|
17.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/13 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10226 — Prosegur/Euronet/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 187/07)
1.
Fis-6 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Prosegur Cash, S.A. (“Prosegur”, Spanja), li tappartjeni għall-grupp ikkontrollat minn Prosegur Compañía de Seguridad, S.A., u |
|
— |
EFT Services Holding B.V. (“Euronet”, in-Netherlands), li tappartjeni għall-grupp ikkontrollat minn Euronet Worldwide, Inc. |
Prosegur u Euronet jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Latam ATM Solutions, S.L. kollha kemm hi. (“JV2”, Spanja).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Il-grupp Prosegur jipprovdi servizzi ta’ sigurtà lil kumpaniji, djar u negozji. Prosegur għandha tliet linji ta’ negozju: (i) allarmi, (ii) sigurtà u (iii) flus kontanti. |
|
— |
Euronet huwa fornitur tal-pagamenti elettroniċi. Il-grupp Euronet joffri soluzzjonijiet ta’ pproċessar u distribuzzjoni ta’ pagamenti u tranżazzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji, lill-bejjiegħa bl-imnut, lill-fornituri tas-servizzi u lill-konsumaturi individwali. L-offerta tal-prodotti tagħha tinkludi fost affarijiet oħra, l-ATM, il-punt tal-bejgħ (point-of-sale, POS), it-tipi kollha ta’ kards u servizzi ta’ akkwist tan-negozjanti. |
|
— |
Il-JV se tkun is-sid, tiżviluppa u tħaddem network indipendenti tal-ATMs u se tipprovdi servizzi tal-ATMs esternalizzati lil istituzzjonijiet finanzjarji f’ċerti pajjiżi Amerikani (b’mod partikolari, tal-Amerka Ċentrali u tal-Amerka Latina). Dawn is-servizzi se jiġu pprovduti esklussivament barra miż-ŻEE. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10226 — Prosegur/Euronet/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).