10</P><P>BONNIER AUDIO <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Niilo Jääskinen</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20111117">17 ta’ Novembru 2011</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C-461/10</P><P>Bonnier Audio AB,</P><P>Earbooks AB,</P><P>Norstedts Förlagsgrupp AB,</P><P>Piratförlaget Aktiebolag</P><P>Storyside AB</P><P>vs</P><P>Perfect Communication Sweden AB (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ePhone<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>)</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Dritt tal-awtur u drittijiet relatati</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal ħarsien effettiv tal-proprjetà intellettwali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/48/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8</KEYWORD><KEYWORD>Ħarsien tad-data personali</KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjoni elettronika</KEYWORD><KEYWORD>Żamma ta’ ċerta data ġġenerata</KEYWORD><KEYWORD>Trażmissjoni ta’ data personali lil individwi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/58/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 15</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/24/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4</KEYWORD><KEYWORD>Kotba rrekordjati</KEYWORD><KEYWORD>Skambju ta’ fajls</KEYWORD><KEYWORD>Ordni ġudizzjarja indirizzata lill-fornitur tas-servizz tal-internet sabiex jikkommunika l-isem u l-indirizz ta’ utent ta’ indirizz IP</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 3 sa 5 u 11 tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="105" PAGE.FIRST="54" DATE.PUB="2006">ĠU L 105, p. 54</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, kif ukoll l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet mill-Högsta domstolen (Il-Qorti Suprema, l-Isvezja) fil-kuntest ta’ kawża bejn il-kumpanniji Bonnier Audio AB, Earbooks AB, Norstedts Förlagsgrupp AB, Piratförlaget Aktiebolag u Storyside AB (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Bonnier Audio <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), minn naħa, u l-kumpannija Perfect Communication Sweden AB (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ePhone<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), min-naħa l-oħra, dwar il-kontestazzjoni mressqa minn din tal-aħħar għat-talba ta’ ordni għall-komunikazzjoni ta’ data introdotta minn Bonnier Audio <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, sabiex ikun identifikat abbonat speċifiku.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-ħarsien ta’ data personali huwa qasam transvers li ma jieqafx iqajjem ċertu numru ta’ mistoqsijiet f’oqsma differenti. Huwa jikkostitwixxi dritt fundamentali (Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Karta tad-Drittijiet Fundamentali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>)) bħal ma huwa d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-ħajja tal-familja (Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali), li jrid jiġi ħafna drabi bbilanċjat ma’ dritt ieħor fundamentali ggarantit mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, li huwa l-ħarsien tal-proprjetà intellettwali (Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Fir-rigward tal-konnessjonijiet mal-ħarsien tal-proprjetà intellettwali, ara s-sentenza tad-<DATE ISO="20080129">29 ta’ Jannar 2008</DATE>, Promusicae (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-275/06" PAGE.ECR="I-271" YEAR="2008">C-275/06, Ġabra p. I-271</REF.DOC.ECR>); id-digriet tad-<DATE ISO="20090219">19 ta’ Frar 2009</DATE>, LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-557/07" PAGE.ECR="I-1227" YEAR="2009">C-557/07, Ġabra p. I-1227</REF.DOC.ECR>) u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón, tal-<DATE ISO="20110414">14 ta’ April 2011</DATE>, fil-kawża Scarlet Extended vs Sabam (C-70/10), li għadha pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE>. Fid-dritt sekondarju, żewġ direttivi jikkostitwixxu t-testi ta’ riferiment, jiġifieri d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355.</P></NOTE>, u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20020712">12 ta’ Lulju 2002</DATE>, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514.</P></NOTE>. Id-direttivi msemmija ġew ikkompletati permezz tad-Direttiva 2006/24.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>In-natura innovattiva u ħafna drabi delikata tal-kwistjonijiet dwar il-ħarsien tad-data personali toħroġ ukoll mill-fatt li numru kbir tal-kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja wasslu għal sentenza mill-Awla Manja, b’mod partikolari fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-Direttiva 95/46<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Fir-rigward tad-Direttiva 95/46, ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20030520">20 ta’ Mejju 2003</DATE>, Ősterreichischer Rundfunk <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-465/00+C-138/01+C-139/01" PAGE.ECR="I-4989" YEAR="2003">C-465/00, C-138/01 u C-139/01, Ġabra p. I-4989</REF.DOC.ECR>); tas-<DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, Lindqvist (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-101/01" PAGE.ECR="I-12971" YEAR="2003">C-101/01, Ġabra p. I-12971</REF.DOC.ECR>); tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Satakunnan Markkinapörssi u Satamedia (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-73/07" PAGE.ECR="I-9831" YEAR="2008">C-73/07, Ġabra p. I-9831</REF.DOC.ECR>), kif ukoll tad-<DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, Volker und Markus Schecke (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-92/09+C-93/09" PAGE.ECR="I-11063" YEAR="2010">C-92/09 u C-93/09, Ġabra p. I-11063</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kellha diġà bosta okkażjonijiet fejn tippronunzja ruħha dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/24. Il-kwistjoni ġuridika mqajma minn din il-kawża tiddistingwi ruħha, madankollu, minn dawk li servew ta’ bażi għall-kawżi sa issa deċiżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20090210">10 ta’ Frar 2009</DATE>, L-Irlanda vs Il-Parlament u Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-301/06" PAGE.ECR="I-593" YEAR="2009">C-301/06, Ġabra p. I-593</REF.DOC.ECR>) kif ukoll ir-rikorsi għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li taw lok għas-sentenzi tas-<DATE ISO="20091126">26 ta’ Novembru 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (C-202/09); Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-211/09, ); tal-<DATE ISO="20100204">4 ta’ Frar 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Isvezja (C-185/09), u tad-<DATE ISO="20100729">29 ta’ Lulju 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C-189/09). Ara wkoll il-kawża Il-Kummissjoni vs L-Isvezja (C-270/11), li għadha pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE>. F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tistaqsi b’mod partikolari dwar jekk huwiex neċessarju li tiġi kkompletata l-interpretazzjoni mogħtija fil-kawżi li taw lok għas-sentenza Promusicae, iċċitata iktar ’il fuq, u għad-digriet LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten, iċċitat iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 4 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2006/24.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/48 tistabbilixxi regoli dwar ir-rispett tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fil-kuntest tal-passi legali li jikkonċernaw il-kontravvenzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali u b’risposta għal talba ġustifikata u proporzjonali ta’ min għamel il-klejm, l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji jistgħu jordnaw li l-informazzjoni fuq n-networks ta’ l-oriġini u tad-distribuzzjoni ta’ l-oġġetti jew is-servizzi li tikser id-dritt għall-proprjetà intellettwali għandu jkun pprovdut mill-kontravventur u/jew xi persuna oħra li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>instab f’possessjoni [ikollu fil-pussess tiegħu] ta’ l-oġġetti li jikkontravjenu fuq skala kummerċjali;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>instab juża is-servizzi li jikkontravjenu fuq skala kummerċjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>instab li qed jipprovdi fuq skala kummerċjali servizzi użati biex jagħmlu attivitajiet li jikkontravjenu; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>kien indikat mill-persuna li għaliha saret riferenża fil-punti (a), (b) jew (ċ) bħala li kienet involuta fil-produzzjoni, manifattura jew distribuzzjoni ta’ l-oġġetti jew tal-provvista tas-servizzi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-informazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1, kif inhu xieraq, [tinkludi]:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi, manifatturi, distributuri, fornituri u detenturi oħra ta’ qabel ta’ l-oġġetti jew servizzi, kif ukoll intiżi l-bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>informazzjoni fuq il-kwantitajiet prodotti, manifatturati, mibjugħa, mgħotija jew ordnati, kif ukoll il-prezz miksub għal dawn l-oġġetti jew servizzi in kwestjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet statutorji oħra li:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>jiggverna il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sorsi ta’ l-informazzjoni jew il-proċessar tad-data personali.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-ħarsien tad-data personali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku rilevanti, f’dan il-qasam, jikkonsisti fi tliet direttivi, jiġifieri d-Direttivi 95/46, 2002/58 u 2006/24.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 95/46</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 95/46 timponi fuq l-Istati Membri li jiżguraw il-ħarsien tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali billi tistabbilixxi prinċipji ta’ gwida li jiddeterminaw il-legalità tal-ipproċessar imsemmi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2002/58</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2002/58 tittraduċi l-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 95/46 f’dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2002/58 jipprovdu li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet li jsiru permezz ta’ netwerk ta’ komunikazzjoni pubblika u ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika aċċessibbli għall-pubbliku, kif ukoll id-data dwar it-traffiku fuq l-Internet relatata magħhom u, bħala prinċipju, għandhom jipprojbixxu lil kull persuna oħra, għajr l-utent, milli taħżen din id-data mingħajr il-kunsens tal-utenti kkonċernati. Issir eċċezzjoni biss fir-rigward tal-persuni legalment awtorizzati skont l-Artikolu 15(1) ta’ din id-direttiva kif ukoll fir-rigward tal-ħażna teknika neċessarja sabiex tintbagħat komunikazzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/58 jipprovdi li fir-rigward tad-data dwar it-traffiku fuq l-Internet, dik li hija maħżuna għandha tiġi mħassra jew reża anonima meta ma tkunx iktar neċessarja sabiex tintbagħat komunikazzjoni mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2, 3 u 5 tal-istess artikolu kif ukoll għall-Artikolu 15(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi sabiex jirrestrinġu l-kamp ta’ applikazzjoni, b’mod partikolari, tal-obbligu li tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità tad-data dwar it-traffiku fuq l-Internet meta restrizzjoni bħal din tikkostitwixxi miżura neċessarja, xierqa u proporzjonata, f’soċjetà demokratika, sabiex jiġu salvagwardati s-sigurtà nazzjonali — jiġifieri s-sigurtà tal-Istat — id-difiża u s-sigurtà pubblika jew sabiex jiġu żgurati l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew ta’ użu mhux awtorizzat tas-sistema ta’ komunikazzjoni elettronika, kif previst fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 95/46/KE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2006/24</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2006/24 tittratta ż-żamma ta’ data ġġenerata jew ipproċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku jew ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/24 jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tarmonizza d-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-obbligi imposti fuq il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku jew ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi fir-rigward taż-żamma ta’ ċerta data ġġenerata jew proċessata minnhom, sabiex jiġi żgurat li d-data tkun disponibbli għal skopijiet ta’ investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ reati serji, kif definita minn kull Stat Membru fil-liġi nazzjonali tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/24 jtendu għall-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw l-obbligu li tinżamm id-data (Artikolu 3), il-kategoriji ta’ data li għandha tinżamm (Artikolu 5), il-perijodi ta’ żamma tad-data (Artikolu 6), il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data (Artikolu 7) kif ukoll ir-rekwiżiti dwar il-ħażna tagħha (Artikolu 8).</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>B’deroga mill-Artikoli 5, 6 u 9 tad-Direttiva 2002/58/KE, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri sabiex jiżguraw li d-data speċifikata fl-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva tinżamm skond id-dispożizzjonijiet tagħha sa fejn dik id-data tkun ġenerata jew proċessata mill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku jew ta’ network ta’ komunikazzjoni pubblika fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom fil-proċess tal-forniment tas-servizzi ta’ komunikazzjoni konċernati.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess direttiva jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri sabiex jiżguraw li d-data miżmuma skont din id-Direttiva tiġi provduta biss lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, f’każijiet speċifiċi u skont il-liġi nazzjonali. Il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti sabiex jinkiseb l-aċċess għal data miżmuma skond ir-rekwiżiti ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu definiti minn kull Stat Membru fil-liġi nazzjonali tiegħu, soġġetti għad-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi tal-Unjoni Ewropea jew tal-liġi pubblika internazzjonali, b’mod partikulari il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, kif interpretata mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/24 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kategoriji ta’ data li ġejjin jinżammu skont din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>rigward l-aċċess għall-Internet, email bl-Internet u telefonija bl-Internet:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>il-<HT TYPE="ITALIC">user</HT> ID jew <HT TYPE="ITALIC">user</HT> IDs allokati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">il-user</HT> ID u n-numru tat-telefon allokati lil kwalunkwe komunikazzjoni li tidħol fin-network tat-telefon pubbliku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>l-isem u l-indirizz tal-abbonat jew tal-utent reġistrat li lilu kien allokat indirizz tal-<HT TYPE="ITALIC">Internet Protocol</HT> (IP), <HT TYPE="ITALIC">User</HT> ID jew numru tat-telefon meta twettqet il-komunikazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>data meħtieġa sabiex tiġi identifikata d-destinazzjoni ta’ komunikazzjoni:</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>data meħtieġa sabiex jiġu identifikati d-data, il-ħin u t-tul ta’ komunikazzjoni:</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>data meħtieġa sabiex jiġi identifikat it-tip ta’ komunikazzjoni:</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>data meħtieġa sabiex jiġi identifikat it-tagħmir ta’ komunikazzjoni ta’ l-utenti jew dak li jkun maħsub bħala t-tagħmir tagħhom:</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>data meħtieġa sabiex jiġi identifikat il-lok fejn ikun jinsab it-tagħmir ta’ komunikazzjoni mobbli:</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ebda data li tiżvela l-kontenut tal-komunikazzjoni ma tista’, taħt din id-Direttiva, tinżamm.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Finalment, l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/24 idaħħal paragrafu 1a ġdid mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/58. Skont din id-dispożizzjoni, l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58 hu inapplikabbli għad-data li ż-żamma tagħha hi speċifikament meħtieġa mid-Direttiva 2006/24.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-dritt tal-awtur</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dritt tal-awtur, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/48 kienu trasposti fid-dritt Svediż permezz tal-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġodda fil-Liġi 1960:729 dwar il-proprjetà letterarja u artistika [lagen (1960:729) om upphovsrätt till litterära och konstnärliga verk, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>liġi dwar d-dritt tal-awtur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>]. Dawn id-dispożizzjonijiet il-ġodda daħlu fis-seħħ fl-<DATE ISO="20090401">1 ta’ April 2009</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Liġi 2009:109, li temenda l-Liġi 1960:729 dwar il-proprjetà letterarja u artistika [Lag (2009:109) om ändring i lagen (1960:729) om upphovsrätt till litterära och konstnärliga verk], tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-Artikolu 53c tal-Liġi dwar id-dritt tal-awtur jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Jekk l-applikant jista’ jistabilixxi l-eżistenza ta’ provi validi ta’ preġudizzju għad-dritt tal-proprjetà intelletwali fuq biċċa xogħol, kif imsemmi fl-Artikolu 53, il-Qorti tista’ tordna fuq sejħa lill-persuna jew il-persuni msemmija fit-tieni subparagrafu hawn taħt biex jikkomunikaw informazzjoni dwar l-oriġini u n-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-merkanzija jew tas-servizzi li joħolqu preġudizzju għal jew jiksru d-dritt (ordni għall-komunikazzjoni). Miżura bħal din tista’ tiġi ordnata fuq talba tad-detentur tad-dritt, tal-aventi kawża tiegħu jew ta’ kwalunkwe persuna li kellha d-dritt legali għall-isfruttament tax-xogħol. Din ma tistax tiġi ordnata ħlief meta l-informazzjoni mitluba x’aktarx li tiffaċilita l-investigazzjoni fuq il-preġudizzju tad-dritt jew il-ksur tad-dritt ikkawżat mill-merkanzija u mis-servizzi msemmija.</P><P>L-obbligu ta’ komunikazzjoni jaqa’ fuq kull persuna:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-awtur jew il-kompliċi tal-ksur tad-dritt jew tal-preġudizzju għad-dritt;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>min għamel użu fuq skala kummerċjali ta’ merkanzija li toħloq preġudizzju jew tikser dritt;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>min għamel użu fuq skala kummerċjali ta’ servizzi li joħolqu preġudizzju għal dritt jew jiksru dritt;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>min ipprovda fuq skala kummerċjali servizz ta’ komunikazzjoni elettronika jew affarijiet oħra għat-twettiq tal-preġudizzju għad-dritt jew il-ksur tad-dritt;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>min kien identifikat mill-persuna msemmija fil-punti 2) sa 4) hawn fuq bħala dak li ħa sehem fil-produzzjoni jew fid-distribuzzjoni tal-merkanzija jew fil-forniment tas-servizz li jiksru dritt jew jikkawżaw preġudizzju għal dritt.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>L-informazzjoni dwar l-oriġini u n-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-merkanzija jew tas-servizzi tinkludi b’mod partikolari:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi, distributuri, fornituri u possessuri preċedenti oħra tal-merkanzija jew tas-servizzi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>l-ismijiet u l-indirizzi tal-bejjiegħa bl-ingrossa u tal-bejjiegħa bl-imnut,</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>informazzjoni fuq il-kwantitajiet prodotti, manifatturati, mibjugħa, mgħotija jew ordnati, kif ukoll il-prezz miksub għal dawn l-oġġetti jew servizzi inkwistjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Id-dispożizzjonijiet ta’ qabel huma applikabbli għat-tentattiv jew għat-tħejjija tal-ksur jew tal-preġudizzju msemmi fl-Artikolu 53.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-Artikolu 53e tal-Liġi dwar id-dritt tal-awtur jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-ordni għall-komunikazzjoni ma tistax tiġi ordnata ħlief meta r-raġunijiet li jimmotivawha huma ta’ interess superjuri mill-inkonvenjenzi jew mill-preġudizzji oħra li tista’ toħloq lir-riċevitur tagħha jew minn kwalunkwe interess li jopponiha.</ALINEA><ALINEA>L-obbligu tal-informazzjoni skont l-Artikolu 53c ma huwiex intiż għall-informazzjoni li l-komunikazzjoni tagħha żżomm lill-persuna msemmija milli tametti l-parteċipazzjoni tagħha jew tal-qraba tagħha, skont tal-Artikolu 3 tal-Kapitolu 36 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja, fit-twettiq ta’ reat.</ALINEA><?PAGE NO="7"?><ALINEA>Il-liġi 1998:204 dwar id-data personali [personuppgiftslagen (1998:204)] timponi restrizzjonijiet fuq l-ipproċessar ta’ din l-informazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-ħarsien tad-data personali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2002/58 kienet trasposta fid-dritt Svediż b’mod partikolari permezz tal-Liġi 2003:389 dwar il-komunikazzjoni elettronika [lagen (2003:389) om elektronisk kommunikation]. Skont l-Artikolu 20(1) tal-Kapitolu 6 tal-imsemmija liġi, huwa pprojbit għal kwalunkwe persuna li xxandar jew li tuża b’mod mhux awtorizzat informazzjoni dwar l-abbonati li ġiet ikkomunikata lilha jew li kellha aċċess għaliha fil-kuntest tal-provvista ta’ netwerk ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva f’dan ir-rigward li l-obbligu ta’ kunfidenzjalità, li għandhom b’mod partikolari l-fornituri tas-servizz tal-internet, huwa għalhekk imfassal sabiex jiġi pprojbit biss l-iżvelar jew l-użu mhux awtorizzat ta’ ċerta data. Madankollu, dan l-obbligu ta’ kunfidenzjalità huwa relattiv, sa fejn dispożizzjonijiet oħra jipprevedu l-obbligu ta’ żvelar li għandu għalhekk bħala effett li dan jiġi awtorizzat. Skont il-Högsta domstolen, id-dritt għall-informazzjoni stabbilit permezz tal-Artikolu 53c tal-Liġi dwar id-dritt tal-awtur, li hu applikabbli wkoll għall-fornituri tas-servizz tal-internet, kien ikkunsidrat li ma kellux bżonn ta’ adattamenti legiżlattivi speċifiċi sabiex dawn id-dispożizzjonijiet fuq l-iżvelar jipprevalu fuq il-prinċipju tal-obbligu ta’ kunfidenzjalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Il-Högsta domstolen tirreferi f’dan il-punt għax-xogħolijiet preparatorji (proposta 2008/09:67 p. 143) tal-liġi tal-2009, imsemmija iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Id-deċiżjoni tal-qorti li tiddikjara ordni ta’ żvelar telimina għalhekk l-obbligu ta’ kunfidenzjalità.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2006/24, min-naħa tagħha, ma kinitx trasposta fil-liġi Svediża fit-terminu mogħti għal dan il-għan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Isvezja, iċċitata iktar ’il fuq, u l-Kawża C-270/11, iċċitata iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Bonnier Audio <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, huma djar ta’ pubblikazzjoni, detenturi b’mod partikolari ta’ drittijiet esklużivi ta’ riproduzzjoni, ta’ pubblikazzjoni u ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ta’ sebgħa u għoxrin xogħol ippreżentati fil-forma ta’ kotba rrekordjati.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Bonnier Audio <HT TYPE="ITALIC">et</HT> jiddikjaraw li kien sar ksur tad-drittijiet esklużivi tagħhom, minħabba t-tixrid pubbliku ta’ dawn is-sebgħa u għoxrin xogħol, mingħajr il-kunsens tagħhom, permezz tas-server FTP (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>file transfer protocol<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), li jippermetti l-iskambju ta’ fajls u t-trasferiment ta’ data bejn kompjuters imqabbdin mal-internet.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-fornitur tas-servizz tal-internet li permezz tiegħu l-allegat skambju illeċitu tal-fajls seħħ huwa ePhone.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Bonnier Audio <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ressqu quddiem is-Solna tingsrätt (il-Qorti tal-ewwel istanza ta’ Solna) talba għal ordni għall-finijiet ta’ komunikazzjoni tal-isem u tal-indirizz tal-persuna li użat l-indirizz IP minn fejn huwa maħsub li l-fajls imsemmija kienu ntbagħtu, matul iż-żmien ta’ bejn l-<DATE ISO="20090401">1 ta’ April 2009</DATE> fit-03.28 u l-<DATE ISO="20090401">1 ta’ April 2009</DATE> fil-05.45 .</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>ePhone opponiet din it-talba billi sostniet, b’mod partikolari, li l-ordni mitluba tmur kontra d-Direttiva 2006/24.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fl-ewwel istanza, is-Solna tingsrätt laqgħet it-talba ta’ ordni għall-finijiet ta’ komunikazzjoni tad-data inkwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>ePhone appellat quddiem is-Svea hovrätt (il-Qorti tal-appell ta’ Stokkolma), fejn talbet li tiġi miċħuda t-talba ta’ ordni ta’ komunikazzjoni. Din il-kumpannija talbet ukoll ir-rinviju preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiġi speċifikat jekk id-Direttiva 2006/24 tipprekludix li l-informazzjoni dwar abbonat, li lilu ġie allokat indirizz IP, tiġi kkomunikata lil persuni oħra barra mill-awtoritajiet imsemmija fl-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Is-Svea hovrätt iddeċidiet li ebda dispożizzjoni tad-Direttiva 2006/24 ma tostakola li parti f’kawża ċivili tiġi ordnata tikkomunika data dwar abbonat lil persuni oħra barra awtorità pubblika. Barra minn hekk, l-imsemmija qorti caħdet it-talba ta’ rinviju preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Din l-istess qorti osservat ukoll li d-djar ta’ pubblikazzjoni tal-kotba rrekordjati ma kinux stabbilixxew l-eżistenza ta’ provi validi ta’ ksur tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali. Għaldaqstant iddeċidiet li tannulla l-ordni ta’ komunikazzjoni mogħtija mis-Solna tingsrätt. Bonnier Audio <HT TYPE="ITALIC">et</HT> għaldaqstant appellaw quddiem il-Högsta domstolen, il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis li, minkejja s-sentenza Promusicae, iċċitata iktar ’il fuq, kif ukoll id-digriet LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten, iċċitat iktar ’il fuq, għad hemm dubju dwar jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(c) tal-Liġi dwar id-dritt tal-awtur, sa fejn la din is-sentenza u lanqas dan id-digriet ma jirreferu għad-Direttiva 2006/24.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Högsta domstolen iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>(1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2006/24/KE [...], b’mod iktar speċifiku l-Artikoli 3 [sa] 5 u 11 tagħha, tipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, stabbilita abbażi tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48/KE [...] li, għall-finijiet ta’ identifikazzjoni ta’ abbonat, tippermetti li fornitur ta’ servizz tal-internet jiġi ordnat jikkomunika indirizz IP lill-proprjetarju ta’ drittijiet tal-awtur jew lill-aventi kawża tiegħu, [fi proċeduri ċivili] liema indirizz serva għall-ksur tad-drittijiet? Hemm preżunzjoni, minn naħa, li l-applikant għall-ordni pproduċa provi reali tal-ksur ta’ drittijiet tal-awtur u, min-naħa l-oħra, li l-miżura mitluba hija proporzjonata.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Il-fatt li l-Istat Membru kkonċernat għadu ma ttrasponiex id-Direttiva 2006/24, filwaqt li t-terminu għal din it-traspożizzjoni skada, għandu effett fuq ir-risposta għall-ewwel domanda?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati minn Bonnier Audio <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> minn ePhone, mill-Gvern Svediż, minn dak Ċek, minn dak Taljan u minn dak Latvjan, kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-partijiet kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub kienu rrappreżentati waqt is-seduta, li nżammet fit-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, ħlief għall-Gvern Ċek u għal dak Latvjan.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-portata tad-Direttiva 2006/24</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju trid tkun taf, jekk, essenzjalment, id-Direttiva 2006/24 tipprekludix l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali, stabbilita abbażi tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48, li, għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ abbonat tal-internet jew ta’ utent tal-internet, tippermetti li tordna lil fornitur tas-servizz tal-internet li jikkomunika, lid-detentur tad-dritt tal-awtur jew lill-aventi kawża tiegħu, l-isem u l-indirizz ta’ abbonat li ġie allokat indirizz IP li seta’ kien użat fil-preġudizzju tal-imsemmi dritt.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tagħmel din id-domanda abbażi tal-premessa li, fil-kawża prinċipali, minn naħa, dawk li talbu l-ordni, Bonnier Audio <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, għandhom provi li juru li kien hemm preġudizzju għad-dritt tal-awtur u, min-naħa l-oħra, li l-miżura mitluba hija proporzjonata.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, l-azzjoni li ttieħdet minn Bonnier Audio <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> fil-kawża prinċipali, għall-finijiet li tiġi kkommunikata d-data personali, hija parti mill-kuntest ta’ proċedura ċivili.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>L-ewwel domanda li għandha tiġi magħmula hija dwar jekk id-data mitluba hijiex data personali. Fil-fatt, sabiex il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien ta’ data personali tkun applikabbli, id-data trid tkun ta’ dan it-tip. Il-kawża prinċipali tirrigwarda l-isem u l-indirizz ta’ abbonat, li għandhom jiġu identifikati abbażi ta’ indirizz IP. Minn dan isegwi li hawnhekk qegħdin fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar il-ħarsien tad-data personali.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Madankollu għandu jitfakkar li l-identità tal-persuna maħsuba li tista’ twettaq preġudizzju tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ma tistax tiġi stabbilita sempliċiment abbażi tal-indirizz IP meta bosta persuni jistgħu jużaw l-aċċess għan-netwerk identifikat minn dan l-istess indirizz IP. Dan huwa l-każ pereżempju ta’ netwerks mingħajr fili li ma għandhomx protezzjoni effettiva, tal-piraterija tal-kompjuters imqabbda mal-internet kif ukoll tas-sitwazzjonijiet fejn bosta persuni jistgħu jużaw l-istess kompjuter. Madankollu, jidhirli li f’xi Stati Membri, indirizz IP jista’ jintuża bħala prova tal-identità tal-persuna li setgħet wettqet preġudizzju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ir-rappreżentant ta’ ePhone indika, waqt is-seduta, li ċerti fornituri tas-servizz tal-internet ħassru sistematikament l-informazzjoni dwar l-indirizzi IP sabiex jimpedixxu li din l-informazzjoni tiġi użata kontra l-klijenti tagħhom.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi vverifikat jekk id-Direttiva 2006/24 hijiex applikabbli għall-kawża prinċipali. Fil-kawża Promusicae, iċċitata iktar ’il fuq, din id-direttiva ma kinitx applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis,</HT> u huwa għalhekk li l-Qorti tal-Ġustizzja warrbitha mill-bidu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja ma ssemmix id-Direttiva 2006/24 fis-sentenza Promusicae, iċċitata iktar ’il fuq, kuntrarjament għall-Avukat Ġenerali Kokott li ssemmietha (ara, b’mod partikolari, il-punti 122 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-konklużjonijiet tagħha fil-kawża Promusicae, imsemmija iktar ’il fuq).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Sabiex issir il-verifika tal-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione materiæ</HT> tad-Direttiva 2006/24 f’din il-kawża, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 1 tagħha, din id-direttiva hija intiża li tiżgura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>li d-data tkun disponibbli għal skopijiet ta’ investigazzjoni, skoperta ta’ prosekuzzjoni ta’ reati serji, kif definita minn kull Stat Membru fil-liġi nazzjonali tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Għall-interpretazzjoni tal-kunċett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>reati gravi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> tal-Istati Membri, ara r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-Direttiva 2006/24[ COM(2011) 225 finali].</P></NOTE>. Barra minn hekk, l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva jobbliga lill-Istati Membri sabiex jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li d-data msemmija mill-istess direttiva tiġi trażmessa biss lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, f’każijiet speċifiċi u skont id-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Iżda, il-kawża prinċipali tinvolvi proċedura ċivili, u d-data ma hijiex mitluba minn awtorità nazzjonali kompetenti iżda minn individwi.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għaldaqstant jidhirli li d-Direttiva 2006/24 ma hijiex applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> għall-kawża prinċipali, minkejja li d-data miżmuma għal finijiet awtorizzati mill-imsemmija direttiva jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttivi dwar il-ħarsien ta’ data personali, sa fejn l-operatur żamm id-data għal finijiet oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tieni domanda, dwar l-impatt tan-nuqqas ta’ traspożizzjoni fid-dritt Svediż tad-Direttiva 2006/24 fuq ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda, ma għadhiex rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Minkejja li d-Direttiva 2006/24 ma hijiex applikabbli f’din il-kawża, għandha tiġi magħmula d-domanda dwar x’tista’ tkun ir-rilevanza tagħha fil-kawża prinċipali. Qabel niġi għal din id-domanda, irrid qabelxejn nittratta d-dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien tad-data personali.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-limitazzjonijiet għall-ħarsien ta’ data personali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għandhom jiġu mfakkra hawnhekk xi prinċipji bażiċi li jirregolaw il-ħarsien ta’ data personali fid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-prinċipju fundamentali ddikjarat mill-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva 95/46 huwa dan li ġej, jiġifieri d-data personali għandha tkun miġbura għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi, u ma tkunx ipproċessata iktar ’il quddiem b’mod inkompatibbli ma’ dawn il-finijiet. Il-ġbir tad-data personali u l-modalitajiet tagħha, kif ukoll il-finijiet, għandhom jiġu deċiżi minn qabel. L-ipproċessar ulterjuri li jkun inkompatibbli mal-finalitajiet iddefiniti minn qabel huwa pprojbit.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandu jiġi vverifikat jekk id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu għal dawn ir-rekwiżiti kinux adottati fuq livell tal-Unjoni Ewropea jew fuq livell nazzjonali f’dak li jirrigwarda ż-żamma tad-data personali u t-trażmissjoni tagħha lil terzi f’każ ta’ preġudizzju preżunt għal dritt ta’ proprjetà intellettwali invokat minn individwi.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dwar il-limitazzjonijiet previsti fil-livell tal-Unjoni.</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Rigward id-dritt tal-Unjoni dwar id-data tat-telekomunikazzjoni, hemm id-Direttiva speċifika 2002/58, kif kienet ikkompletata permezz tad-Direttiva 2006/24, li tispeċifika l-kuntest ġenerali previst mid-Direttiva 95/46. Issa, l-eżami tad-Direttivi 2002/58 u 2006/24 juri biċ-ċar li dawn ma jinkludu l-ebda dispożizzjoni speċifika fir-rigward taż-żamma u tal-użu tad-data tat-telekomunikazzjoni fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-preġudizzju għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fuq inizjattiva ta’ individwi. Id-Direttiva 2002/58 hija bbażata fuq id-drittijiet u l-obbligi tal-fornituri tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika. Id-Direttiva 2006/24 hija intiża min-naħa tagħha għaż-żamma tad-data mill-awtoritajiet pubbliċi bil-ħsieb tal-iskoperta ta’ reati gravi. Rigward preġudizzju għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali mqajma minn individwi, għandu jiġi kkonstatat li la d-Direttiva 2002/58 u lanqas id-Direttiva 2006/24 ma jipprevedu l-possibbiltà jew l-obbligu li tinżamm jew li tintuża d-data msemmija għal fini bħal dan, jew li jsir użu ta’ data diġà eżistenti, li kienet miżmuma għal finijiet oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Rigward id-Direttiva 2004/48, l-uniku riferiment għad-data personali jinsab fl-Artikolu 8(3)(e) ta’ din id-direttiva. Skont din id-dispożizzjoni, il-paragrafi 1 u 2 tal-imsemmi Artikolu 8, li jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni li tista’ tikkonċerna l-preġudizzju għad-dritt ta’ proprjetà intellettwali, japplikaw mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolamentari oħra li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali. Id-Direttiva 2004/48 tindika għalhekk li għandhom jiġu osservati d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolamentari li jirregolaw l-ipproċessar ta’ data personali. Min-naħa l-oħra, hija la tispeċifika d-data personali li tista’ tinżamm, la l-għan taż-żamma tagħha, la t-tul taż-żamma msemmija, u lanqas il-persuni li jistgħu jkollhom aċċess f’każ ta’ preġudizzju għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Minkejja li, fil-livell tal-Unjoni, tista’ tiġi kkunsidrata l-possibbiltà ta’ direttiva li tikkompleta d-Direttiva 2002/58 billi jiġi previst l-obbligu ta’ żamma fir-rigward tal-preġudizzju għal dritt ta’ proprjetà intellettwali u li tiddefinixxi kemm il-għan ta’ din iż-żamma, id-data li għandha tinżamm, it-tul taż-żamma kif ukoll il-persuni li jistgħu jkollhom aċċess għaliha, għandu jiġi kkonstatat li tali direttiva sa issa għadha ma teżistix<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Dan hu dak li l-Avukat Ġenerali Kokott kienet diġà rrilevat fil-punt 110 tal-konklużjonijiet tagħha fil-kawża Promusicae, imsemmija iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlazzjoni preżenti tal-Unjoni ma tipprevedix il-modalitajiet neċessarji għaż-żamma u għat-trażmissjoni tad-data personali li hija ġġenerata waqt il-komunikazzjoni elettronika bil-ħsieb tat-trażmissjoni tagħha f’każ ta’ preġudizzju għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali invokat minn individwi.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dwar il-limitazzjonijiet previsti fil-livell tal-Istati Membri</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dritt tal-Istati Membri, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/58 jippermetti l-limitazzjoni tal-applikabbiltà tal-prinċipji li fuqhom hija msejsa d-direttiva msemmija.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat dan l-artikolu fis-sentenza tagħha Promusicae, iċċitata iktar ’il fuq, u fid-digriet LSG Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten, iċċitat iktar ’il fuq. Għaldaqstant hija kkunsidrat li d-Direttiva 2002/58 ma teskludix il-possibbiltà, għall-Istati Membri, li jipprevedu l-obbligu ta’ żvelar, fil-kuntest ta’ proċedura ċivili, ta’ data personali, iżda li d-dritt tal-Unjoni ma jirrikjedix mill-Istati Membri li jipprevedu tali obbligu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara s-sentenza Promusicae, iċċitata iktar ’il fuq, (punti 54 u 59).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet ukoll konnessjoni bejn l-Artikolu 15(1) tad-direttiva msemmija u l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 95/46<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara d-digriet LSG-Gesellschaft zur Wahrnehmung von Leistungsschutzrechten, iċċitat iktar ’il fuq, punt 26 li jgħid: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[f]il-fatt, fil-punt 53 tas-sentenza Promusicae, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fost l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, li jirreferi b’mod speċifiku għall-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 95/46, hemm <HT TYPE="ITALIC">miżuri indispensabbli għall-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-oħrajn.</HT> Peress li d-Direttiva 2002/58 ma tippreċiżax id-drittijiet u l-libertajiet ikkonċernati minn din l-eċċezzjoni, din għandha tiġi interpretata li tesprimi r-rieda tal-leġiżlatur Komunitarju li ma jiġux esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-protezzjoni tad-dritt għal proprjetà u lanqas is-sitwazzjonijiet li fihom l-awturi jfittxu li jiksbu din il-protezzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ċivili.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (l-enfasi hija tiegħi).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Is-sentenza Promusicae, iċċitata iktar ’il fuq, tevoka l-iżvelar tad-data personali u, <HT TYPE="ITALIC">in fine,</HT> l-obbligi tal-Istati Membri, waqt <HT TYPE="ITALIC">it-traspożizzjoni tad-direttivi kkonċernati,</HT> li jiżguraw li jibbażaw ruħhom fuq interpretazzjoni ta’ dawn tal-aħħar li tippermetti li jiġi żgurat bilanċ ġust bejn id-drittijiet fundamentali differenti li huma mħarsa mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara s-sentenza Promusicae, iċċitata iktar ’il fuq (punt 68).</P></NOTE>. Ninterpreta din il-konstatazzjoni fis-sens li l-prinċipji bażiċi ta’ kull qasam — jiġifieri l-ħarsien tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni elettronika u l-ħarsien tad-dritt tal-awtur u tad-drittijiet relatati — għandhom ikunu kompletament irrispettati.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Sabiex l-iżvelar ta’ data personali jkun possibbli, id-dritt tal-Unjoni jeżiġi li obbligu ta’ żamma jkun previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex jiċċara l-kategoriji tad-data li għandha tinżamm, l-għan taż-żamma, it-tul taż-żamma u l-persuni li jistgħu jkollhom aċċess għaliha. Ikun kontra l-prinċipji tal-ħarsien tad-data personali li jsir użu ta’ databases li qegħdin hemm għal finijiet differenti minn dawk iddefiniti mil-leġiżlatur.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Konsegwentement, sabiex iż-żamma u t-trażmissjoni tad-data personali tkun kompatibbli mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/58, f’sitwazzjoni bħal dik deskritta fil-kawża prinċipali, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tipprevedi, minn qabel u b’mod iddettaljat, il-limitazzjonijiet, introdotti bil-liġi, li jistgħu jolqtu d-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikoli 5, 6, 8(1) sa (4), u 9 tad-direttiva msemmija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Madankollu għandu jitfakkar li l-assenza totali ta’ limitazzjoni tal-kunfidenzjalità tista’ wkoll tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 8 tal-KEDB (ara Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sentenza K.U. vs Il-Finlandja, tat-<DATE ISO="20081202">2 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Rikors Nru 2872/02).</P></NOTE>. Limitazzjoni stabbilita b’dan il-mod għandha tikkostitwixxi miżura neċessarja, adegwata u proporzjonata. Issa, obbligu ta’ żvelar, impost fuq il-fornitur ta’ servizz tal-internet u li jirrigwarda data personali miżmuma għal għan ieħor, ma huwiex suffiċjenti sabiex jissodisfa dawn ir-rekwiżiti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika l-eżistenza ta’ tali miżuri u li tiżgura li jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, għandu jiġi enfasizzat li d-drittijiet fundamentali dwar il-ħarsien tad-data personali u tal-ħajja privata, minn naħa, kif ukoll dwar il-ħarsien tal-proprjetà intellettwali, min-naħa l-oħra, għandhom jibbenefikaw minn ħarsien ugwali. Għaldaqstant ma għandhomx jiġu pprivileġġati d-detenturi tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali, billi jingħatalhom il-permess li jużaw id-data personali li kienet miksuba b’mod legali u miżmuma għal finijiet li ma humiex relatati mal-ħarsien tad-drittijiet tagħhom. Il-ġbir u l-użu tad-data msemmija għal finijiet bħal dawn, fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni dwar il-ħarsien ta’ data personali, jimplikaw l-adozzjoni minn qabel, mil-leġiżlatur nazzjonali, ta’ dispożizzjonijiet iddettaljati, skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/58<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Il-proċedura leġiżlattiva hija indikata b’interventi bħal dawn: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Mill-Artikolu 8(2) tal-KEDB u mill-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali [...] jirriżulta li intervent għandu jkun previst mil-liġi, li jservi għan leġittimu u li jkun bżonnjuż f’soċjetà demokratika biex jintlaħaq dan l-għan leġittimu<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [ara l-punt 8 tal-opinjoni tal-Kontrollatur Ewropew għall-ħarsien tad-data dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew fuq id-direttiva taż-żamma tad-data (Direttiva 2006/24/KE), punt 8 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="279" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, C 279, p. 1</REF.DOC.OJ>)].</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi b’dan il-mod għad-domandi preliminari magħmula mill-Högsta domstolen:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE, ma tapplikax għall-ipproċessar tad-data personali għal finijiet differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-direttiva msemmija. Konsegwentement, id-direttiva msemmija ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li abbażi tagħha, fil-kuntest ta’ proċedura ċivili, għall-finijiet li jiġi identifikat abbonat speċifiku, il-qorti tordna lil fornitur tas-servizz tal-internet sabiex jiżvela lid-detentur tad-dritt tal-awtur, jew lill-aventi kawża tiegħu, informazzjoni relatata mal-identità tal-imsemmi abbonat li ġie allokat indirizz IP, li seta’ kien użat fil-preġudizzju għall-imsemmi dritt. Madankollu, din l-informazzjoni kellha tinżamm sabiex setgħet tkun żvelata u użata għal dan il-fini skont id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali u ddetaljati, li kienu adottati fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, it-tieni domanda ma għadx għandha skop.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>