KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA
ippreżentati fid‑19 ta’ Settembru 2018 ( 1 )
Kawża C‑388/17
Konkurrensverket
vs
SJ AB
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (il-Qorti Amministrattiva Suprema, l-Isvezja))
“Domanda preliminari — Kuntratti pubbliċi fis-settur tat-trasport ferrovjarju — Attivitajiet tat-tqegħid għad-dispożizzjoni jew operat ta’ netwerk — Kunċett ta’ netwerk — Għoti ta’ kuntratt ta’ tindif ta’ ferroviji minn impriża ferrovjarja miżmuma kollha kemm hi mill-Istat — Nuqqas ta’ sejħa għal offerti minn qabel”
|
1. |
SJ AB (iktar ’il quddiem, SJ) hija kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata li tipprovdi servizzi ta’ trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija, li hija miżmuma kollha kemm hi mill-Istat Svediż. Fl-2012, hija kkonkludiet żewġ kuntratti ta’ tindif tal-ferroviji tagħha mingħajr ma ssuġġettathom għal sejħa għal offerti pubblika minn qabel, aġir li jitqies mill-Konkurrensverket (l-Awtorità tal-Kompetizzjoni, l-Isvezja) li jmur kontra d-Direttiva 2004/17/KE ( 2 ). |
|
2. |
It-tilwima bejn l-impriża pubblika u l-Awtorità tal-Kompetizzjoni tiffoka fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17. B’mod konkret, il-qorti tar-rinviju, li għandha ssolvi din it-tilwima, tixtieq tiċċara l-kunċetti li jinsabu fl-imsemmi artikolu, li l-interpretazzjoni tiegħu jippermettilha tidentifika jekk impriża pubblika li tipprovdi servizzi ferrovjarji tat-trasport taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. |
|
3. |
F’dan il-kuntest, huma diskussi żewġ kwistjonijiet:
|
I. Il-kuntest ġuridiku
A. Id-dritt tal-Unjoni
1. Id-Direttiva 2004/17
|
4. |
Skont l-Artikolu 2: “1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva: […]
[…] 2. Din id-Direttiva għandha tapplika għal entitajiet kontraenti:
[…]”. |
|
5. |
L-Artikolu 5 jipprovdi li: “1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-provvediment [provvista] jew l-operat ta’ xbieki [netwerks] li jipprovdi servizz lil pubbliku fil-qasam ta’ trasport bil-ferrovija, sistemi automated, bit-trammijiet, trolley bus, karozza tal-linja jew kejbil. Rigward servizzi ta’ trasport, xibka għandha titqies li teżisti [netwerk għandu jitqies li jeżisti] fejn is-servizz provvdut huwa skond kondizzjonijiet ta’ operat preskritti minn awtorita kompetenti ta’ Stat Membru, bħal ma huma kondizzjonijiet fir-rotti li jridu jiġu servuti, il-kapaċita li jsiru disponibbli jew il-frekwenza tas-servizz. […]” |
|
6. |
L-Artikolu 30 jipprovdi: “1. Kuntratti maħsuba biex jgħinu biex attività msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 titwettaq m’għandhomx ikunu suġġetti għal din id-Direttiva jekk, fl-Istat Membru li fih titwettaq, l-attività hija esposta direttament għal kompetizzjoni fuq swieq li għalihom l-aċċess m’huwiex ristrett. […] 5. Meta l-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru konċernat tipprovdi għal dan, l-entitajiet kontraenti jistgħu jistaqsu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-applikabilita ta’ paragrafu 1 għal attività msemmija minn Deċiżjoni f’konformita ma’ paragrafu 6. […] […]” |
2. Id-Direttiva 2012/34/UE ( 3 )
|
7. |
Skont l-Artikolu 1: “1. Din id-Direttiva tistabbilixxi:
2. Din id-Direttiva tapplika għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja għal servizzi ferrovjarji domestiċi u internazzjonali.” |
|
8. |
L-Artikolu 3 jipprevedi: “Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
[…]
[…]
[…]”. |
|
9. |
L-Artikolu 10 jistipula li: “1. L-impriżi ferrovjarji għandhom jingħataw, fuq kundizzjonijiet ekwi, nondiskrimatorji u trasparenti, id-dritt għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja fl-Istati Membri kollha għall-iskop tat-tħaddim tat-tipi kollha ta’ servizzi ferrovjarji għat-trasport tal-merkanzija. Dak id-dritt għandu jinkludi aċċess għall-infrastruttura li tgħaqqad il-portijiet marittimi u tax-xmajjar u faċilitajiet oħra ta’ servizzi msemmija fil-punt 2 tal-Anness II, u l-infrastruttura li taqdi jew li potenzjalment taqdi aktar minn klijent aħħari wieħed. […]” |
|
10. |
Skont l-Artikolu 27: “1. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu, wara li jikkonsulta mal-partijiet interessati, jiżviluppa u jippubblika dikjarazzjoni dwar in-netwerk […] 2. Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tistabbilixxi n-natura tal-infrastruttura disponibbli għall-impriżi ferrovjarji, u tiġbor fiha informazzjoni li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja rilevanti. Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandu jkun fiha wkoll informazzjoni li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-faċilitajiet tas-servizzi konnessi man-netwerk tal-maniġer tal-infrastruttura u għall-forniment tas-servizzi f’dawn il-faċilitajiet jew tindika sit tal-internet fejn tali informazzjoni tkun disponibbli mingħajr ħlas f’format elettroniku. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-netwerk huwa stipulat fl-Anness IV. […]” |
|
11. |
L-Artikolu 44 jipprovdi: “1. L-applikanti jistgħu japplikaw skont il-liġi pubblika jew privata għand il-maniġer tal-infrastruttura biex jitolbu ftehim li jiggarantixxi d-drittijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-ferrovija permezz tal-ħlas ta’ imposta kif previst fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV. […]” |
|
12. |
L-Artikolu 45 jipprovdi: “1. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu, sa fejn possibbli, jissodisfa t-talbiet kollha għall-kapaċità tal-infrastruttura, […]. 2. Il-maniġer tal-infrastruttura jista’ jagħti prijorità lil servizzi speċifiċi fil-proċess ta’ skedar u ta’ koordinazzjoni, imma biss kif stabbilit fl-Artikoli 47 u 49. 3. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkonsulta lill-partijiet interessati dwar l-abbozz tal-iskeda tax-xogħol u jagħtihom għall-inqas xahar żmien biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom. Il-partijiet interessati għandhom jinkludu lil dawk kollha li jkunu talbu l-kapaċità tal-infrastruttura kif ukoll lill-partijiet l-oħrajn li jixtiequ jkollhom l-opportunità li jikkummentaw dwar kif l-iskeda tax-xogħol tista’ taffettwalhom l-abbiltà li jipprokuraw servizzi ferrovjarji waqt il-perjodu tal-iskeda tax-xogħol. […]” |
|
13. |
L-Artikolu 46 jispeċifika: “1. Matul il-proċess tal-iskedar imsemmi fl-Artikolu 45, fejn il-maniġer tal-infrastruttura jiltaqa’ ma’ kunflitti bejn talbiet differenti, għandu jipprova, permezz ta’ koordinazzjoni tat-talbiet, jiżgura li r-rekwiżiti kollha jitqabblu flimkien bl-aħjar mod possibbli. 2. Fejn tinqala’ sitwazzjoni li teħtieġ il-koordinament, il-maniġer tal-infrastruttura għandu d-dritt, f’limiti raġonevoli, li jipproponi kapaċità tal-infrastruttura li tkun differenti minn dik mitluba. […]” |
B. Id-dritt nazzjonali
1. Lagen (2007:1092) om upphandling inom områdena vatten, energi, transporter och posttjänster ( 4 )
|
14. |
Skont il-Kapitolu 2, l-Artikolu 20, kwalunkwe impriża li awtorità kontraenti tista’ teżerċita influwenza dominanti fuqha tikkostitwixxi, b’mod partikolari, entità kontraenti. Huwa mifhum li l-awtorità kontraenti teżerċita influwenza dominanti, diretta jew indiretta, fuq impriża meta jkollha iktar minn nofs l-azzjonijiet tagħha, ikollha l-maġġoranza tal-voti minħabba l-azzjonijiet miżmuma minnha jew simili, jew tista’ taħtar iktar minn nofs il-membri tal-Bord tad-Diretturi jew tal-korp maniġerjali ekwivalenti. |
|
15. |
Skont il-Kapitolu 1, l-Artikolu 8(1), il-liġi hija applikabbli għall-attività ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni jew operat ta’ netwerks pubbliċi fil-modalità ta’ trasport, b’mod partikolari, bil-ferrovija. |
|
16. |
Skont il-Kapitolu 1, l-Artikolu 8(2), huwa stmat li hemm netwerk ta’ servizzi fil-qasam tat-trasport meta s-servizz jiġi pprovdut taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti minn awtorità kompetenti fir-rigward tar-rotot, il-kapaċità disponibbli, il-frekwenza tas-servizz jew kundizzjonijiet simili. |
2. Järnvägslagen (2004:519) ( 5 )
|
17. |
Skont il-Kapitolu 5, l-Artikolu 2, l-impriżi ferrovjarji bbażati fit-territorju ta’ Stat taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Isvizzera jistgħu joperaw u jorganizzaw servizzi fin-netwerk ferrovjarju Svediż. |
|
18. |
Il-Kapitolu 6, l-Artikolu 7 jipprovdi li kwalunkwe entità intitolata sabiex topera jew tipprovdi servizzi fin-netwerk ferrovjarju Svediż tista’ titlob minn maniġer tal-infrastrutturi l-aġġudikazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura fir-rigward tal-mogħdijiet tal-ferrovija fil-kuntest tad-deskrizzjoni tan-netwerk ferrovjarju. |
|
19. |
Il-Kapitolu 6, l-Artikoli 1 u 7, u l-Kapitolu 6, l-Artikolu 9, jindirizzaw it-talba għal informazzjoni dwar il-kapaċità tal-infrastruttura, kif ukoll il-ġestjoni u d-deċiżjoni tal-għoti fir-rigward ta’ talbiet għal kapaċità tal-infrastruttura. |
|
20. |
Il-Kapitolu 6, l-Artikolu 9, jindika li l-maniġer tal-infrastrutturi għandu jipprepara skeda tas-servizzi b’risposta għat-talbiet irċevuti. |
|
21. |
Mill-Kapitolu 6, l-Artikolu 10, jirriżulta li l-maniġer tal-infrastrutturi għandu, permezz ta’ koordinazzjoni, jipprova jsolvi kull kunflitt ta’ interessi li jista’ jinqala’ fir-rigward tal-għoti ta’ kapaċitajiet. Meta dan ma jkunx possibbli, il-maniġer tal-infrastrutturi għandu joffri proċedura mgħaġġla għas-soluzzjoni tat-tilwim (il-Kapitolu 6, l-Artikolu 12). |
|
22. |
Il-Kapitolu 6, l-Artikoli 14 u 15, jittratta l-kriterji ta’ prijorità stabbiliti fid-deskrizzjoni tan-netwerk ferrovjarju. |
II. Il-fatti tal-kawża u d-domanda preliminari
|
23. |
F’Jannar tal‑2012, SJ ikkonkludiet żewġ kuntratti għall-għoti tas-servizzi ta’ tindif tal-ferroviji tagħha (għal valur ta’ 56 u 60 miljun krona Svediża rispettivament) mingħajr ma ssottomettiethom għal sejħa għal offerti pubblika. |
|
24. |
F’Jannar tal‑2013, l-Awtorità tal-Kompetizzjoni ressqet talba quddiem il-Förvaltningsrätten i Stockholm (il-Qorti Amministrattiva sedenti fi Stokkolma, l-Isvezja), fejn talbet li tiġi imposta multa fuq SJ, minħabba li qieset li din l-impriża twettaq attività inkluża fil-Kapitolu 1, l-Artikolu 8, tal-Liġi dwar l-Għoti ta’ Kuntratti. SJ ikkontestat it-talbiet tar-rikorrenti, li ġew miċħuda. |
|
25. |
L-Awtorità tal-Kompetizzjoni ppreżentat appell kontra s-sentenza tal-ewwel istanza quddiem il-Kammarrätten i Stockholm (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Stokkolma, l-Isvezja), li ġie miċħud ukoll. |
|
26. |
Minħabba l-appell tas-sentenza tal-qorti tal-appell quddiem il-Högsta förvaltningsdomstolen (il-Qorti Amministrattiva Suprema, l-Isvezja), din il-qorti tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja:
|
III. Sunt tal-osservazzjonijiet tal-partijiet
A. Dwar l-ewwel domanda preliminari
|
27. |
Għall-Awtorità tal-Kompetizzjoni, peress li d-Direttiva 2004/17 ma tipprovdix definizzjoni ta’ “netwerk” ta’ servizz tat-trasport u lanqas ta’ “tqegħid għad-dispożizzjoni jew operat ta’ netwerk”, is-sinjifikat u l-portata ta’ dawn it-termini huma dawk li jikkorrispondu għat-tifsira normali tagħhom fil-lingwaġġ kurrenti, skont il-kuntest li fih jintużaw u l-għanijiet imfittxija. |
|
28. |
L-Awtorità tal-Kompetizzjoni tinnota r-riskju li l-entitajiet kontraenti pubbliċi, taħt l-influwenza tal-Istati, ikollhom tendenza li jiffavorixxu impriżi nazzjonali, bi ksur tar-regoli tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu u l-protezzjoni tal-kompetizzjoni. Il-proċeduri tas-sejħa għal offerti stipulati fid-Direttiva 2004/17 għandhom it-tendenza li jinnewtralizzaw dan il-perikolu. Fl-assenza ta’ tali previżjoni, it-tnaqqis fil-kompetizzjoni, li jirriżulta mil-limiti inerenti fil-kapaċità tan-netwerk, jippermetti li l-entitajiet kontraenti jinsew il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi fl-għoti ta’ kuntratt, sabiex jiffukaw fuq kriterji ta’ preferenza nazzjonali. |
|
29. |
Hija targumenta li d-Direttiva 2012/34 tirregola l-aċċess tal-impriżi ferrovjarji (bħal SJ) għal netwerk tekniku ta’ kapaċità limitata. Il-maniġer tal-infrastruttura, meta jalloka l-mogħdijiet ferrovjarji ta’ dan in-netwerk, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet relatati, inter alia, mar-rotot, għall-kapaċità tat-trasport disponibbli jew għall-frekwenza tas-servizz. Iċ-ċirkustanza li l-operatur tan-netwerk għandu jagħmel sforz sabiex jissodisfa t-talbiet tal-impriżi ferrovjarji ma tbiddilx il-limitazzjonijiet tal-kapaċità ta’ dan in-netwerk. |
|
30. |
L-Awtorità tal-Kompetizzjoni tirrikonoxxi li l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17 jippermetti li din ma tibqax tapplika meta l-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jkunu direttament suġġetti għal kompetizzjoni, fi swieq li l-aċċess għalihom ma huwiex ristrett. Din il-possibbiltà teħtieġ, madankollu, deċiżjoni mill-Kummissjoni, wara l-ipproċessar tal-proċedura korrispondenti, li ma jseħħx hawnhekk. |
|
31. |
SJ tenfasizza li, għall-kuntrarju ta’ Stati oħrajn li fihom it-trasport ferrovjarju jkollu sitwazzjoni ta’ monopolju, fl-Isvezja dan huwa liberalizzat għal kollox u jopera taħt sistema ta’ kompetizzjoni ugwali. |
|
32. |
SJ tiddikjara li, minkejja li hija kumpannija li l-kapital kollu tagħha huwa miżmum mill-Istat Svediż, ma tgawdi ebda finanzjament jew vantaġġi oħrajn tal-Istat. Id-dħul tagħha jiġi mill-bejgħ tal-biljetti u ma tgawdi ebda preferenza fl-allokazzjoni tal-mogħdijiet ferrovjarji. |
|
33. |
SJ temmen li t-tieni subpragrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 għandu jkun suġġett għal interpretazzjoni restrittiva, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ( 6 ). Ma huwiex biżżejjed li entità tkun suġġetta għal influwenza dominanti, kif jidher fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2004/17. Huwa meħtieġ li l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 jiġu stabbiliti b’mod unilaterali minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru, li jaffettwaw immedjatament u essenzjalment lill-utent potenzjali, billi jinfluwenzaw b’mod dirett u konkret il-forma ta’ provvista tas-servizz tat-trasport bil-ferrovija mill-impriża ferrovjarja. |
|
34. |
SJ iżżid li kemm hija kif ukoll il-kumpanniji ferrovjarji l-oħrajn li joperaw fl-Isvezja jiddeterminaw huma stess, skont kriterji kummerċjali, ir-rotot, il-ferroviji li jużaw, l-iskedi, in-numru ta’ vjaġġi, il-waqfiet u l-prezzijiet tal-biljetti. L-operatur tal-infrastrutturi għandu biss dawk il-poteri rrikonoxxuti lilu mid-Direttiva 2012/34 u l-missjonijiet tiegħu huma limitati għall-garanzija tal-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja f’termini ugwali, iżda mhux għar-regolazzjoni tal-kundizzjonijiet konkreti tas-servizzi tat-trasport tal-kumpanniji ferrovjarji. |
|
35. |
Skont il-Kummissjoni, ir-redazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 kienet maħsuba sabiex turi kunċett wiesa’ ta’ netwerk. Dan jista’ jeżisti mhux biss meta jkun hemm infrastruttura fiżika (fil-każ tal-linji ferrovjarji għall-ferroviji jew it-trammijiet), iżda wkoll fl-assenza tagħha, sakemm ikun netwerk ta’ linji konnessi u użati mill-vetturi skont il-kundizzjonijiet imposti mill-awtoritajiet ( 7 ). |
|
36. |
Il-Kummissjoni tiċċita d-Direttiva 2012/34 bħala l-istrument li, apparti li jiddefinixxi l-atturi involuti fit-traffiku ferrovjarju, jagħmilha possibbli li jiġi żgurat li l-impriżi ferrovjarji jkollhom aċċess trasparenti u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura. Hija tinnota partikolarment li t-taqsima 3 tal-Kapitolu IV, li tittratta l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura, tiddeskrivi l-mod li bih għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet bħal dawk previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17. |
|
37. |
Skont il-Kummissjoni, peress li Trafikverket (l-Awtorità tat-Trasport, l-Isvezja) tapprova d-dikjarazzjoni fuq in-netwerk, hija tiddeċiedi dwar l-għoti tal-mogħdijiet, tiddetermina l-iskeda tas-servizz u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet relatati mal-użu tal-infrastruttura ferrovjarja. Il-fatt li l-Awtorità għandha, sa fejn huwa possibbli, tilqa’ t-talbiet tal-petizzjonanti ma jostakolax dak li ntqal hawn fuq. |
B. Dwar it-tieni domanda preliminari
|
38. |
L-Awtorità tal-Kompetizzjoni tqis li jeżisti netwerk ta’ servizzi tat-trasport fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 meta l-moviment tal-ferroviji jippresupponi aċċess għal netwerk tekniku ta’ kapaċità limitata. Il-kunċett ta’ “operat” jindika l-eżekuzzjoni nnifisha tat-traffiku fin-netwerk ferrovjarju ( 8 ). |
|
39. |
SJ issostni li ma hijiex responsabbli għall-infrastruttura ferrovjarja u li l-attività tagħha hija limitata sabiex tipprovdi lill-pubbliku s-servizzi ta’ trasport li jitwettqu fuq din l-infrastruttura. Għaldaqstant, ma hijiex involuta fit-tqegħid għad-dispożizzjoni jew fl-operat tan-netwerk ferrovjarju Svediż, u għalhekk l-attivitajiet tagħha ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17. |
|
40. |
Il-Kummissjoni tenfasizza li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) jagħmel distinzjoni bejn it-tqegħid għad-dispożizzjoni u l-operat tan-netwerks. La l-ewwel Direttiva dwar l-għoti ta’ kuntratti (id-Direttiva 90/531/KEE) ( 9 ) u lanqas id-Direttiva 93/38/KEE ( 10 ) ma rreferew għat-“tqegħid għad-dispożizzjoni”. Id-Direttiva 2004/17 kienet dik li għamlet dan ir-riferiment, bil-għan li tkopri l-ġestjoni tan-netwerk fiżiku u tiddetermina ż-żewġ attivitajiet, li normalment huma attribwiti lil operaturi differenti, filwaqt li tiżgura li t-tnejn li huma jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva. |
|
41. |
Għall-Kummissjoni, l-“operat tan-netwerks” tkopri l-provvista effettiva tat-trasport bil-ferrovija, filwaqt li t-“tqegħid għad-dispożizzjoni” tirreferi għall-possibbiltà ta’ aċċess għan-netwerk sabiex jiġi użat minn terz. |
IV. Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
|
42. |
Il-digriet tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari ġie rreġistrat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fid‑29 ta’ Ġunju 2017. |
|
43. |
Ġew sottomessi osservazzjonijiet bil-miktub mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni, SJ u l-Kummissjoni Ewropea, li dehru fis-seduta li nammet fit‑13 ta’ Ġunju 2018. |
V. L-evalwazzjoni
|
44. |
Kemm il-partijiet fil-kawża kif ukoll il-qorti tar-rinviju jirreferu għad-Direttiva 2012/34 sabiex issir delimitazzjoni tat-tilwima u jiġi ddeċifrat is-sinjifikat tal-espressjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17. |
|
45. |
Jiena naħseb li dan huwa approċċ xieraq. Madankollu, bħala tali, id-Direttiva 2012/34 tal‑21 ta’ Novembru ma hijiex applikabbli ratione temporis għal kuntratti bħal dawk li huma s-suġġett ta’ din il-kawża, iffirmati f’Jannar tal-istess sena. L-oġġezzjoni tiġi megħluba minħabba l-fatt li d-Direttiva 2012/34 kienet intiża sabiex “jiġu riformulati u magħquda f’att wieħed fl-interess taċ-ċarezza” ( 11 ) direttivi preċedenti oħrajn, li kienu fis-seħħ meta dawk il-kuntratti ġew iffirmati. |
|
46. |
Barra minn hekk, ma huwiex ikkontestat li SJ hija impriża ferrovjarja, kif iddefinita fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2012/34, u lanqas li, bħala kumpannija li l-kapital kollu tagħha huwa miżmum mill-Istat, tista’ tkun entità kontraenti [b’mod konkret, impriża pubblika, fis-sens tal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2004/17]. |
|
47. |
Madankollu, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar jekk l-attività ta’ SJ tistax taqa’ fil-qafas tad-deskrizzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17. Huwa biss f’każ ta’ risposta affermattiva li din id-direttiva tkun applikabbli, peress li l-Artikolu 2(2)(a) tagħha jeħtieġ li l-entitajiet kontraenti jwettqu xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 3 sa 7 tagħha. |
A. Dwar l-ewwel domanda preliminari
|
48. |
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 jorbot il-kunċett ta’ netwerk tat-trasport (“xibka [netwerk] għandha titqies li teżisti”) mal-provvista ta’ “servizz provvdut […] skond kondizzjonijiet ta’ operat preskritti minn awtorita kompetenti ta’ Stat Membru, bħal ma huma kondizzjonijiet fir-rotti li jridu jiġu servuti, il-kapaċita li jsiru disponibbli jew il-frekwenza tas-servizz”. |
|
49. |
Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tfittex li tiċċara jekk, permezz tal-eżerċizzju tas-setgħat tagħha, il-maniġer tal-infrastrutturi ferrovjarji, li huwa responsabbli għall-allokazzjoni ta’ mogħdijiet ferrovjarji, jimponix, fil-verità, kundizzjonijiet fuq l-impriżi ferrovjarji li jistgħu jaffettwaw aspetti bħar-rotot, il-kapaċità tat-trasport disponibbli jew il-frekwenza tas-servizz. |
|
50. |
Id-domanda tirreferi għal kuntest li fih l-impriżi ferrovjarji, kemm jekk pubbliċi jew privati, jipprovdu servizzi tat-trasport b’manjiera kummerċjali ( 12 ), iżda ma humiex huma stess maniġers tan-netwerk ferrovjarju. Għalhekk, għandu jiġi analizzat l-ewwel xi tfisser netwerk, u mbagħad jiġi eżaminat kif japplika għal din il-kawża ( 13 ). |
1. Il-ġestjoni tan-netwerk u l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura
|
51. |
Id-Direttiva 2012/34 tinkludi r-regoli applikabbli għall-amministrazzjoni tal-infrastrutturi ferrovjarji, minn naħa, u l-attivitajiet tal-impriżi ferrovjarji, min-naħa l-oħra. Dawn ir-regoli tal-aħħar jinkludu dawk li jirregolaw is-sistema legali tal-liċenzjar u l-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali lil dawk l-impriżi, li għandhom iħallsu tariffi sabiex jużawha. |
|
52. |
L-infrastrutturi ferrovjarji għandhom, naturalment, kapaċità limitata ( 14 ) minħabba li huma “monopolju naturali” ( 15 ) li l-użu tagħha ma għandux għalfejn jiġi mmultiplikat. Id-Direttiva 2012/34 pjuttost milli tipprovdi definizzjoni għalihom, tippreferi tiddeskrivi l-elementi li jikkomponuha, elenkati fid-dettall fl-Anness I tagħha ( 16 ). Il-kunċett ta’ netwerk huwa marbut ma’ dawn l-infrastrutturi: in-netwerk ferrovjarju huwa “l-infrastruttura ferrovjarja sħiħa mmaniġġjata minn maniġer tal-infrastruttura” ( 17 ). |
|
53. |
L-infrastruttura ferrovjarja (li hija marbuta mal-kunċett ta’ mogħdija) ( 18 ) hija ġestita mill-maniġer tagħha, li huwa responsabbli mill-operat, il-manutenzjoni u t-tiġdid tagħha. Dawk li qabel kisbu l-liċenzja li tikkwalifikahom bħala impriżi ferrovjarji għandhom jitolbu r-rikonoxximent tad-dritt li jużaw ċerta kapaċità ta’ dik l-infrastruttura. |
|
54. |
Il-proċess ta’ allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura ferrovjarja huwa ppreċedut mill-hekk imsejħa “dikjarazzjoni dwar in-netwerk”, li fiha l-maniġer tal-infrastruttura jistabbilixxi fid-dettall ir-regoli ġenerali, it-termini, il-proċeduri u l-kriterji li jirregolaw dan l-għoti. Id-Direttiva 2012/34 tħalli f’idejn dan il-maniġer sabiex jadotta varjetà wiesgħa ta’ karatteristiċi f’dan ir-rigward ( 19 ). |
|
55. |
Il-prinċipju bażiku huwa li l-maniġer tal-infrastruttura għandu, sa fejn possibbli, jissodisfa t-talbiet kollha ta’ kapaċità tal-infrastruttura li jirċievi. Jekk dan ma jkunx fattibbli, għandu japplika kriterji oħrajn għall-għoti ( 20 ). Huwa għandu wkoll ifassal l-abbozz tal-iskeda tas-servizz u jikkomunikah lill-partijiet interessati, sabiex dawn jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom. |
|
56. |
Id-deċiżjonijiet kollha ( 21 ) dwar l-allokazzjonijiet ta’ kapaċità ta’ infrastruttura jippermettu li tingħalaq l-iskeda tas-servizz, permezz tal-ippjanar tal-movimenti ferrovjarji u tar-rolling stock fl-infrastruttura, matul il-perijodu li fih din l-iskeda tkun fis-seħħ. L-Anness VII, punt 2, tad-Direttiva 2012/34 jikkontempla l-kontinġenza ta’ bidliet jew aġġustamenti tal-iskeda tas-servizz, li jagħti idea tal-flessibbiltà u l-adattabbiltà tagħha għal ċirkustanzi li jinbidlu. |
2. Applikabbiltà għall-każ inkwistjoni
|
57. |
Kif diġà pprovdejt, SJ issostni li, fl-Isvezja, il-kumpanniji ferrovjarji jiddeterminaw it-traġitti li ser jagħmlu l-ferroviji tagħhom, l-iskedi tagħhom, in-numru ta’ vjaġġi, kif ukoll il-postijiet ta’ waqfien. Hija tirraġuna li jekk din il-kapaċità hija meqjusa bħala ristretta, dan huwa sempliċement minħabba l-limitazzjoni tal-kapaċità fiżika tal-infrastruttura, iżda mhux minħabba li l-maniġer tal-infrastruttura huwa mogħti s-setgħa li jiddetermina unilateralment kif jitmexxa l-operat tas-servizz tal-impriżi ferrovjarji. |
|
58. |
Fl-opinjoni tiegħi, ir-raġunament ta’ SJ ma huwiex konvinċenti. Il-maniġer tal-infrastruttura jopera fuq realtà li tipprovdi possibbiltajiet ristretti (b’mod ġeografiku u fir-rigward tal-ħin) sabiex jissodisfa t-talbiet tal-impriżi petizzjonanti. Peress li t-traġitti huma limitati għal dawk li jsiru mil-linji ferrovjarji u jiddependu fuq l-effiċjenza tal-faċilitajiet tas-servizz, l-amministratur għandu neċessarjament jikkoordina l-provvista tas-servizz tat-trasport għall-impriżi ferrovjarji kollha. Dan iseħħ ukoll fin-netwerk tal-istat Svediż. |
|
59. |
Fil-fatt, il-libertà tal-impriżi tat-trasport ferrovjarji, bħal SJ, sabiex joffru lill-pubbliku t-traġitti li jippreferu u l-iskedi tal-ferroviji li jaqblilhom l-iktar hija kompatibbli mal-fatt li dawn l-offerti jkunu suġġetti għad-deċiżjonijiet tal-koordinazzjoni tal-maniġer tal-infrastrutturi. Dan tal-aħħar huwa dak li, finalment, “jistabbilixxi” (anki jekk ikun bi qbil mat-talbiet mill-impriżi) dawk imsejħa “kundizzjonijiet operattivi” tas-servizz. |
|
60. |
Fid-Direttiva 2012/34 hemm bosta każijiet fejn il-maniġer tal-infrastrutturi jingħata setgħat li jaffettwaw dawk il-kundizzjonijiet. Id-definizzjonijiet tal-Artikolu 3 ta’ “rotta alternattiva”, “alternattiva vijabbli” jew “infrastruttura kkonġestjonata” huma riflessi iktar tard fir-regolament, li jipprevedi li l-maniġer tal-infrastruttura jista’ — u għandu — jintervjeni fl-istabbiliment tat-termini tal-użu tan-netwerk ferrovjarju, kemm fir-rigward ta’ “il-kapaċità ta’ trasport disponibbli”, ir-“rotot” jew il-“frekwenza tas-servizz”, sabiex tiġi evitata duplikazzjoni jew konġestjoni ( 22 ). |
|
61. |
Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk, li għandu jippubblika l-maniġer tal-infrastruttura, tippermettilu wkoll jibdel elementi li ma jistgħux jiġu ddeterminati a priori. Huwa jista’ wkoll jagħti kapaċitajiet li huma differenti minn dawk mitluba, li juri li l-marġni ta’ deċiżjoni tal-impriżi li jipprovdu t-trasport ferrovjarju huwa limitat minn possibbiltajiet definiti inerenti fir-riżorsi limitati disponibbli, li għandu jamministra l-maniġer tal-infrastrutturi. |
|
62. |
Finalment, hija ammissibbli l-impożizzjoni ta’ obbligi tas-servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, li jista’ jkollha impatt ikbar fuq il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-infrastruttura. Id-Direttiva 2012/34 tipprovdi għall-koeżistenza fin-netwerks ferrovjarji kollha tal-Istati Membri, ta’ provvista ta’ servizzi ta’ aċċess miftuħ u ta’ servizzi suġġetti għal kuntratti ta’ servizz pubbliku, bil-possibbiltà li jiġu stabbiliti kriterji ta’ prijorità fil-każijiet ta’ infrastruttura kkonġestjonata ( 23 ). |
|
63. |
Fil-qosor, il-ħtieġa li jiġu amministrati u mqassma riżorsi ferrovjarji limitati tfisser li l-maniġer tal-infrastrutturi għandu jkollu s-setgħa li jimponi fuq l-impriżi li jużawh kundizzjonijiet ta’ provvista tas-servizzi tiegħu li jaffettwaw il-kapaċità disponibbli, fuq ir-rotot u l-frekwenza ta’ dawk is-servizzi. Dan huwa preċiżament dak li huwa meħtieġ skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 sabiex jitqies li jeżisti netwerk ta’ trasport. |
B. Fuq it-tieni domanda preliminari
|
64. |
Il-qorti tar-rinviju tixtieq tiċċara s-sinjifikat tal-espressjonijiet “provvediment [provvista] jew operat ta’ xbieki [netwerks]” użati fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17. B’mod konkret, hija tixtieq tkun taf jekk, fil-provvista tas-servizz tat-trasport bil-ferrovija, l-attività tal-impriżi ferrovjarji taqax taħt xi wieħed minn dawn iż-żewġ kunċetti. |
|
65. |
L-inċertezzi huma kkonċentrati fuq l-“operat ta’ xbieki [netwerks]”. Jidher li hemm qbil li l-“provvediment [provvista] ta’ xbieki [netwerks]” huwa prerogattiva tal-maniġer tal-infrastrutturi u mhux tal-impriżi tat-trasport. Għalhekk ser niffoka fuq l-interpretazzjoni tal-kelma “operat”. |
|
66. |
Il-proposta tal-Kummissjoni tissuġġerixxi b’mod ċar li “provvediment [provvista]” tikkorrispondi għall-funzjonijiet tal-maniġer tal-infrastruttura, filwaqt li l-“operat ta’ xbieki [netwerks]” hija l-attività proprja tal-impriżi ferrovjarji. Dan huwa kkorroborat mill-iżviluppi leġiżlattivi li wasslu għall-abbozzar tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17: kuntrarjament għall-artikoli korrelati mad-direttivi dwar l-għoti ta’ kuntratti preċedenti f’setturi speċjali ( 24 ), li tkellmu esklużivament dwar “operat ta’ netwerks”, fl-2004 żiedu l-“provvediment [provvista] [ta’ dawn l-istess netwerks]”. |
|
67. |
Skont il-Kummissjoni, “provvediment [provvista]” ġiet introdotta sabiex tinkludi l-ġestjoni tan-netwerk fiżiku u sabiex tiddefinixxi żewġ attivitajiet differenti: l-“operat ta’ xbieki [netwerks]” tkopri l-operat effettiv tat-trasport ferrovjarju, imwettaq mill-impriżi, filwaqt li “provvediment [provvista]” tirreferi għall-possibbiltà ta’ aċċess għan-netwerk, sabiex jintuża minn terz. |
|
68. |
Madankollu, it-teorija tal-Kummissjoni taffaċċja ostakolu: id-Direttiva 2012/34 tagħmel distinzjoni ċara bejn “forniment ta’ servizzi tat-trasport” minn naħa, u t-“tħaddim tal-infrastruttura” min-naħa l-oħra ( 25 ). Dan tal-aħħar għandu jsir mill-maniġer tal-infrastruttura, filwaqt li l-forniment tas-servizzi tat-trasport isir mill-impriżi liċenzjati għal dan il-għan. |
|
69. |
Id-Direttiva 2012/34, għal darba oħra, tuża l-kunċett ta’ “tħaddim ta’ servizzi ta’ trasport” bil-ferrovija, billi tidentifikaha mal-attività tal-entitajiet li, permezz ta’ liċenzja ta’ impriża ferrovjarja, jipprovdu dawn is-servizzi lill-pubbliku. Iżda, skont it-terminoloġija ta’ din id-direttiva, hemm differenza bejn it-“tħaddim tas-servizz” u t-“tħaddim tal-infrastruttura”. |
|
70. |
It-“tħaddim tal-infrastruttura”, skont id-Direttiva 2012/34 huwa kompitu li jappartjeni b’mod esklużiv lill-maniġer tagħha, li mhux biss jagħmilha għad-dispożizzjoni tal-impriżi li joffru s-servizz tat-trasport, iżda wkoll li jagħmlilha l-manutenzjoni ( 26 ) u jamministraha, bl-użu tan-netwerk għat-twettiq tal-kompiti mogħtija lilu skont l-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva. |
|
71. |
Din l-iskema b’żewġ partijiet diġà kienet inkluża fid-definizzjonijiet li jinsabu fil-verżjoni oriġinali tad-Direttiva 2012/34. Mill-kunċett ta’ “netwerk” ta’ din id-direttiva ( 27 ) jiġi dedott li l-operat tiegħu kien responsabbiltà tal-maniġer tal-infrastrutturi. Ir-regoli sussegwenti komplew fuq l-istess linja:
|
|
72. |
F’dan il-qafas, hemm żewġ għażliet ermenewtiċi. L-ewwel waħda tinvolvi l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 fid-dawl tat-testi leġiżlattivi sussegwenti li jirregolaw, speċifikament, iż-żona ferrovjarja unika (b’mod partikolari, id-Direttiva 2012/34 u l-emendi tagħha). |
|
73. |
Jekk tiġi adottata din il-pożizzjoni, ikun meħtieġ li t-terminu “operat ta’ xbieki [netwerks ferrovjarji]”, li jinsab fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17, jiġi allinjat ma dak ta’ “operazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja” tad-Direttiva 2012/34. L-operat tas-servizz ferrovjarju ma jkunx inkluż fih, jekk jitqies is-sinjifikat iddefinit (issa) fl-Artikolu 3(2b) tad-Direttiva 2012/34, fir-redazzjoni mogħtija mid-Direttiva 2016/2370. Fi kliem ieħor, l-operat tan-netwerk ma jinkludix l-operat tas-servizz ferrovjarju, li jaqa’ taħt il-provvista tas-servizzi tat-trasport mill-impriżi ferrovjarji. |
|
74. |
It-tieni għażla titlob qari awtonomu tal-kunċett ta’ “operat ta’ xbieki [netwerks]” tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17, li ma hijiex affettwata mid-diffikultajiet leġiżlattivi msemmija hawn fuq ( 30 ). Skont din l-interpretazzjoni, ma hemm xejn li jipprekludi li l-impriżi ferrovjarji “joperaw” ukoll in-netwerk, fis-sens li jibbenefikaw minnu, igawdu minnu jew jużawh sabiex iwettqu trasport ferrovjarju. |
|
75. |
Hemm diversi argumenti favur din it-tieni għażla. L-ewwel, dak tal-Kummissjoni dwar l-oriġini tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17, li, permezz tal-introduzzjoni tal-“provvediment [provvista] ta’ xbieki [netwerks]” bħala kunċett differenti mill-operat tiegħu, jidher li jestendi l-qasam semantiku tat-terminu msemmi l-aħħar. |
|
76. |
It-tieni, fir-rigward tal-aspett letterali, bejn it-tifsiriet differenti tat-terminu “operat” hemm dik li tassoċjah mal-azzjoni ta’ teħid ta’ vantaġġ minn ħaġa, waqt l-operat tagħha. L-impriżi li jipprovdu s-servizz ferrovjarju lill-vjaġġaturi “joperaw” in-netwerk li jgħaddu fuqu l-ferroviji tagħhom, jiġifieri, jużawh jew jieħdu vantaġġ minnu sabiex jiksbu l-benefiċċju marbut mal-attività tagħhom ta’ servizz pubbliku. |
|
77. |
It-tielet, jekk jittieħed approċċ sistematiku, ma jkunx jagħmel wisq sens li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 jeskludi mill-applikazzjoni tiegħu, b’mod ġenerali, lill-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ trasport, minħabba li din l-attività ma tiġix meqjusa bħala operat tan-netwerk sabiex, immedjatament wara (paragrafu 2 tal-Artikolu), jiddikjara li ma japplikax “għal entitajiet li jipprovdu servizzi tat-trasport lill-pubbliku li kienu esklużi mill-iskop tad-Direttiva 93/38/KEE skond l-Artikolu 2(4) tiegħu”. Jekk din il-preċiżjoni espressa hija meħtieġa, huwa minħabba li l-bqija tal-impriżi li jwettqu servizzi ta’ trasport, bħala regola, tapplika għalihom id-Direttiva 2004/17. |
|
78. |
Ir-raba’, u l-aħħar, id-Direttiva 2004/17 tinkludi “[i]l-listi mhux mitmuma ta’ entitajiet kontraenti fit-tifsira ta’ din id-Direttiva [li] jinstabu fl-Annessi I sa X” ( 31 ). Barra minn hekk, fl-Anness IV, li jittratta l-entitajiet kontraenti fis-settur tas-servizzi ferrovjarji, huma inklużi l-impriżi pubbliċi tad-diversi Stati Membri li jipprovduhom. B’mod konkret, fir-rigward tal-Isvezja huma kkunsidrati bħala tali, inter alia, “[e]ntitajiet pubbliċi li joperaw servizzi bil-ferrovija f’konformità ma’ järnvägslagen (2004:519) u järnvägsförordningen (2004:526)” ( 32 ). |
|
79. |
L-inklużjoni ta’ dan it-tip ta’ entitajiet (li tappartjeni fihom SJ) fl-Anness IV tad-Direttiva 2004/17 turi li, għal-leġiżlatur tal-Unjoni, l-attività tal-impriżi li jipprovdu servizzi tat-trasport lill-pubbliku bl-użu tan-netwerk ferrovjarju hija inkluża fil-kunċett ta’ operat ta’ dan in-netwerk, fis-sens tal-Artikolu 5(1) tagħha, b’tali mod li fil-każ tal-kundizzjonijiet l-oħrajn, huma jkollhom jirrikorru għall-proċeduri ta’ kuntratt pubbliku previsti fid-Direttiva 2004/17 ( 33 ). |
|
80. |
Fil-qosor, anki jekk jitqies li hemm ċertu nuqqas ta’ koerenza bejn il-kunċetti użati mid-dispożizzjonijiet dwar iż-żona ferrovjarja unika Ewropea (id-Direttiva 2012/34 u r-regoli korrispondenti) u dawk użati fid-Direttiva 2004/17, l-interpretazzjoni tal-espressjoni “operat ta’ xbieki [netwerks]”, li tinsab fl-Artikolu 5(1) ta’ din tal-aħħar, ma hijiex suġġetta għall-kunċetti ddefiniti fl-ewwel dispożizzjonijiet imsemmija. |
|
81. |
Finalment, SJ insistiet li huwa l-fatt li impriża topera għal għanijiet strettament kummerċjali, f’kompetizzjoni ma’ operaturi ferrovjarji oħrajn, li, fl-opinjoni tagħha, jeskludi li din titqies li hija entità kontraenti suġġetta għar-regoli tad-Direttiva 2004/17. |
|
82. |
Id-Direttiva 2004/17 tipprovdi għal din il-kontinġenza fl-Artikolu 30 (“Proċedura biex tiġi stabbilita jekk attività mogħtija hijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni”). Biżżejjed jintqal li, f’din il-kawża, ma jidhirx li din il-proċedura ġiet użata, u għalhekk l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva ma tiġix eżentata. |
VI. Konklużjoni
|
83. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi d-domandi preliminari magħmula mill-Högsta förvaltningsdomstolen (il-Qorti Amministrattiva Suprema, l-Isvezja) kif ġej: “L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/17 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.
( 2 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).
( 3 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU 2012, L 343, p. 32).
( 4 ) Liġi (2007:1092) dwar l-Għoti ta’ Kuntratti fis-Setturi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u s-Servizzi Postali; iktar ’il quddiem, “Liġi dwar l-Għoti ta’ Kuntratti”.
( 5 ) Liġi (2004:519) dwar il-Ferroviji.
( 6 ) Hija tinvoka s-sentenza tal‑10 ta’ April 2008, Ing. Aigner (C‑393/06, EU:C:2008:213), punti 27 u 29.
( 7 ) F’dan is-sens, hija tirreferi għall-Komunikazzjoni tagħha dwar is-sistema Komunitarja għall-akkwist pubbliku fis-setturi esklużi: l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (COM/88/376).
( 8 ) Dan huwa bbażat fuq il-punt 48 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mischo fil-Kawża Concordia Bus Finland (C‑513/99 EU:C:2001:686), li jgħid li “l-operat tan-netwerk tfisser li wieħed iħaddmu hu stess bl-għajnuna, bħala prinċipju, tal-persunal tiegħu stess u tax-xarabanks tiegħu stess”.
( 9 ) Direttiva tal-Kunsill tas‑17 ta’ Settembru 1990 dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU 1990, L 297, p. 1).
( 10 ) Direttiva tal-Kunsill tal‑14 ta’ Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 194).
( 11 ) Premessa 1, in fine.
( 12 ) Il-premessa 5 tad-Direttiva 2012/34 tipprovdi li, “[s]abiex it-trasport tal-ferrovija jkun effiċjenti u kompetittiv ma’ mezzi oħra ta’ trasport, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi ferrovjarji jkollhom l-istatus ta’ operaturi indipendenti li jaħdmu b’kull manjiera kummerċjali u jadattaw ruħhom għall-bżonnijiet tas-suq”.
( 13 ) Għalkemm SJ issemmi l-eżistenza ta’ iktar minn 320 maniġer tal-infrastruttura ferrovjarja fl-Isvezja, għandu jiġi enfasizzat li n-netwerk li huwa s-suġġett ta’ din il-kawża huwa statali. Dan jirriżulta mill-Artikolu 2(9) del förordningen (2010:185) med instruktion för Trafikverket [Regolament (2010:185) ta’ Istruzzjonijiet għall-Amministrazzjoni tat-Trasport fl-Isvezja], li tistipula li, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor, il-maniġer tal-infrastrutturi tan-netwerk ferrovjarju li jappartjeni lill-Istat Svediż hija l-Awtorità tat-Trasport. Din hija l-awtorità kompetenti għall-allokazzjoni tal-infrastruttura fil-kawża prinċipali (il-punt 27 tad-digriet tar-rinviju).
( 14 ) Il-premessa 58 tad-Direttiva 2012/34 tenfasizza dan meta tiddikjara li “[l]-iskemi tal-piżijiet [tariffi] u tal-allokazzjoni tal-kapaċità għandhom iqisu l-effetti ta’ saturazzjoni dejjem tiżdied tal-kapaċità tal-infrastruttura, u fl-aħħar, tal-iskarsezza tal-kapaċità”.
( 15 ) Il-premessa 71 tad-Direttiva 2012/34.
( 16 ) Dawn jinkludu l-bażi fiżika meħtieġa għat-twaqqif tan-netwerk ferrovjarju u s-servizz tiegħu, bħall-artijiet, il-linji tal-ferrovija u l-istruttura nnifisha, pjattaformi għall-passiġġieri u għall-merkanzija, bankini u mogħdijiet tal-mixi, ċnut, protezzjonijiet, strutturi tal-inġinerija (pontijiet jew mini), postijiet fejn il-linji tal-ferroviji jaqsmu ma’ xulxin li jkunu fuq livell wieħed, sovrastrutturi, mezzi ta’ aċċess għall-passiġġieri u l-merkanzija, stallazzjonijiet ta’ sigurtà, senjalar u telekomunikazzjoni fil-linji tal-ferrovija miftuħa, fl-istazzjonijiet u fil-wesgħa tal-ferroviji tal-merkanzija, stallazzjonijiet tad-dwal u impjant għat-trasformazzjoni u t-trasport tal-kurrent tal-elettriku minħabba t-trasport tal-merkanzija permezz tal-ferroviji jew bini użat mid-dipartiment tal-infrastruttura.
( 17 ) L-Artikolu 3(25) tad-Direttiva 2012/34.
( 18 ) Kapaċità tal-infrastruttura tfisser “il-potenzjal li jiġu skedati l-linji tal-ferroviji mitluba għal element tal-infrastruttura għal ċertu perjodu” (l-Artikolu 3(24) u (27)).
( 19 ) Għalhekk, pereżempju, l-istabbiliment ta’ regoli ta’ applikazzjoni ta’ tariffi (l-Artikolu 29(3)), id-definizzjoni tar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfatti mill-kandidati (l-Artikolu 41(2)), l-istabbiliment tal-prinċipji tal-proċedura ta’ koordinazzjoni u ta’ sistema ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim (l-Artikolu 46(4) u (6) jew, fl-aħħar nett, b’rabta mal-infrastruttura kkonġestjonata, il-proċeduri u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti u d-definizzjoni tal-kwota minima tal-użu (l-Artikolu 47(6) u l-Artikolu 52(2)).
( 20 ) Meta jiċċekkja jekk hemmx talbiet li huma inkompatibbli bejniethom, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprova, permezz ta’ koordinazzjoni tat-talbiet magħmulin, l-aħjar allineament bejniethom, u jista’ jipproponi, f’limiti raġonevoli, allokazzjonijiet ta’ kapaċità ta’ infrastruttura differenti minn kif mitlub.
( 21 ) Għalkemm id-direttiva ma tirreferix espliċitament għad-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura, l-adozzjoni tagħhom hija preżunta. L-Artikolu 46(6) jipprovdi għal sistema ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim (mingħajr preġudizzju għall-appell korrispondenti, skont l-Artikolu 56).
( 22 ) Id-Direttiva (UE) 2016/2370 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑14 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Direttiva 2012/34/UE fir-rigward tal-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport domestiku tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja (ĠU 2016, L 352, p. 1), tikkonferma dan il-kriterju. Fil-premessa 28 tagħha tipprovdi li “l-Istati Membri jistgħu jagħmlu kundizzjonijiet speċifiċi għad-dritt ta’ aċċess għall-infrastruttura sabiex jippermettu l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ skeda taż-żmien integrata għal servizzi ferrovjarji domestiċi tal-passiġġieri”.
( 23 ) It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(4) tad-Direttiva 2012/34 jirreferi għar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku. Bl-istess mod, il-premessa 24 tad-Direttiva 2016/2370 tikkonferma d-dritt tal-Istati Membri li jillimitaw id-dritt ta’ aċċess “f’każ li jikkomprometti l-ekwilibriju ekonomiku ta’ dawk il-kuntratti pubbliċi għal servizzi”.
( 24 ) Id-Direttiva 90/531 u d-Direttiva 93/38.
( 25 ) Premessa 6 tad-Direttiva 2012/34. Fl-istess sens, skont il-premessa 26: “għandha ssir distinzjoni bejn il-forniment tas-servizzi tat-trasport u t-tħaddim tal-faċilitajiet tas-servizz”.
( 26 ) Madankollu, l-Artikolu 7(1), jippermetti lill-Istati Membri “jassennjaw lill-impriżi ferrovjarji […] ir-responsabbiltà li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja, per eżempju permezz tal-investiment, il-manutenzjoni u l-iffinanzjar”.
( 27 )
( 28 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat‑12 ta’ Ġunju 2015 dwar il-modalitajiet għall-kalkolu tal-ispiża direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju (ĠU 2015, L 148, p. 17).
( 29 ) L-Artikolu 3(2)b, introdott permezz tad-Direttiva (UE) 2016/2370 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑14 ta’ Diċembru 2016 (ĠU 2016, L 352, p. 1).
( 30 ) Waqt is-seduta, il-Kummissjoni ssostanzjat dan l-argument.
( 31 ) L-Artikolu 8 (“Listi ta’ entitàjiet kontraenti”) tad-Direttiva 2004/17.
( 32 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad‑9 ta’ Diċembru 2008 li temenda l-Annessi għad-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-proċeduri tal-akkwist pubbliku, fir-rigward tal-listi tagħhom tal-entitajiet kontraenti u l-awtoritajiet kontraenti (ĠU 2008, L 349, p. 1).
( 33 ) Għalkemm fis-sentenza tal‑5 ta’ Ottubru 2017, LitSpecMet (C‑567/15, EU:C:2017:736), ma ġietx indirizzata l-problema mqajma hawnhekk, li ma kinitx imsemmija fir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li fil-kundizzjonijiet ta’ dik il-kawża u suġġett għal ċerti riżervi, kienet suġġetta għad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU 2004 L 134, p. 114), l-attività ta’ impriża sussidjarja, miżmuma kollha kemm hi mill-kumpannija ferrovjarja Litwana, li kienet tipprovdilha materjal ferrovjarju essenzjali għat-twettiq tal-attività tagħha ta’ trasport ferrovjarju maħsuba sabiex tissodisfa l-bżonnijiet ta’ interess ġenerali. Fil-konklużjonijiet tiegħi dwar din l-istess kawża (C‑567/15, EU:C:2017:319), ipprovdejt, fir-rigward tal-allegazzjoni ta’ waħda mill-partijiet li invokat l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17, li, “peress li kemm l-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2004/17, kif ukoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18 fihom definizzjoni identika ta’ ‘korpi rregolati bil-liġi pubblika[dritt pubbliku]’ […], huwa possibbli li tingħata risposta għad-domandi tal-Vilniaus apygardos teismas (il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius) mingħajr ma tiġi miċħuda, mill-bidu, l-applikabbiltà ta’ direttiva jew oħra”.