|
3.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 322/39 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Novembru 2013
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-estratt mill-għalla tas-serduq bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2013) 8319)
(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)
(2013/705/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ Frar 2011, il-kumpanija Bioiberica S.A. għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed l-estratt mill-għalla tas-serduq fis-suq bħala ingredjent alimentari ġdid; |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Ottubru 2011 l-entità kompetenti tal-valutazzjoni tal-ikel tar-Renju Unit ħarġet ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali tagħha. F’dak ir-rapport din waslet għall-konklużjoni li l-estratt mill-għalla tas-serduq għall-użu f’ċertu ikel fil-livelli proposti mill-applikant jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(3) |
Fl-10 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta’ valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra. |
|
(4) |
Tqajmu oġġezzjonijiet motivati fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. B’mod partikolari, tqajmu kwistjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet u l-effetti allerġiċi possibbli tal-prodott. |
|
(5) |
Fit-22 ta’ Mejju 2012 il-Kummissjoni kkonsultat mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fejn talbet lill-Qorti biex twettaq valutazzjoni oħra għall-estratt mill-għalla tas-serduq bħala ingredjent tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(6) |
Fil-31 ta’ Mejju 2013 l-Awtorità adottat Opinjoni Xjentifika dwar l-estratt mill-għalla tas-serduq (2), billi konkludiet li huwa sikur fir-rigward tal-użijiet u tal-livelli tal-użu proposti. |
|
(7) |
L-Opinjoni Xjentifika tagħti raġunijiet suffiċjenti biex jiġi stabbilit li l-estratt mill-għalla tas-serduq għall-użijiet u l-livelli tal-użu proposti jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-estratt mill-għalla tas-serduq kif speċifikat fl-Anness I jista’ jiġi kkummerċjalizzat bħala ingredjent għall-użijiet iddefiniti u fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 2
Id-denominazzjoni tal-estratt mill-għalla tas-serduq, awtorizzata b’din id-Deċiżjoni li trid tidher fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent għandha tkun “estratt mill-għalla tas-serduq” jew “estratt mill-għalla tal-kapuċċell”.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bioiberica S.A., Plaça Francesc Macià, 7. 8B, 08029 Barcelona Spain.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(2) EFSA Journal 2013; 11(6):3260.
ANNESS I
SPEĊIFIKAZZJONI TAL-ESTRATT MILL-GĦALLA TAS-SERDUQ
Definizzjoni
L-estratt mill-għalla tas-serduq jinkiseb minn Gallus gallus b’idrolisi enżematiku tal-għalla tas-serduq u permezz ta’ stadji sussegwenti ta’ filtrazzjoni, konċentrazzjoni u preċipitazzjoni. Il-kostitwenti prinċipali tal-estratt mill-għalla tas-serduq huma aċidu ħijaluroniku glikosaminoglikani, sulfat tal-kondrojtin A u sulfat tal-kondrojtin B.
|
Aċidu ħijaluroniku |
60–80 % |
|
Sulfat tal-kondrojtin A |
Mhux aktar minn 5 % |
|
Sulfat tad-dermatan (Sulfat tal-kondrojtin B) |
Mhux aktar minn 25 % |
Deskrizzjoni
Trab igroskopiku abjad jew kważi abjad.
Identifikazzjoni
|
pH |
5,0-8,5 |
Purità
|
Kloruri |
Mhux aktar minn 1 % |
|
Nitroġenu |
Mhux aktar minn 8 % |
|
Telf fit-tnixxif (105 °C għal 6 sigħat) |
Mhux aktar minn 10 % |
|
Merkurju |
Mhux aktar minn 0,1 mg/kg |
|
Arseniku |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
|
Kadmju |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
|
Kromju |
Mhux aktar minn 10 mg/kg |
|
Ċomb |
Mhux aktar minn 0,5 mg/kg |
Kriterji mikrobijoloġiċi
|
Għadd aerobiku totali vijabbli |
Mhux aktar minn 102 cfu/g |
|
Escherichia coli |
Nieqsa fi 1 g |
|
Salmonella spp. |
Nieqsa fi 1 g |
|
Staphylococcus aureus |
Nieqsa fi 1 g |
|
Pseudomonas aeruginosa |
Nieqsa fi 1 g |
ANNESS II
Speċifikazzjoni tal-użijiet tal-estratt mill-għalla tas-serduq
|
Kategorija tal-ikel |
Livell massimu ta’ użu (mg/100 g jew mg/100 ml) |
|
Xarbiet ibbażati fuq il-ħalib |
40 |
|
Xarbiet ibbażati fuq il-ħalib iffermentat |
80 |
|
Prodotti tat-tip jogurt |
65 |
|
Fromage frais |
110 |