|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/518 |
25.3.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/518
tal-11 ta’ Marzu 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal ċerti skemi tal-VAT
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 397 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Għall-funzjonament xieraq tal-mudell tal-fornitur meqjus, għal interfaċċi elettroniċi bħal postijiet ta’ swieq, pjattaformi, portali jew mezzi simili li jiffaċilitaw il-provvista ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, kif imsemmi fl-Artikolu 28a tad-Direttiva 2006/112/KE, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati ċerti elementi tar-regola. |
|
(2) |
Huwa meħtieġ li jiġi ddefinit it-terminu “jiffaċilita” sabiex il-persuni taxxabbli li jiffaċilitaw, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal suq, pjattaforma, portal, jew mezzi simili, il-provvista ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, jingħataw ċertezza legali dwar jekk ir-regola tal-fornitur meqjus tapplikax għal dawk il-persuni taxxabbli. Jenħtieġ li ċerti fornituri, fosthom dawk li jipprovdu l-elenku jew ir-reklamar ta’ tali servizzi, jiġu esklużi b’mod espliċitu mir-regola minħabba li ma jidħlux f’kompetizzjoni diretta ma’ setturi tradizzjonali u mhux diġitali. |
|
(3) |
Jenħtieġ li persuni taxxabbli li jiffaċilitaw, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal suq, pjattaforma, portal, jew mezzi simili, il-provvista ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew ta’ servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, ma jinżammux responsabbli għall-pagament ta’ kwalunkwe taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) dovuta meta jaġixxu fuq informazzjoni pprovduta mill-fornitur sottostanti, jekk dawk il-persuni taxxabbli jkunu jistgħu juru li ma setgħux raġonevolment ikunu jafu li dik l-informazzjoni kienet skorretta. |
|
(4) |
Għall-fini tad-determinazzjoni tal-post tal-provvista ta’ servizz ta’ faċilitazzjoni ipprovdut lil persuna mhux taxxabbli permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal suq, pjattaforma, portal, jew mezzi simili, jenħtieġ li l-persuni taxxabbli jkunu jistgħu jidentifikaw faċilment l-istatus tar-riċevitur tas-servizz ta’ faċilitazzjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata tali identifikazzjoni u jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-persuni taxxabbli, jenħtieġ li persuna taxxabbli tqis lir-riċevitur tas-servizz ta’ faċilitazzjoni bħala persuna taxxabbli meta jiġi pprovdut numru ta’ identifikazzjoni għall-finijiet tal-VAT u bħala persuna mhux taxxabbli meta ma jiġi pprovdut l-ebda numru bħal dan, sakemm dik il-persuna taxxabbli ma jkollhiex informazzjoni li turi l-kuntrarju. |
|
(5) |
Jenħtieġ li jiġi ċċarat li, fir-rigward tas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri, l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar prevista fid-Direttiva 2006/112/KE tista’ tapplika biss għall-persuna taxxabbli meqjusa li tkun ipprovdiet dawk is-servizzi. |
|
(6) |
Fid-Direttiva 2006/112/KE, bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/516 (2) kienet ġiet introdotta skema ta’ simplifikazzjoni ta’ punt uniku ta’ servizz (“OSS”) għall-persuni taxxabbli li jagħmlu trasferimenti transfruntierita’ ċerta merkanzija proprja.. Sabiex tiġi implimentata dik l-iskema speċifika fil-qafas ġenerali tal-iskemi speċjali tal-VAT previsti fit-Titolu XII, il-Kapitolu 6, tad-Direttiva 2006/112/KE, jenħtieġ li fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 (3) jiġu stabbiliti regoli speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-identifikazzjoni tal-VAT, mal-kundizzjonijiet għall-esklużjoni, mad-dikjarazzjonijiet tal-VAT u mal-obbligi taż-żamma tar-rekords. |
|
(7) |
Peress li l-iskema ta’ simplifikazzjoni tal-OSS introdotta hija komprensiva u ser tinkludi movimenti transfruntieri ta’ merkanzija koperti minn arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat, dawk l-arranġamenti tneħħew mid-Direttiva 2006/112/KE. Id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-arranġamenti dwar l-istokk f’kunsinna kuntrattat ma għadhomx meħtieġa, u għalhekk jenħtieġ li jitħassru mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 242a tad-Direttiva 2006/112/KE, il-persuni taxxabbli li jiffaċilitaw, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-provvista ta’ merkanzija jew servizzi lil persuna mhux taxxabbli fil-Komunità f’konformità mat-Titolu V ta’ dik id-Direttiva huma obbligati jżommu rekords ta’ dawk il-provvisti. Madankollu, l-informazzjoni hija meħtieġa biss fir-rigward tal-provvisti ta’ merkanzija jew servizzi li huma ffaċilitati mill-interfaċċa elettronika u mhijiex meħtieġa f’każijiet fejn tapplika r-regola tal-fornitur meqjus. Sabiex tiġi appoġġata l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, jenħtieġ li tali informazzjoni relatata mal-fornituri sottostanti tiġi inkluża wkoll fis-sett obbligatorju ta’ informazzjoni li għandu jinżamm minn fornituri meqjusa li huma rreġistrati biex jużaw l-iskemi speċjali ta’ simplifikazzjonital-OSS. Jenħtieġ li dawk l-elementi addizzjonali tad-data jippermettu tqabbil tal-informazzjoni rrapportata mill-pjattaformi mad-data dwar il-pagamenti fuq tranżazzjonijiet transfruntieri disponibbli fis-sistema elettronika ċentrali tal-informazzjoni dwar il-pagamenti stabbilita skont il-Kapitolu V, it-Taqsima 2, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (4), u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2024. |
|
(9) |
Wara l-introduzzjoni, fid-Direttiva 2006/112/KE, ta’ obbligu għall-persuni taxxabbli li jittrasferixxu l-merkanzija ta’ persuna taxxabbli oħra li jinfurmaw lis-sid tal-merkanzija li l-merkanzija tagħhom qed tiġi jew ser tiġi ttrasferita, jenħtieġ li jiġi ċċarat liema data speċifika għandha tiġi kkomunikata lis-sid tal-merkanzija. |
|
(10) |
L-elementi tad-Direttiva 2006/112/KE li jeħtieġu emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 għandhom jiġu trasposti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali mill-Istati Membri sat-30 ta’ Ġunju 2028. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-emendi għal dak ir-Regolament ikunu applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2028. |
|
(11) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 9b 1. Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28a tad-Direttiva 2006/112/KE, it-terminu ‘jiffaċilita’ jfisser l-użu ta’ interfaċċa elettronika minn persuna taxxabbli biex klijent u fornitur li joffru provvisti, fi ħdan l-Unjoni, ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew ta’ servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri permezz tal-interfaċċa elettronika jkunu jistgħu jidħlu f’kuntatt, li jirriżulta fi provvista ta’ tali servizzi permezz ta’ dik l-interfaċċa elettronika. 2. Persuna taxxabbli ma għandhiex titqies li tiffaċilita provvista ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
3. L-Artikolu 28a tad-Direttiva 2006/112/KE ma għandux japplika għal persuna taxxabbli li tipprovdi biss waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
4. Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 28a tad-Direttiva 2006/112/KE ma għandux japplika għal persuna taxxabbli li tipprovdi l-mezzi li bihom l-ispiża tas-servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri tista’ tinqasam bejn l-utent u l-persuna li tipprovdi t-trasport. Artikolu 9c Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28a(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-persuna taxxabbli li tipprovdi s-servizzi għandha tipprovdi n-numru ta’ identifikazzjoni tagħha għall-finijiet tal-VAT jew in-numru ta’ identifikazzjoni allokat lilha f’konformità mal-Artikolu 362 jew 369d ta’ dik id-Direttiva, kif imsemmi fl-Artikolu 28a(1), il-punt (a), ta’ dik id-Direttiva, u d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 28a(1), il-punt (b), ta’ dik id-Direttiva lill-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista darba biss, sakemm ma jkunx hemm bidla fl-attività tagħha bħala persuna taxxabbli. Meta servizz tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri iseħħ f’aktar minn Stat Membru wieħed, il-persuna taxxabbli li tipprovdi s-servizz għandha tipprovdi lill-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista n-numru ta’ identifikazzjoni għall-finijiet tal-VAT allokat lilha minn kull Stat Membru li fih iseħħ it-trasport, jew in-numru ta’ identifikazzjoni allokat lilha f’konformità mal-Artikoli 362 jew 369d tad-Direttiva 2006/112/KE. Artikolu 9d Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28a tad-Direttiva 2006/112/KE, fejn, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-persuna li tforni s-servizzi sottostanti, persuna taxxabbli ma taġixxix bħala l-fornitur meqjus, dik il-persuna taxxabbli ma għandhiex tinżamm responsabbli għall-pagament tal-VAT dovuta meta sussegwentement jinstab li dik il-persuna taxxabbli kellha titqies bħala l-fornitur, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
Artikolu 9e Għall-fini tad-determinazzjoni tal-post tal-provvista ta’ servizz ta’ faċilitazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 46a tad-Direttiva 2006/112/KE, il-persuna taxxabbli għandha tqis lill-persuna li lilha jkun ġie fornui dak is-servizz bħala persuna mhux taxxabbli fejn dik il-persuna li lilha jkunu ġie fornut dak is-servizz ma tipprovdix numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, sakemm dik il-persuna taxxabbli ma jkollhiex informazzjoni għall-kuntrarju. Artikolu 9f L-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 98(2), u l-Artikoli 371, 378, 379 sa 386 u 388 sa 390c tad-Direttiva 2006/112/KE xorta għandhom japplikaw meta l-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista ta’ servizzi titqies li tkun rċeviet u pprovdiet dawk is-servizzi hija stess skont l-Artikolu 28a ta’ dik id-Direttiva. Artikolu 9g Meta persuna taxxabbli titqies li tkun irċeviet u pprovdiet is-servizzi msemmija fl-Artikolu 28a tad-Direttiva 2006/112/KE hija stess, il-provvista ta’ dawk is-servizzi tista’ tkun soġġetta għall-iskema speċjali prevista fit-Titolu XII, il-Kapitolu 1, ta’ dik id-Direttiva jekk dik il-persuna taxxabbli tissodisfa l-kundizzjonijiet għal dik l-iskema speċjali. Il-provvista tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 28a tad-Direttiva 2006/112/KE pprovduta lil persuna taxxabbli li titqies li tkun irċeviet u pprovdiet dawk is-servizzi hija stess, ma għandhiextkun soġġetta għall-iskema speċjali prevista fit-Titolu XII, il-Kapitolu 1, ta’ dik id-Direttiva.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 13a, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Il-post fejn persuna ġuridika mhux taxxabbli hi stabbilita, kif imsemmi fl-Artikolu 54(1), it-tieni subparagrafu, fl-Artikolu 56(2), l-ewwel subparagrafu, u fl-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2006/112/KE, għandu jkun:” ; |
|
(3) |
fl-Artikolu 18(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Madankollu, irrispettivament minn informazzjoni li turi l-kuntrarju, il-fornitur ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir jew servizzi pprovduti elettronikament, jew ta’ servizzi skont l-Artikolu 54(1), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2006/112/KE, jista’ jikkunsidra lil klijent stabbilit fil-Komunità bħala persuna mhux taxxabbli dment li dak il-klijent ma jkunx ikkomunika n-numru tal-identifikazzjoni tal-VAT individwali tiegħu lill-fornitur ta’ dawk is-servizzi.” ; |
|
(4) |
fl-Artikolu 23, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Meta, f’konformità mal-Artikolu 54(1), it-tieni subparagrafu, u l-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2006/112/KE, provvista ta’ servizzi tkun taxxabbli fil-post fejn ikun stabbilit il-klijent, jew, fin-nuqqas ta’ stabbiliment, fil-post fejn il-klijent ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew ir-residenza tas-soltu tiegħu, il-fornitur għandu jistabbilixxi dak il-post abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-klijent, u jivverifika dik l-informazzjoni permezz ta’ miżuri ta’ sigurtà kummerċjali normali bħal ma huma dawk rigward kontrolli ta’ identità jew ta’ pagament.” |
|
(5) |
fl-Artikolu 24b, l-ewwel paragrafu, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 54(1), it-tieni subparagrafu, jew tal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/112/KE, fejn l-attivitajiet jiġu lstreamjati jew inkella jitpoġġew virtwalment għad-dispożizzjoni ta’ persuna mhux taxxabbli, jew fejn is-servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir jew servizzi pprovduti elettronikament jiġu pprovduti lil persuna mhux taxxabbli:” ; |
|
(6) |
fl-Artikolu 24d, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Meta fornitur jipprovdi servizz skont l-Artikolu 54(1), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2006/112/KE, jew servizz elenkat fl-Artikolu 58(1) ta’ dik id-Direttiva, il-fornitur jista’ jirribatti preżunzjoni msemmija fl-Artikolu 24a jew l-Artikolu 24b, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), (b) jew (c), ta’ dan ir-Regolament abbażi ta’ tliet elementi ta’ evidenza mhux kontradittorji li jindikaw li l-klijent hu stabbilit, għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew normalment hu residenti x’imkien ieħor.” |
|
(7) |
fl-Artikolu 24f, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli fl-Artikolu 54(1), it-tieni subparagrafu, jew l-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/112/KE u l-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 24b, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), jew tal-Artikolu 24d(1) ta’ dan ir-Regolament, dan li ġej għandu, b’mod partikolari, iservi bħala evidenza:” ; |
|
(8) |
l-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 30 1. Il-provvista ta’ servizzi ta’ intermedjarji kif imsemmija fl-Artikolu 46 tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jkopri s-servizzi ta’ intermedjarji li jaġixxu f’isem u għan-nom tar-reċipjent tas-servizz akkwistat u s-servizzi mwettqa minn intermedjarji li jaġixxu f’isem u għan-nom tal-fornitur tas-servizzi akkwistati. 2. Għall-finijiet tal-Artikolu 46a tad-Direttiva 2006/112/KE, it-terminu ‘servizz ta’ faċilitazzjoni’ jfisser servizz ipprovdut minn persuna taxxabbli lil klijent jew lil fornitur, jew lit-tnejn, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, biex b’hekk il-klijent u l-fornitur ikunu jistgħu jidħlu f’kuntatt li jirriżulta fi provvista ta’ merkanzija jew servizzi permezz ta’ dik l-interfaċċa elettronika. Servizz ta’ faċilitazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jitqies bħala distint u indipendenti mill-merkanzija jew mis-servizzi li l-persuna taxxabbli titqies li tipprovdi. 3. Persuna taxxabbli ma għandhiex titqies li tipprovdi ‘servizz ta’ faċilitazzjoni’ meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
4. L-Artikolu 46a tad-Direttiva 2006/112/KE ma għandux japplika għal persuna taxxabbli li tipprovdi biss waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
|
(9) |
fl-Artikolu 54a, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Din it-Taqsima għandha tieqaf tapplika fil-30 ta’ Ġunju 2029.” |
|
(10) |
fl-Artikolu 54c(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
; |
|
(11) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 54d L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 242b tad-Direttiva 2006/112/KE għandu jkun fiha dan li ġej:
|
|
(12) |
fil-Kapitolu XI, it-Taqsima 2, l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej: “Taqsima 2 Skemi speċjali għall-persuni taxxabbli li jipprovdu servizzi lil persuni mhux taxxabbli jew li jagħmlu bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija, ċerti provvisti domestiċi ta’ merkanzija jew trasferimenti ta’ merkanzija proprja (l-Artikoli 358 sa 369xk tad-Direttiva 2006/112/KE)” |
|
(13) |
l-Artikolu 57a huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
fl-Artikolu 57d, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Meta persuna taxxabbli tinforma lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni li għandha l-ħsieb li tagħmel użu mill-iskema ta’ trasferiment ta’ merkanzija proprja, dik l-iskema speċjali għandha tapplika mill-ewwel jum tax-xahar kalendarju ta’ wara. Madankollu, meta l-ewwel trasferiment ta’ merkanzija li għandu jkun kopert mill-iskema ta’ trasferimenti ta’ merkanzija proprja jseħħ qabel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu, dik l-iskema speċjali għandha tapplika mid-data ta’ dak l-ewwel trasferiment, dment li l-persuna taxxabbli tinforma lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni dwar il-bidu tal-attivitajiet tagħha li għandhom jiġu koperti mill-iskema speċjali, mhux aktar tard mill-għaxar jum tax-xahar wara dak l-ewwel trasferiment.” |
|
(15) |
fl-Artikolu 57e, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jidentifika l-persuna taxxabbli li tuża l-iskema ta’ trasferimenti ta’ merkanzija proprja permezz tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ta’ dik il-persuna taxxabli msemmi fl-Artikoli 214 u 215 tad-Direttiva 2006/112/KE.” ; |
|
(16) |
l-Artikolu 57f huwa emendat kif ġej:
|
|
(17) |
fl-Artikolu 57g, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Persuna taxxabbli li tuża l-iskema ta’ trasferiment ta’ merkanzija proprja tista’ tieqaf tuża dik l-iskema speċjali irrispettivament minn jekk dik il-persuna taxxabbli tkomplix tittrasferixxi merkanzija li tista’ tkun eliġibbli għal dik l-iskema speċjali. Il-persuna taxxabbli għandha tinforma lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni mill-inqas 15-il jum qabel tmiem ix-xahar kalendarju ta’ qabel dak li fih dik il-persuna taxxabbli tkun biħsiebha tieqaf tuża l-iskema speċjali. Il-waqfien għandu jkun effettiv mill-ewwel jum tax-xahar kalendarju li jmiss. L-obbligi tal-VAT relatati mat-trasferimenti ta’ merkanzija proprja li jirriżultaw wara d-data li fiha l-waqfien ikun sar effettiv għandhom jitwettqu direttament għand l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri li minnhom u li lilhom tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportatal-merkanzija.” |
|
(18) |
l-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej:
|
|
(19) |
l-Artikolu 58a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 58a Persuna taxxabbli li tuża skema speċjali li, għal perjodu ta’ sentejn, ma tkun għamlet l-ebda provvista ta’ merkanzija jew ta’ servizzi jew l-ebda trasferiment ta’ merkanzija proprja koperti minn dik l-iskema speċjali għandha titqies li tkun waqfet l-attivitajiet taxxabbli tagħha skont it-tifsira tal-Artikolu 363, il-punt (b), l-Artikolu 369e, il-punt (b), l-Artikolu 369r(1), il-punt (b), l-Artikolu 369r(3), il-punt (b), jew l-Artikolu 369xe, il-punt (b) tad-Direttiva 2006/112/KE. Dak il-waqfien ma għandux jipprekludi l-użu ta’ skema speċjali jekk dik il-persuna taxxabbli terġa’ tibda l-attivitajiet tagħha koperti minn kwalunkwe skema speċjali prevista fit-Titolu XII, il-Kapitolu 6, ta’ dik id-Direttiva.” |
|
(20) |
fl-Artikolu 58b, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Persuna taxxabbli jew intermedjarju għandhom jitqiesu li naqsu b’mod persistenti milli jikkonformaw mar-regoli relatati ma’ waħda mill-iskemi speċjali, skont it-tifsira tal-Artikolu 363, il-punt (d), l-Artikolu 369e, il-punt (d), l-Artikolu 369r(1), il-punt (d), l-Artikolu 369r(2), il-punt (c), l-Artikolu 369r(3), il-punt (d), jew l-Artikolu 369xe, il-punt (d) tad-Direttiva 2006/112/KE, fil-każijiet li ġejjin:
|
|
(21) |
l-Artikolu 58c huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 58c Persuna taxxabbli li tkun ġiet eskluża mill-iskema mhux tal-Unjoni, mill-iskema tal-Unjoni jew mill-iskema ta’ trasferiment ta’ merkanzija proprja għandha twettaq l-obbligi kollha tal-VAT relatati mal-provvisti ta’ merkanzija jew ta’ servizzi, jew trasferimenti ta’ merkanzija proprja, li jirriżultaw wara d-data li fiha l-esklużjoni tkun saret effettiva direttament għand l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru tal-konsum ikkonċernat jew mal-Istati Membri li minnhom u lilhom il-merkanzija tkun intbagħtet jew ġiet trasportata.” |
|
(22) |
l-Artikolu 59 huwa emendat kif ġej:
|
|
(23) |
l-Artikolu 59a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 59a Meta persuna taxxabbli li tuża skema speċjali ma tkun ipprovdiet l-ebda merkanzija jew servizz fl-ebda Stat Membru ta’ konsum taħt dik l-iskema speċjali jew ma tkun għamlet l-ebda trasferiment ta’ merkanzija proprja taħt l-iskema ta’ trasferiment ta’ merkanzija proprja matul perjodu tad-dikjarazzjoni u ma jkollha l-ebda korrezzjoni x’tagħmel fir-rigward ta’ dikjarazzjonijiet tal-VAT preċedenti, il-persuna taxxabbli, jew l-intermedjarju li jaġixxi f’isimha għandu jissottometti dikjarazzjoni tal-VAT li tindika li ma saret l-ebda provvista jew trasferiment matul dak il-perjodu (dikjarazzjoni tal-VAT żero).” |
|
(24) |
l-Artikolu 60a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 60a L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jfakkar, b’mezzi elettroniċi, lill-persuni taxxabbli, jew lill-intermedjarji li jaġixxu f’isimhom, li jkunu naqsu milli jissottomettu dikjarazzjoni tal-VAT skont l-Artikolu 364, 369f, 369s jew 369xf tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-obbligu tagħhom li jissottomettu din id-dikjarazzjoni tal-VAT. L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu joħroġ it-tfakkira fl-għaxar jum wara dak li fih kellha tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni, u għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra b’mezzi elettroniċi li tkun inħarġet tfakkira. Kwalunkwe tfakkira u pass sussegwenti meħuda biex tiġi vvalutata u miġbura l-VAT għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-Istat Membru tal-konsum ikkonċernat jew tal-Istati Membri li minnhom u lilhom tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata l-merkanzija. Minkejja kwalunkwe tfakkira maħruġa u kwalunkwe pass meħud minn Stat Membru tal-konsum jew minn Stati Membri li minnhom u lilhom tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata l-merkanzija, il-persuna taxxabbli jew l-intermedjarju li jaġixxi f’isimha għandu jissottometti d-dikjarazzjoni tal-VAT lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni.” |
|
(25) |
l-Artikolu 61 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 61 1. Il-bidliet fiċ-ċifri li jinsabu f’dikjarazzjoni tal-VAT relatata mal-perjodi sat-tieni perjodu ta’ dikjarazzjoni fl-2021, b’dan inkluż, għandhom, wara s-sottomissjoni ta’ dik id-dikjarazzjoni tal-VAT, isiru biss permezz ta’ emendi għal dik id-dikjarazzjoni tal-VAT u mhux permezz ta’ aġġustamenti f’dikjarazzjoni tal-VAT sussegwenti. Il-bidliet fiċ-ċifri li jinsabu f’dikjarazzjoni tal-VAT relatata ma’ perjodi mit-tielet perjodu ta’ dikjarazzjoni fl-2021 għandhom, sad-data li fiha d-dikjarazzjoni tal-VAT hija meħtieġa li tiġi sottomessa f’konformità mad-Direttiva 2006/112/KE, għandhom jiġu inklużi f’dik id-dikjarazzjoni tal-VAT. Il-bidliet fiċ-ċifri li jinsabu f’dikjarazzjoni tal-VAT relatata ma’ perjodi mit-tielet perjodu ta’ dikjarazzjoni fl-2021 għandhom, wara d-data li fiha d-dikjarazzjoni tal-VAT kienet meħtieġa li tiġi sottomessa f’konformità mad-Direttiva 2006/112/KE, isiru biss permezz ta’ aġġustamenti f’dikjarazzjoni tal-VAT sussegwenti. 2. L-emendi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppreżentati b’mod elettroniku lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni fi żmien tliet snin mid-data li fiha kien meħtieġ li tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni tal-VAT inizjali. Madankollu, ir-regoli tal-Istat Membru tal-konsum jew tal-Istati Membri li minnhom u fihom tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata l-merkanzija, dwar valutazzjonijiet u emendi għandhom jibqgħu mhux affettwati.” |
|
(26) |
l-Artikolu 61a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 61a 1. Persuna taxxabbli jew intermedjarju li jaġixxi f’isimha għandhom jissottomettu d-dikjarazzjoni finali tal-VAT u kwalunkwe sottomissjoni tard ta’ dikjarazzjonijiet tal-VAT preċedenti, u l-pagamenti korrispondenti, fejn rilevanti, lill-Istat Membru li kien l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni fiż-żmien tal-waqfien, tal-esklużjoni jew tal-bidla meta dik il-persuna taxxabbli:
Kwalunkwe korrezzjoni għad-dikjarazzjoni finali tal-VAT u għad-dikjarazzjonijiet tal-VAT preċedenti li tirriżulta wara s-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni finali tal-VAT għandha titwettaq direttament għand l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru tal-konsum ikkonċernat jew l-Istati Membri li minnhom u lilhom tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata l-merkanzija. 2. Fir-rigward ta’ kull persuna taxxabbli li f’isimha jkun qed jaġixxi intermedjarju, l-intermedjarju għandu jissottometti d-dikjarazzjonijiet finali tal-VAT u kwalunkwe sottomissjoni tard ta’ dikjarazzjonijiet preċedenti tal-VAT, u l-pagamenti korrispondenti, fejn rilevanti, lill-Istat Membru li kien l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni fiż-żmien tat-tħassir jew tal-bidla meta dak l-intermedjarju:
Kwalunkwe korrezzjoni għad-dikjarazzjoni finali tal-VAT u għad-dikjarazzjonijiet preċedenti tal-VAT li tirriżulta wara s-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni finali tal-VAT għandha titwettaq direttament għand l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru tal-konsum ikkonċernat jew l-Istati Membri li minnhom u lilhom tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata l-merkanzija.” |
|
(27) |
l-Artikolu 63c huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2028.
Madankollu, l-Artikolu 1, il-punti (2) sa (7), għandu japplika mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. DOMAŃSKI
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/112/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2025/516 tal-11 ta’ Marzu 2025 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-regoli tal-VAT għall-era diġitali (ĠU L, 2025/516, 25.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/516/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 77, 23.3.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/282/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/904/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/518/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)