<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑557/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0557</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1317">EU:C:2014:1317</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20140605">5.6.2014</DATE> — KAWŻA C‑557/12</P><P>KONE <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Artikolu 101 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens għad-danni kkawżati minn akkordju pprojbit minn dan l-artikolu</KEYWORD><KEYWORD>Danni li jirriżultaw mill-prezz ogħla applikat minn impriża minħabba akkordju pprojbit, li hija ma tipparteċipax fih (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Umbrella pricing<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/>)</KEYWORD><KEYWORD>Rabta kawżali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑557/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20121017">17 ta’ Ottubru 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20121203">3 ta’ Diċembru 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Kone AG,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Otis GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Schindler Aufzüge und Fahrtreppen GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Schindler Liegenschaftsverwaltung GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ThyssenKrupp Aufzüge GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">ÖBB‑Infrastruktur AG,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, E. Juhász, A. Rosas (Relatur), D. Šváby u C. Vajda, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Kone AG, minn H. Wollmann, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Otis GmbH, minn D. Hauck u E. Hold, avukati,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għal Schindler Aufzüge und Fahrtreppen GmbH u Schindler Liegenschaftsverwaltung GmbH, minn A. Traugott u S. Riegler, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal ThyssenKrupp Aufzüge GmbH, minn A Reidlinger, T. Kustor u E. Rittenauer, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal ÖBB‑Infrastruktur AG, minn A. Egger, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn C. Pesendorfer, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Meessen u P. Van Nuffel, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20140130">30 ta’ Jannar 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Kone AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kone<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), Otis GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Otis<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), Schindler Aufzüge und Fahrtreppen GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Schindler Aufzüge und Fahrtreppen<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), Schindler Liegenschaftsverwaltung GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Schindler Liegenschaftsverwaltung<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u ThyssenKrupp Aufzüge GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ThyssenKrupp Aufzüge<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), impriżi li pparteċipaw f’akkordji li jikkonċernaw l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ lifts u eskelejters f’diversi Stati Membri, minn naħa, u ÖBB‑Infrastruktur AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ÖBB‑Infrastruktur<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), sussidjarja ta’ Österreichische Bundesbahnen (Ferroviji Awstrijaċi), min-naħa l-oħra, dwar il-possibbiltà li jintalab kumpens għad-dannu mġarrab minħabba prezzijiet għoljin applikati fl-okkażjoni tal-konklużjoni ta’ kuntratti ma’ impriżi li ma pparteċipawx f’dawn l-akkordji.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1295 tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali Awstrijak (Allgemeines Bürgerliches Gesetzbuch (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>ABGB<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Kull persuna għandha dritt titlob kumpens għal dannu mingħand dak li kkawżalu tali dannu bi ħtija tiegħu; id-dannu jista’ jiġi kkawżat minn ksur ta’ obbligu kuntrattwali jew jista’ ma jkollux rabta ma’ kuntratt.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 1311 tal-ABGB, min ikun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>kiser liġi li tfittex li tevita d-danni fortuwiti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>liġi protettiva<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) għandu jagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Tal-inqas mis-snin 80, Kone, Otis, Schindler Aufzüge und Fahrtreppen, Schindler Liegenschaftsverwaltung u ThyssenKrupp Aufzüge applikaw ftehim, fuq skala kbira u f’diversi Stati Membri, bil-għan li jaqsmu bejniethom is-suq tal-lifts u tal-eskelejters.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20070221">21 ta’ Frar 2007</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea imponiet multa fuq Kone, Otis, Schindler Aufzüge und Fahrtreppen u Schindler Liegenschaftsverwaltung, li l-ammont totali tagħha kien ta’ EUR 992 miljun, minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom f’akkordji li jikkonċernaw l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ lifts u eskelejters fil-Belġju, fil-Ġermanja, fil-Lussemburgu u fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20081008">8 ta’ Ottubru 2008</DATE>, l-Oberster Gerichtshof, li kienet qed taġixxi bħala qorti tal-appell fil-qasam tad-dritt tal-akkordji, ikkonfermat id-digriet tal-<DATE ISO="20071214">14 ta’ Diċembru 2007</DATE>, li permezz tiegħu l-Kartellgericht (Qorti tal-kompetizzjoni) kienet imponiet multi fuq Kone, Otis u Schindler Aufzüge und Fahrtreppen, kif ukoll fuq żewġ kumpanniji oħra. Peress li ThyssenKrupp Aufzüge kienet għażlet li tixhed bil-għan li tibbenefika mill-klemenza, din l-impriża ma intervjenietx fil-proċedura mibdija fil-qasam tad-dritt tal-akkordji.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-akkordju inkwistjoni fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>akkordju inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) kellu l-għan li jiżgura, għall-impriża li ngħatat preferenza, prezz ogħla minn dak li setgħet tapplika f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Huwa ħoloq distorsjoni fis-suq u, b’mod partikolari, fl-iżvilupp tal-prezzijiet meta mqabbel mal-mod kif kienu jiżviluppaw f’tali kundizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-membri ta’ dan l-akkordju pprovaw jiftiehmu fuq iktar minn nofs il-volum kummerċjali tal-installazzjonijiet il-ġodda fit-territorju Awstrijak kollu. Iktar minn nofs il-proġetti kkonċernati ġew allokati bi ftehim bejniethom lil xi wieħed minnhom, b’mod li tal-inqas terz tal-volum tas-suq kien is-suġġett ta’ ftehim. Madwar żewġ terzi tal-proġetti li wasslu għal ftehim twettqu skont kif miftiehem. F’terz tal-każijiet, is-suq ġie allokat lil impriżi terzi (mhux membri tal-akkordju) jew lil membru tal-akkordju li ma kienx osserva l-modalitajiet ta’ allokazzjoni miftiehma billi offra ammont inqas għoli. Ġew ikkonstatati wkoll allokazzjonijiet magħmula bi ftehim fuq bażi bilaterali. Minħabba l-imġiba tal-membri tal-akkordju inkwistjoni, saħansitra matul l-aħħar snin qabel is-sena 2004, ftit li xejn varjaw il-prezzijiet tas-suq u l-ishma mis-suq tal-persuni kkonċernati baqgħu essenzjalment l-istess.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Filwaqt li tinvoka l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>effett ta’ prezz protettiv<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>umbrella effect<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), ÖBB‑Infrastruktur qiegħda titlob lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kumpens għal dannu stmat li jammonta għal EUR 1 839 239.74, li jirriżulta mill-fatt li hija xtrat lifts u eskelejters mingħand impriżi terzi, mhux membri tal-akkordju inkwistjoni, bi prezz ogħla minn dak li kien jiġi ffissat fl-assenza ta’ dan l-akkordju, għar-raġuni li dawn l-impriżi terzi bbenefikaw mill-eżistenza ta’ dan tal-aħħar sabiex jiffissaw il-prezzijiet tagħhom f’livell ogħla.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-qorti tal-ewwel istanza ċaħdet it-talba ta’ ÖBB‑Infrastruktur, iżda l-qorti tal-appell laqgħetha.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Adita mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, l-Oberster Gerichtshof tistaqsi dwar il-kundizzjonijiet li fihom jitqiesu responsabbli l-parteċipanti f’akkordju, fid-dawl tal-Artikolu 101 TFUE u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari tas-sentenzi Courage u Crehan (C‑453/99, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:465">EU:C:2001:465</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); Manfredi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑295/04 sa C‑298/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:461">EU:C:2006:461</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); u Pfleiderer (C‑360/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:389">EU:C:2011:389</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-qrati Awstrijaċi, persuna li titlob li tingħata kumpens għad-danni abbażi tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali għandha tipprova rabta kawżali adegwata u rabta ta’ illegalità, jiġifieri ksur ta’ liġi protettiva, fis-sens tal-Artikolu 1311 tal-ABGB.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li, b’applikazzjoni tal-kunċett ta’ rabta kawżali adegwata, min jikkawża dannu huwa obbligat jikkumpensa l-konsegwenzi kollha, inklużi dawk fortuwiti, li huwa seta’ <HT TYPE="ITALIC">in abstracto</HT> jistenna li jistgħu jseħħu, iżda ma huwiex obbligat jikkumpensa konsegwenzi atipiċi. Skont l-imsemmija ġurisprudenza, meta impriża li ma tkunx parti f’akkordju tibbenefika mill-effett ta’ prezz protettiv, ma jkunx hemm rabta kawżali adegwata bejn l-akkordju u d-dannu li seta’ ġarrab ix-xerrej, billi dan huwa każ ta’ dannu indirett, ta’ effett kollaterali ta’ deċiżjoni indipendenti li persuna li ma tkunx parti fl-akkordju tkun ħadet abbażi tal-kunsiderazzjonijiet tagħha relatati man-negozju. Huwa kkunsidrat li l-effett li tipproduċi fuq kompetitur is-sitwazzjoni tas-suq, kif influwenzata mill-membri<?PAGE NO="4"?> ta’ akkordju, il-konklużjonijiet ekonomiċi li dan il-kompetitur jislet għall-impriża u għall-prodotti tiegħu, u d-deċiżjonijiet relatati man-negozju li huwa sussegwentement jieħu, b’mod partikolari sabiex jiffissa l-prezzijiet, huma ddeterminati fil-parti l-kbira tagħhom minn numru kbir ta’ fatturi, li ma għandhom ebda rabta ma’ dan l-akkordju.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-kwistjoni tal-illegalità, l-Oberster Gerichtshof iddeċidiet li, skont id-duttrina dwar l-għan protettiv tar-regola, il-fatt li jiġi kkawżat dannu lill-proprjetà jirriżulta f’obbligu ta’ kumpens biss fil-każijiet fejn l-illegalità tad-dannu tirriżulta mill-ksur ta’ obbligi kuntrattwali, ta’ drittijiet assoluti jew ta’ liġijiet protettivi. Għalhekk, il-punt determinanti huwa li jsir magħruf jekk ir-regola li kiser l-awtur tad-dannu kellhiex l-għan li tipproteġi l-interessi tal-persuna leża. Dan ma huwiex il-każ fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ prezz protettiv (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>umbrella pricing<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), li ma tinvolvi ebda rabta ta’ illegalità. L-imġiba illegali tal-membri ta’ akkordju tfittex li tkun ta’ preġudizzju għall-persuni li jixtru l-prodotti tagħhom bi prezzijiet artifiċjalment għoljin li huma japplikaw. Id-dannu kkawżat mill-prezz protettiv huwa biss effett kollaterali ta’ deċiżjoni indipendenti li ħadet persuna li ma hijiex parti fl-akkordju abbażi tal-kunsiderazzjonijiet tagħha relatati man-negozju.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tenfasizza li teżisti kontroversja kbira kemm fid-duttrina Ġermaniża kif ukoll f’dik Awstrijaka dwar il-punt jekk, fid-dritt tal-Unjoni, id-dannu li jirriżulta mill-effett ta’ prezz protettiv għandux jagħti lok għal kumpens. Fid-dawl tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni, id-domanda magħmula għandha importanza determinanti, minħabba l-inċertezza li teżisti dwar il-punt jekk ċaħda tad-dritt għal kumpens hijiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ effettività stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberster Gerichtshof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>L-Artikolu 101 TFUE (Artikolu 81 KE, Artikolu 85 TKE) għandu jiġi interpretat fis-sens li kull persuna għandha dritt li titlob lill-membri ta’ akkordju anki li jagħmlu tajjeb għad-danni kkawżati lil persuna li ma hijiex parti mill-akkordju li, minħabba fiż-żieda tal-prezz tas-suq, iżżid il-prezz tal-prodotti tagħha stess b’ammont ikbar minn dak li kienet tagħmel fin-nuqqas ta’ akkordju (umbrella pricing), b’tali mod li l-prinċipju ta’ effettività stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja [...] jirrikjedi l-adozzjoni ta’ deċiżjoni favorevoli fil-kuntest tad-dritt nazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Billi l-Artikoli 85 tat-Trattat KE, 81 KE u 101 TFUE għandhom essenzjalment l-istess kontenut, ser isir riferiment biss għall-Artikolu 101 TFUE, li huwa attwalment fis-seħħ.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 101 TFUE jipprekludix interpretazzjoni u applikazzjoni tad-dritt ta’ Stat Membru, li tikkonsisti fl-esklużjoni b’mod kategoriku, għal raġunijiet ġuridiċi, tar-responsabbiltà ċivili ta’ impriżi li jipparteċipaw f’akkordju, għal danni li jirriżultaw minn prezzijiet li ffissat impriża li ma tipparteċipax f’dan l-akkordju, fid-dawl tal-aġir tal-imsemmi akkordju, f’livell ogħla minn dak li kien jiġi applikat fl-assenza tal-akkordju.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikoli 101(1) TFUE u 102 TFUE jipproduċu effetti diretti fir-relazzjonijiet bejn l-individwi u joħolqu drittijiet għall-partijiet f’kawża li għandhom jitħarsu mill-qrati nazzjonali (ara s-sentenzi BRT u Société belge des auteurs, compositeurs et éditeurs, 127/73, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:25">EU:C:1974:25</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 16; Courage u Crehan, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:465">EU:C:2001:465</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23, u Manfredi <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:461">EU:C:2006:461</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-effikaċja sħiħa tal-Artikolu 101 TFUE u, b’mod partikolari, l-effettività tal-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiegħu jitqiegħdu fid-dubju li kieku ma kienx possibbli għal kull persuna li titlob kumpens għad-dannu kkawżat lilha minn kuntratt jew minn imġiba li tista’ toħloq restrizzjoni jew<?PAGE NO="5"?> distorsjoni tal-kompetizzjoni (sentenzi Courage u Crehan, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:465">EU:C:2001:465</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26; Manfredi <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:461">EU:C:2006:461</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 60; Otis <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑199/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:684">EU:C:2012:684</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41; u Donau Chemie <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑536/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:366">EU:C:2013:366</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kull persuna għandha d-dritt titlob kumpens għad-dannu mġarrab meta teżisti rabta kawżali bejn l-imsemmi dannu u akkordju jew prattika pprojbita mill-Artikolu 101 TFUE (sentenzi Manfredi <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:461">EU:C:2006:461</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 61, u Otis <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:684">EU:C:2012:684</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 43).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Id-dritt ta’ kull persuna li titlob kumpens għal tali dannu fil-fatt isaħħaħ in-natura operattiva tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u huwa tali li jiskoraġġixxi l-ftehimiet jew il-prattiki, ħafna drabi moħbija, li jistgħu joħolqu restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni, u b’hekk jikkontribwixxu għaż-żamma ta’ kompetizzjoni effettiva fl-Unjoni Ewropea (sentenzi Courage u Crehan, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:465">EU:C:2001:465</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27; Manfredi <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:461">EU:C:2006:461</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 91; Pfleiderer, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:389">EU:C:2011:389</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29; Otis <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:684">EU:C:2012:684</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42; u Donau Chemie <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:366">EU:C:2013:366</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jirregola l-modalitajiet ta’ eżerċizzju tad-dritt li jintalab kumpens għad-dannu li jirriżulta minn akkordju jew minn prattika pprojbita mill-Artikolu 101 TFUE, inklużi dawk tal-applikazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>rabta kawżali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, bil-kundizzjoni li jiġu osservati l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività (sentenza Manfredi <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:461">EU:C:2006:461</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 64).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-regoli applikabbli għar-rikorsi intiżi li jiżguraw il-ħarsien tad-drittijiet li għandhom il-partijiet f’kawża bis-saħħa tal-effett dirett tad-dritt tal-Unjoni ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw rikorsi simili ta’ natura interna (prinċipju ta’ ekwivalenza) u ma għandhomx jirrendu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (ara s-sentenzi Courage u Crehan, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:465">EU:C:2001:465</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 29; Manfredi <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:461">EU:C:2006:461</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 62; Pfleiderer, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:389">EU:C:2011:389</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24; u Donau Chemie <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:366">EU:C:2013:366</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, u speċifikament fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, dawn ir-regoli ma għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni effettiva tal-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE (ara s-sentenzi VEBIC, C‑439/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:739">EU:C:2010:739</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 57; Pfleiderer, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:389">EU:C:2011:389</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24; u Donau Chemie <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:366">EU:C:2013:366</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, ÖBB‑Infrastruktur tallega li parti mid-dannu li ġarrbet ġie kkawżat mill-akkordju inkwistjoni, li ppermetta li jinżamm prezz tas-suq f’livell tant għoli li kompetituri li ma humiex membri ta’ dan l-akkordju setgħu jibbenefikaw huma stess minn dan il-prezz tas-suq ogħla minn dak li kien ikun fl-assenza tal-imsemmi akkordju, f’termini ta’ marġni ta’ qligħ jew sempliċement ta’ sopravvivenza, fil-każ li l-istruttura tal-ispejjeż kienet tali li kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni setgħu jkollhom il-konsegwenza li jiġu eliminati mis-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Ma huwiex ikkontestat mill-partijiet ikkonċernati li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li tali fenomenu ta’ prezz protettiv (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>umbrella pricing<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) huwa rrikonoxxut bħala waħda mill-konsegwenzi possibbli ta’ akkordju, f’ċerti ċirkustanzi. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jikkontestaw essenzjalment kemm huwa opportun li d-dritt tal-Unjoni jiġi interpretat fis-sens li jaċċetta t-talbiet għad-danni bbażati fuq l-eżistenza ta’ prezz protettiv (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>umbrella claims<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-prezz tas-suq huwa wieħed mill-elementi prinċipali li impriża tieħu inkunsiderazzjoni meta tiddetermina l-prezz li bih toffri l-prodotti jew is-servizzi tagħha. Meta akkordju jirnexxielu jżomm prezz artifiċjalment għoli għal ċerti prodotti u meta jkunu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet tas-suq li jirrigwardaw, b’mod partikolari, in-natura tal-prodott jew id-daqs tas-suq kopert minn dan l-akkordju, ma jistax jiġi eskluż li l-impriża kompetitriċi, li ma tkunx parti f’dan l-akkordju, tagħżel li tiffissa l-prezz tal-offerta tagħha f’ammont ogħla minn dak li kienet tagħżel f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza tal-imsemmi akkordju. F’kuntest bħal<?PAGE NO="6"?> dan, minkejja li d-determinazzjoni ta’ prezz tal-offerta jitqies li huwa deċiżjoni purament awtonoma, adottata mill-impriża li ma tipparteċipax f’akkordju, għandu jiġi kkonstatat madankollu li din id-deċiżjoni setgħet tittieħed b’riferiment għal prezz tas-suq distort minn dan l-akkordju u li, għaldaqstant, jikser ir-regoli tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, kuntrarjament għal dak li jsostnu Schindler Aufzüge und Fahrtreppen u Schindler Liegenschaftsverwaltung, il-fatt li klijent ta’ impriża li ma tkunx membru ta’ akkordju, iżda li tibbenefika mill-kundizzjonijiet ekonomiċi ta’ prezz protettiv, iġarrab dannu minħabba prezz tal-offerta ogħla minn dak li kien ikun fl-assenza ta’ dan l-akkordju jagħmel parti mill-effetti possibbli tal-imsemmi akkordju, li l-membri tiegħu ma jistgħux jinjoraw.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-dritt Awstrijak jeskludi, b’mod kategoriku, dritt għal kumpens f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minħabba l-fatt li, fl-assenza ta’ rabta kuntrattwali ma’ membru tal-akkordju kkonċernat, ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab u dan l-akkordju titqies li tkun inkisret mid-deċiżjoni awtonoma tal-impriża li ma pparteċipatx fl-imsemmi akkordju, iżda li ffissat prezz protettiv (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>umbrella pricing<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) minħabba l-eżistenza ta’ dan tal-akkordju.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Huwa minnu li, kif tfakkar fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li, bħala prinċipju, għandu jiddetermina r-regoli dwar l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>rabta kawżali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Madankollu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, iċċitata fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li dawn ir-regoli nazzjonali għandhom jiggarantixxu l-effettività sħiħa tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza VEBIC, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:739">EU:C:2010:739</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 63). Għalhekk, dawn ir-regoli għandhom jieħdu speċifikament inkunsiderazzjoni l-għan tal-Artikolu 101 TFUE, li jfittex li jiggarantixxi ż-żamma ta’ kompetizzjoni effettiva u mhux distorta fis-suq intern u, għaldaqstant, prezzijiet iffissati skont is-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni libera. Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, kif tfakkar fil-punt 22 ta’ din is-sentenza, li r-regoli nazzjonali għandhom jagħtu lil kull persuna d-dritt li titlob kumpens għad-dannu mġarrab.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa l-effettività sħiħa tal-Artikolu 101 TFUE titqiegħed fid-dubju jekk id-dritt ta’ kull persuna li titlob kumpens għad-dannu mġarrab jiġi ssuġġettat mid-dritt nazzjonali, b’mod kategoriku u indipendentement miċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ, għall-eżistenza ta’ rabta kawżali diretta filwaqt li dan id-dritt jiġi eskluż minħabba l-fatt li l-persuna kkonċernata kellha rabtiet kuntrattwali mhux ma’ membru tal-akkordju, iżda ma’ impriża li ma pparteċipatx f’dan tal-aħħar, li l-politika tal-prezzijiet tagħha hija madankollu konsegwenza tal-akkordju li kkontribwixxa sabiex tinħoloq distorsjoni tal-mekkaniżmi ta’ formazzjoni tal-prezzijiet li jirregolaw is-swieq kompetittivi.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-vittma ta’ prezz protettiv (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>umbrella pricing<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) tista’ tikseb kumpens għad-dannu mġarrab mingħand il-membri ta’ akkordju, minkejja li ma kellhiex rabtiet kuntrattwali magħhom, meta jiġi pprovat li dan l-akkordju seta’ jkollu l-konsegwenza, skont iċ-ċirkustanzi tal-każ u, b’mod partikolari, l-elementi speċifiċi tas-suq ikkonċernat, li jiġi applikat prezz protettiv minn terzi li jaġixxu b’mod awtonomu, u meta dawn iċ-ċirkustanzi u elementi speċifiċi ma setgħux jiġu injorati mill-membri tal-imsemmi akkordju. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Kone u Otis isostnu li azzjonijiet għall-kumpens għad-dannu mġarrab minħabba prezzijiet għoljin, li huma l-konsegwenza tal-eżistenza ta’ prezz protettiv, jikkostitwixxu talbiet għad-danni punittivi, peress li d-dannu mġarrab minn ÖBB‑Infrastruktur ma kellux bħala korrispettiv arrikkiment tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali. Madankollu, għandu jiġi rrilevat li, skont ir-regoli dwar ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-ammont ta’ dannu li jista’ jiġi kkumpensat ma jiddependix mill-qligħ magħmul minn dak li bi ħtija tiegħu ġie kkawżat dan id-dannu.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-imsemmija rikorrenti jsostnu li tali danni huma ta’ natura li jiddiswadu lill-impriżi kkonċernati milli jgħinu lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jinvestigaw il-każijiet, ħaġa li tmur kontra l-prinċipju ta’ effettività. Madankollu, għandu jitfakkar li l-programm ta’ klemenza huwa programm implementat mill-Kummissjoni, permezz tal-Komunikazzjoni tagħha dwar l-immunità minn multi u t-tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ kartell (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 298, p. 17</REF.DOC.OJ>), li ma għandux saħħa leġiżlattiva u ma huwiex vinkolanti fil-konfront tal-Istati Membri (Pfleiderer, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:389">EU:C:2011:389</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21). Għaldaqstant, dan il-programm ta’ klemenza ma jistax iċaħħad lill-individwi mid-dritt li jiksbu kumpens, quddiem il-qrati nazzjonali, għad-dannu mġarrab minħabba ksur tal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni u applikazzjoni tad-dritt intern ta’ Stat Membru li tikkonsisti fl-esklużjoni b’mod kategoriku, għal raġunijiet ġuridiċi, tar-responsabbiltà ċivili ta’ impriżi li jipparteċipaw f’akkordju, għal danni li jirriżultaw minn prezzijiet li ffissat impriża li ma tipparteċipax f’dan l-akkordju, fid-dawl tal-aġir tal-imsemmi akkordju, f’livell ogħla minn dak li kien jiġi applikat fl-assenza tal-akkordju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni u applikazzjoni tad-dritt intern ta’ Stat Membru li tikkonsisti fl-esklużjoni b’mod kategoriku, għal raġunijiet ġuridiċi, tar-responsabbiltà ċivili ta’ impriżi li jipparteċipaw f’akkordju, għal danni li jirriżultaw minn prezzijiet li ffissat impriża li ma tipparteċipax f’dan l-akkordju, fid-dawl tal-aġir tal-imsemmi akkordju, f’livell ogħla minn dak li kien jiġi applikat fl-assenza tal-akkordju.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>