|
10.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11033 — ADOBE/FIGMA)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 243/06)
1.
Fit-30 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Adobe Inc. (“Adobe”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Figma, Inc. (“Figma”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Adobe takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Figma.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
Il-konċentrazzjoni ġiet riferuta lill-Kummissjoni mill-Awstrija skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Sussegwentement, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, in-Norveġja u l-Iżvezja ngħaqdu mar-riferiment.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Adobe: kumpanija globali tas-software li toffri, fost l-oħrajn, software ta’ disinn kreattiv u għodda interattiva għad-disinn tal-prodott, jiġifieri, Adobe XD, |
|
— |
Figma: fornitur ta’ għodda kollaborattiva bbażata fuq l-internet għad-disinn interattiv tal-prodott, Figma Design, kif ukoll għodda ta’ whiteboarding, FigJam. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11033 — ADOBE / FIGMA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz opstali:
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet’”).