02017O0038 — MT — 01.04.2022 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
LINJA GWIDA (UE) 2017/2335 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-23 ta' Novembru 2017 dwar il-proċeduri għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2017/38) (ĠU L 333 15.12.2017, p. 66) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
LINJA GWIDA (UE) 2020/381 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-21 ta’ Frar 2020 |
L 69 |
46 |
6.3.2020 |
|
|
LINJA GWIDA (UE) 2021/1829 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-7 ta’ Ottubru 2021 |
L 370 |
5 |
19.10.2021 |
|
LINJA GWIDA (UE) 2017/2335 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-23 ta' Novembru 2017
dwar il-proċeduri għall-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2017/38)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Din il-Linja Gwida tistabbilixxi l-obbligi ta’ rapportar għal BĊNi fir-rigward tat-trażmissjoni lill-BĊE ta’ dejta ta’ kreditu u dejta ta’ referenza tal-kontroparti miġbura skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13). B’mod partikolari, din il-Linja Gwida tistabbilixxi dan li ġej:
obbligi speċifiċi relatati mal-ġbir u t-trażmissjoni ta’ dejta ta’ kreditu u dejta ta’ referenza tal-kontroparti;
il-proċeduri u l-istandards għat-trażmissjoni ta’ dik id-dejta lill-BĊE;
derogi u frekwenza mnaqqsa ta’ rapportar għall-ġbir ta’ dejta ta’ kreditu u ta’ referenza tal-kontroparti mill-BĊNi;
qafas għall-BĊNi biex jipparteċipaw, fuq bażi volontarja, f’arranġamenti għat-trażmissjoni u l-kondiviżjoni ta’ ċerti subsettijiet ta’ dejta ta’ kreditu u dejta ta’ referenza tal-kontroparti relatata, bil-għan li jiġu stabbiliti jew imtejba ċirkwiti ta’ feedback mal-aġenti li jirrapportaw (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ukoll il-“qafas taċ-ċirkwit ta” feedback tal-AnaCredit’);
rekwiżiti ta’ ġestjoni tal-kwalità tad-dejta (DQM) għal BĊNi.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
It-termini użati f'din il-Linja Gwida għandhom l-istess tifsira bħal dawk iddefiniti fir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13).
Għall-finijiet ta' din il-Linja Gwida, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
“dejta ta' kreditu” tfisser mikrodejta dwar il-kreditu u dejta tar-riskju tal-kreditu;
“'fergħa barranija ta' Stat Membru li jirrapporta” jew “fergħa barranija RMS” tfisser fergħa barranija residenti fi Stat Membru li jirrapporta li hija parti legalment dipendenti ta' istituzzjoni ta' kreditu residenti fi Stat Membru ieħor li jirrapporta;
“uffiċju prinċipali ta' impriża” tfisser l-entità legali li tagħha fergħa barranija hija parti legalment dipendenti;
“BĊN domestiku” tfisser il-BĊN tal-Istat Membru li jirrapporta fejn hija residenti l-istituzzjoni ta' kreditu li tagħha fergħa barranija hija parti legalment dipendenti;
“BĊN ospitanti” tfisser il-BĊN tal-Istat Membru li jirrapporta fejn l-aġent li jirrapporta huwa residenti;
“Kodiċi RIAD” tfisser l-identifikatur uniku tal-kontroparti għall-kontropartijiet kollha meta rraportat mill-BĊNi lill-BĊE;
“BĊN kompetenti” tfisser, għall-iskop tad-definizzjoni ta' rwoli u responsabbiltajiet fil-qasam tad-dejta ta' referenza tal-kontroparti, il-BĊN tal-Istat Membru li jirrapporta fejn hija residenti l-kontroparti. Il-BĊE għandu jiġi kkunsidrat bħala l-BĊN kompetenti għal dawk il-kontropartijiet li mhumiex residenti fi Stat Membru li jirrapporta;
“BĊN li joriġina” tfisser, għall-iskop tad-definizzjoni ta' rwoli u responsabbiltajiet fil-qasam tad-dejta ta' referenza tal-kontroparti, il-BĊN tal-Istat Membru li jirrapporta lill-BĊE dejta ta' referenza dwar kontropartijiet residenti fi Stat Membru differenti;
“dejta output” tfisser dejta maħluqa mill-BĊE fl-ambitu ta' dejta ta' kreditu u dejta ta' referenza tal-kontroparti;
“Immaniġġjar tal-Kwalità tad-Dejta” jew “DQM” tfisser li tiġi żgurata, ivverifikata u miżmuma l-kwalità ta' dejta output permezz tal-użu u l-applikazzjoni ta' miri tad-DQM, metriċi tad-DQM u limiti tad-DQM;
“mira tad-DQM” tfisser kriterju ta' referenza għall-valutazzjoni tal-kwalità ta' dejta output;
“metrika tad-DQM” tfisser indikatur statistiku li jkejjel il-livell li fih tkun waslet ċertu mira tad-DQM;
“limitu tad-DQM” tfisser il-livell minimu ta' xogħol ta' verifika li jrid isir sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-qafas tad-DQM għal mira tad-DQM;
“BĊN parteċipi” tfisser BĊN elenkat fl-Anness IV li jkun beda jipparteċipa fil-qafas ta’ ċirkwiti ta’ feedback tal-AnaCredit, mid-data speċifikata f’dak l-Anness;
“BĊN riċeventi” tfisser BĊN parteċipi li jirċievi sett ta’ data taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE skont l-Artikolu 16d;
“sett ta’ data minimu” tfisser is-subsett minimu ta’ data dwar il-kreditu u d-data ta’ referenza tal-kontroparti relatata miġbura skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) mill-BĊNi parteċipi kif identifikat mill-attributi tad-data speċifikati fl-Anness III;
“attribut operazzjonali” tfisser attribut tad-data tas-sett ta’ data taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE li jintuża biss għall-immaniġġjar u t-tħejjija tas-sett ta’ data taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE u taċ-ċirkwiti ta’ feedback mill-BĊNi lill-aġenti li jirrapportaw, u huwa identifikat bħala “attribut operazzjonali” fl-Anness III;
“attribut varjabbli” tfisser attribut tad-data tas-sett ta’ data taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE li ma jinstabx fis-sett ta’ data minimu u li m’huwiex attribut operazzjonali;
“sett ta’ data taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE” tfisser is-subsett massimu ta’ data dwar il-kreditu u d-data ta’ referenza tal-kontroparti relatata, kif identifikata mill-attributi ta’ data speċifikati fl-Anness III, miġbura skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) mill-BĊNi parteċipi jew, għall-finijiet tal-Artikolu 16d(1), mill-BĊNi elenkati fl-Anness IV qabel ma jsiru BĊNi parteċipi;
“trażmissjoni regolari” tfisser it-trażmissjoni regolari ta’ kull xahar mill-BĊE lil BĊN riċeventi, għal skopijiet ta’ ċirkwiti ta’ feedback, tas-sett ta’ data taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE skont l-Artikolu 16d;
“debitur prospettiv” tfisser entità legali jew parti minn entità legali, residenti fi kwalunkwe pajjiż tad-dinja, li japplika għal strument ma’ aġent osservat;
“talba ad-hoc” tfisser talba mingħand BĊN parteċipi lill-BĊE għal data dwar il-kreditu u data ta’ referenza tal-kontroparti relatata għal strumenti relatati ma’ mill-inqas debitur prospettiv wieħed;
“kopja tad-deheb” tfisser il-verżjoni oriġinali uffiċjali tad-data dwar il-kreditu u tad-data ta’ referenza tal-kontroparti li tinġabar skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), u ġġenerata wara verifika mill-BĊE li din id-data tissodisfa l-istandards ta’ kwalità stipulati f’dak ir-Regolament;
“perjodu ta’ produzzjoni” tfisser il-perjodu bejn it-trażmissjoni ta’ dejta mill-BĊNi lill-BĊE skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) u l-għeluq taċ-ċiklu tal-produzzjoni kif indikat fil-kalendarju tar-rapportar kif imsemmi fl-Artikolu 19a.
KAPITOLU II
L-OBBLIGI TA' RAPPORTAR TAL-BĊNi GĦAD-DEJTA TA' KREDITU U D-DEJTA TA' REFERENZA TAL-KONTROPARTI
Artikolu 3
Obbligi ġenerali ta' rapportar tal-BĊNi għal dejta ta' kreditu u dejta ta' referenza tal-kontroparti
Il-BĊNi għandhom jikkompilaw u jirrapportaw lill-BĊE dejta ta' kreditu u dejta ta' referenza tal-kontroparti skont l-iskemi stabbiliti fl-Annessi I sa IV tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), bla ħsara għad-drittijiet tal-BĊNi li jagħtu derogi jew biex jippermettu frekwenza ta' rapportar imnaqqsa skont l-Artikolu 16 ta'dak ir-Regolament.
Artikolu 4
Obbligi ta' rapportar speċifiċi tal-BĊNi, frekwenza u tempestività
Il-BĊNi għandhom jidentifikaw kull attribut ta' dejta ta' kreditu li huwa:
mhux applikabbli: dan ifisser attribut tad-dejta li ma japplikax għall-istrument, il-protezzjoni jew il-kontroparti li jirreferi għalih; jew
mhux meħtieġ: dan ifisser attribut tad-dejta li jew huwa speċifikat espliċitament bħala informazzjoni li mhix meħtieġa li tiġi rrapportata skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), jew li l-BĊN ddeċieda li ma li jiġborx skont dak ir-Regolament.
Artikolu 5
Popolazzjoni attwali li tirrapporta
Il-BĊNi għandhom jidentifikaw u jirrevedu l-popolazzjoni attwali li tirrapporta fuq il-bażi ta':
id-definizzjoni ta' “popolazzjoni attwali li tirrapporta” fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13);
id-derogi mogħtija mill-BĊN skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), meta jitqies l-ammont totali pendenti ta' self lis-setturi kollha kif irrapportat lill-BĊNi għal tmiem Diċembru tas-sena kalendarja skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) ( 1 );
l-informazzjoni pprovduta mill-aġenti li jirrapportaw lill-BĊN dwar kwalunkwe fużjoni, diviżjoni jew organizzazzjoni mill-ġdid li tista' taffettwa t-twettiq tal-obbligi statistiċi tagħhom;
kwalunkwe arranġament magħmul bejn il-BĊNi rilevanti bil-għan li jiġi evitat rapportar doppju għal friegħi barranin skont l-Artikoli 6(3) u 16(3) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13);
kwalunkwe arranġament magħmul bejn il-BĊNi rilevanti għall-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet fir-rigward ta' friegħi barranin RMS skont l-Artikolu 6 ta' din il-Linja Gwida.
Il-BĊNi għandhom jiżguraw li għal kull data ta' referenza tar-rapportar il-kontropartijiet li ġejjin ikunu rreġistrati fir-RIAD:
aġenti li jirrapportaw skont il-punt 8 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), residenti fl-istess Stat Membru li jirrapporta bħall-BĊN;
aġenti osservati li huma friegħi barranin ta' aġenti ta' rapportar kif imsemmi fil-punt (a) skont il-punt 9 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13);
uffiċċju prinċipali ta' impriżi ta' aġenti osservati kif imsemmi fil-punt (b).
Il-BĊNi għandhom jirreġistraw dawn il-kontropartijiet hekk kif jilħqu l-kriterji biex isiru: (i) aġent li jirrapporta, (ii) aġent osservat, jew (iii) uffiċċju prinċipali ta' impriża ta' aġent osservat, u dejjem qabel l-ewwel rapportar tad-data ta' referenza li wara jissodisfaw il-kriterji biex isiru kontropartijiet bħal dawn.
Il-BĊNi għandhom jiżguraw li għal kull data ta' referenza ta' rapportar l-informazzjoni li ġejja tkun irreġistrata fir-RIAD għal kull aġent osservat:
ir-relazzjoni bejn l-aġent osservat u l-entità legali li tagħha l-aġent osservat huwa parti;
id-data ta’ referenza li fuqha d-dejta ta’ kreditu u d-dejta ta’ referenza tal-kontroparti relatata mal-aġenti osservati jiġu rrapportati lill-AnaCredit;
kwalunkwe deroga li tapplika, billi tindika jekk:
ingħatatx deroga skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13);
deroga tkoprix uħud mir-rekwiżiti ta' rapportar jew kollha kemm huma kif definiti fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); jew
ingħatatx deroga lil friegħi barranin bis-saħħa ta' arranġament magħmul bejn il-BĊNi rilevanti biex jiġi evitat rapportar doppju skont l-Artikoli 6(3) u 16(3) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13);
konferma dwar jekk il-BĊN iddeċidiex li ma jiġborx informazzjoni skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13);
konferma dwar jekk japplikax l-obbligu li tiġi rrapportata dejta ta' kreditu fuq bażi trimestrali skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); u
konferma dwar jekk l-aġent osservat għandux jirrapporta d-dejta tar-riskju tal-kontroparti biss fuq bażi trimestrali skont il-Mudell 2 tal-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13).
Artikolu 6
Allokazzjoni ta' responsabbiltajiet għal friegħi barranin RMS
Il-BĊN domestiku u l-BĊN ospitanti involuti fil-ġbir ta' dejta minn fergħa barranija RMS jistgħu jaqblu dwar allokazzjoni differenti ta' responsabbiltajiet għar-rapportar ta' dejta ta' kreditu u dejta ta' referenza tal-kontroparti lill-BĊE li tegħleb l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Anness II għal din il-Linja Gwida, bla ħsara għall-paragrafu 4. Skont kwalunkwe arranġament bħal dan, il-BĊN domestiku jew il-BĊN ospitanti għandhom jinfurmaw lill-BĊE u jirreġistraw fir-RIAD l-informazzjoni li ġejja:
il-BĊN responsabbli għat-trażmissjoni lill-BĊE tal-informazzjoni stabbilita fil-Mudell 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); u
il-BĊN responsabbli għat-trażmissjoni lill-BĊE tal-informazzjoni stabbilita fil-Mudell 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13).
Iż-żewġ BĊNi għandhom jirreġistraw fir-RIAD id-dejta ta' referenza tal-kontroparti korrispondenti.
Jekk ikun hemm arranġament bejn żewġ BĊNi rilevanti skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) li jwassal biex wieħed biss minnhom jiġbor u jittrażmetti d-data kollha (Mudelli 1 u 2) minn fergħa barranija ta’ RMS lill-BĊE, allura:
il-BĊN li ma jittrażmettix data lill-BĊE jista’ jiddeċiedi li ma jiġbor ebda data minn din il-fergħa barranija ta' RMS skont l-Artikoli 8(5) u 16(3) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) biex jiġi evitat rapportar doppju;
il-BĊE għandu jibgħat id-data trażmessa b'rabta mal-fergħa barranija tal-RMS lill-BĊN li ma jittrażmettix data lill-BĊE għall-użu skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); u
huwa meqjus li l-BĊN li jittrażmetti data mill-fergħa barranija tal-RMS lill-BĊE ma jiċħadx l-aċċess għal din id-data lill-BĊN l-ieħor li ma jittrażmettix data lill-BĊE għall-finijiet ta’ ċirkwit ta’ feedback skont l-Artikolu 16e ta’ din il-Linja Gwida.
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet tranżitorji dwar it-trażmissjoni ta' dejta ta' kreditu u dejta ta' referenza tal-kontroparti
KAPITOLU III
OBBLIGI TA' RAPPORTAR SPEĊIFIĊI RELATATI MA' DEJTA TA' REFERENZA TA' KONTROPARTI FIR-RIAD
Artikolu 8
Identifikazzjoni tal-kontropartijiet fir-RIAD
Artikolu 9
Trażmissjoni ta' dejta ta' referenza tal-kontroparti lil RIAD
Artikolu 10
Ir-responsabbiltà tal-BĊN għall-identifikazzjoni tal-kontropartijiet residenti rreġistrati fir-RIAD
KAPITOLU IV
PROĊEDURI U STANDARDS GĦAT-TRAŻMISSJONI LIR-RIAD
Artikolu 11
Assenjazzjoni tal-kodiċi RIAD
Artikolu 12
Standards ta' trażmissjoni fir-rigward tar-RIAD
Artikolu 13
Rikonoxximenti ta’ akkwisti u żbalji
Il-BĊNi għandhom jiżguraw li r-reviżjonijiet jiġu trażmessi lill-BĊE skont l-Artikolu 19.
Artikolu 14
L-ewwel trażmissjoni tad-dejta ta' referenza tal-kontroparti lil RIAD
Fejn ikun applikabbli, l-ewwel sett ta' dejta ta' referenza tal-kontroparti li għandu jiġi rrapportat mill-BĊN għandu jinkludi l-attributi tad-dejta li ġejjin:
identifikatur tal-kontroparti (kodiċi RIAD);
LEI;
jekk il-LEI ma jkunx disponibbli: identifikatur nazzjonali mil-lista ta' identifikaturi nazzjonali ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE, kif kompost minn żewġ varjabbli distinti, jiġifieri: it-tip ta' identifikatur (jew id-deskrizzjoni tiegħu, meta rilevanti) u l-kodiċi rispettiv (ħlief jekk it-tip ta' identifikatur “ma jkunx applikabbli”);
isem;
indirizz: pajjiż;
indirizz: belt/belt żgħira/raħal;
indirizz: triq;
forma legali;
settur istituzzjonali.
KAPITOLU V
ĠBIR TA' DEJTA TA' REFERENZA TA' KREDITU U TA' KONTROPARTI MINN BĊNi
Artikolu 15
Derogi u frekwenza ta' rapportar imnaqqsa
Għall-finijiet tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), meta jippermettu lil aġenti żgħar ta' rapportar jirrapportaw dejta ta' kreditu relatata ma' dati ta' referenza ta' rapportar qabel l-1 ta' Jannar 2021 fuq bażi trimestrali minflok ta' kull xahar, il-BĊNi għandhom iqisu l-kontribuzzjoni konġunta ta':
l-aġenti żgħar ta' rapportar li jingħataw deroga skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), u
l-aġenti li jirrapportaw eliġibbli għal rapportar fuq bażi trimestrali skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13),
tal-ammont totali pendenti ta' self irrapportat skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33) mill-aġenti kollha tar-rapportar residenti fl-Istat Membru li jirrapporta, u jiżguraw li kontribuzzjoni kombinata bħal din ma taqbiżx l-4 %.
Artikolu 16
Kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti
KAPITOLU Va
QAFAS TAĊ-ĊIRKWITI TA’ FEEDBACK TAL-ANACREDIT
Artikolu 16a
Il-parteċipazzjoni u t-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni fil-qafas taċ-ċirkwiti ta’ feedback tal-AnaCredit
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, emenda teknika tikkonsisti fl-inklużjoni fl-Anness IV tal-isem tal-BĊN u d-data minn meta ser isir BĊN parteċipi u, fejn meħtieġ, speċifikazzjoni ta’ dawk l-attributi tad-data fis-sett tad-data taċ-ċirkwiti ta’ feedback tal-BĊE fl-Anness III li fir-rigward tagħhom dak il-BĊN ma jaqbilx li jikkondividi d-data relatata sabiex jiġu pprovduti ċirkwiti ta’ feedback lill-aġenti li jirrapportaw skont l-Artikolu 16c.
Artikolu 16b
Rekwiżiti għall-parteċipazzjoni fil-qafas taċ-ċirkwiti ta’ feedback tal-AnaCredit
Taħt il-qafas taċ-ċirkwiti ta’ feedback tal-AnaCredit, il-BĊNi parteċipi se jkunu meħtieġa:
jagħtu lill-BĊNi riċeventi li jkunu qegħdin jikkondividu mal-aġenti li jirrapportaw residenti tagħhom mill-inqas is-sett minimu ta’ data għall-finijiet ta’ ċirkwiti ta’ feedback; u
jimplimentaw arranġamenti sabiex jinkludu mill-inqas id-data dwar il-kreditu u d-data ta’ referenza tal-kontroparti li tikkorrispondi għall-attributi tad-data fis-sett ta’ data minimu li tirrigwarda kwalunkwe strument relatat ma’ debitur jew debitur prospettiv fiċ-ċirkwit ta’ feedback ipprovdut lill-aġenti li jirrapportaw residenti.
BĊNi li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti m’humiex se jipparteċipaw fil-qafas taċ-ċirkwiti ta’ feedback tal-AnaCredit.
Artikolu 16c
Il-kondiviżjoni tad-data li tikkorrispondi għall-attributi varjabbli
Artikolu 16d
It-trażmissjoni ta’ data mill-BĊE
Il-BĊNi ma għandhomx jużaw id-dejta li jirċievu mill-BĊE għall-għanijiet ta’ ċirkwit ta’ feedback imsemmi fl-Artikolu 16e sakemm il-BĊN rilevanti ma jkunx sar BĊN parteċipanti u jkun irċieva l-ewwel sett ta’ dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE li jkun fih dejta li tirreferi għad-data ta’ referenza fl-aħħar jum tax-xahar li matulu tibda l-parteċipazzjoni.
Mid-data tal-bidu rilevanti tal-parteċipazzjoni msemmija fl-Anness IV, il-BĊE għandu jittrażmetti sett ta’ dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE lil kull BĊN li jirċievi permezz ta’ trażmissjonijiet regolari, immedjatament wara l-ġenerazzjoni tal-kopja tad-deheb. L-ewwel sett ta’ dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE għandu jkun limitat għad-dejta li tirreferi għad-data ta’ referenza fl-aħħar jum tax-xahar li matulu tibda l-parteċipazzjoni. Kull sett ta’ dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback sussegwenti tal-BĊE wara dan għandu jkun limitat għal dawn li ġejjin:
dejta li tirreferi għall-aħħar data ta’ referenza disponibbli;
dejta rreġistrata f’massimu ta’ 12-il data ta’ referenza qabel it-trażmissjoni tas-sett ta’ dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE.
Għall-finijiet tal-punt (b), id-dejta li tirreferi għad-dati ta’ referenza li jippreċedu d-data ta’ referenza fl-aħħar jum tax-xahar li matulu tibda l-parteċipazzjoni għandha tiġi eskluża.
Kull sett ta’ data ta’ ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE mibgħut permezz ta’ trażmissjoni regolari għandu jkun relatat biss ma’ strumenti fejn mill-inqas debitur wieħed huwa entità legali jew huwa parti minn entità legali li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
id-debitur huwa residenti fl-Istat Membru tal-BĊN riċeventi u d-data dwar il-kreditu relatata miegħu hija rrapportata lill-BĊE minn mill-inqas BĊN parteċipi ieħor;
id-debitur m’huwiex residenti fl-Istat Membru tal-BĊN riċeventi u d-data dwar il-kreditu relatata miegħu hija rrapportata lill-BĊE kemm mill-BĊN riċeventi kif ukoll minn mill-inqas BĊN parteċipi ieħor;
id-debitur huwa parti għal strument mogħti minn jew permezz ta’ fergħa barranija tal-RMS fejn dik il-fergħa barranija tal-RMS jew l-uffiċċju prinċipali tal-impriża ta’ dik il-fergħa barranija tal-RMS huma residenti fl-Istat Membru tal-BĊN riċeventi u d-data dwar il-kreditu u d-data ta’ referenza tal-kontroparti relatata miegħu tiġi rrapportata lill-BĊE minn BĊN ieħor responsabbli, skont l-Artikolu 6, mir-rapportar tad-data dwar il-kreditu u tad-data ta’ referenza tal-kontroparti ta’ dik il-fergħa barranija tal-RMS lill-BĊE.
Artikolu 16e
Il-kondiviżjoni tad-data mill-BĊNi riċeventi mal-aġenti li jirrapportaw u r-restrizzjonijiet applikabbli
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-BĊNi li jirċievu ma għandhom jaqsmu l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin mal-aġenti li jirrapportaw:
dejta ta’ kreditu jew dejta ta’ referenza tal-kontroparti li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sett ta’ dejta l-aktar reċenti taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE riċevut mill-BĊN;
l-attributi operazzjonali tas-sett ta’ dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE;
informazzjoni dwar strumenti fejn id-debitur u l-kreditur huma partijiet tal-istess entità legali.
BĊN riċeventi għandu jinforma lill-popolazzjoni li tirrapporta residenti tiegħu li, skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13):
l-aġenti li jirrapportaw għandhom jużaw is-subsett ta’ data dwar il-kreditu u d-data ta’ referenza tal-kontroparti li jirċievu permezz ta’ ċirkwiti ta’ feedback u miġbura minn BĊNi parteċipi oħrajn esklużivament għall-immaniġġjar tar-riskju ta’ kreditu u biex itejbu l-kwalità tal-informazzjoni ta’ kreditu disponibbli għalihom fir-rigward ta’ strumenti eżistenti jew prospettivi;
L-aġenti li jirrapportaw huma pprojbiti milli jikkondividu s-subsett ta’ data msemmija f’(a) ma’ partijiet oħra jew ma’ fornituri kummerċjali, ħlief fejn il-kondiviżjoni tad-data mal-fornituri tas-servizz huwa awtorizzat skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13);
mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni ta’ BĊN li jagħti aċċess għal data speċifika dwar kreditu lil aġent li jirrapporta permezz ta’ ċirkwit ta’ feedback, tali aċċess jista’ jkun miċħud fuq bażi temporanja meta l-aġent li jirrapporta ma jkunx osserva l-obbligi ta’ rapportar statistiku tiegħu stess taħt ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità u l-preċiżjoni tad-data, jew fejn l-aġent li jirrapporta ma jkunx osserva l-obbligi tiegħu taħt (a) jew (b). F’dawk il-każijiet il-BĊN riċeventi għandu jinforma lill-aġent li jirrapporta li l-aċċess tiegħu għaċ-ċirkwit ta’ feedback huwa sospiż; u
l-aġenti li jirrapportaw għandhom jipproteġu l-kunfidenzjalità tas-subsett ta’ data msemmija f’(a) f’konformità mal-aħjar prattiki u skont il-liġi nazzjonali u d-dritt tal-Unjoni applikabbli.
Artikolu 16f
Ir-responsabbiltà tal-BĊNi parteċipi li jipprovdu aċċess għad-data
KAPITOLU VI
ĠESTJONI TAL-KWALITÀ TAD-DEJTA
Artikolu 17
Trażmissjoni
Artikolu 18
Ġestjoni tal-kwalità tad-dejta
Il-BĊNi għandhom jiżguraw, jivverifikaw u jżommu l-kwalità tad-dejta ta' kreditu u dejta ta' referenza tal-kontroparti biex jiżguraw: (i) il-kwalità tad-dejta tal-produzzjoni aggregata; (ii) il-konsistenza ta' dejta ta' kreditu u dejta ta' referenza tal-kontroparti; u (iii) konsistenza ma' statistika oħra. B'mod partikolari, qabel it-trażmissjoni ta' dejta ta' kreditu u dejta ta' referenza tal-kontroparti lill-BĊE, il-BĊNi għandhom jivverifikaw li:
il-fajls trażmessi lill-BĊE jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni lill-BĊE;
kull rekord ikun identifikat b'mod uniku;
l-identifikatur tal-kuntratt huwa uniku għal kull kuntratt li jiġġenera riskju ta' kreditu għall-istess aġent osservat u li dak l-identifikatur ma jerġax jintuża f'xi ħin sabiex jiġi identifikat kuntratt differenti mal-istess aġent osservat;
kull identifikatur tal-istrument huwa uniku għal kull kuntratt ta' aġent osservat, u li dan l-identifikatur ma jerġax jintuża f'xi ħin sabiex jiġi identifikat strument differenti għall-istess kuntratt u aġent osservat;
l-identifikatur tal-kuntratt huwa uniku għal kull protezzjoni rċevuta mill-istess aġent osservat u li dak l-identifikatur ma jerġax jintuża f'xi ħin sabiex tiġi identifikata protezzjoni differenti mal-istess aġent osservat;
id-dejta ta' kreditu u d-dejta ta' referenza tal-kontroparti li għandha tiġi trażmessa huma kompleti u konsistenti;
l-istrumenti kollha huma marbuta ma’ kontropartijiet li huma rreġistrati fis-sistema RIAD u msemmija mill-identifikatur korrispondenti tal-kontroparti (kodiċi RIAD) ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-aġenti tar-rappurtar.
Jekk l-aġent osservat huwa fergħa barranija RMS u żewġ BĊNi jirrapportaw informazzjoni għall-aġent osservat:
il-messaġġi indikati fil-paragrafu 11 għandhom jiġu trażmessi liż-żewġ BĊN rilevanti; u
kull BĊN għandu jkun responsabbli għall-kwalità tad-dejta tal-informazzjoni inkluża fil-mudell. B'mod partikolari, kull BĊN għandu jkun responsabbli għall-verifiki tal-validazzjoni li jivverifikaw il-konsistenza u l-integrità tal-informazzjoni irrapportata fil-Mudelli 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13). Għal dan il-għan, kull BĊN għandu jiżgura l-korrettezza tat-tagħrif irrapportat fil-mudell li għalih kull BĊN huwa responsabbli.
Artikolu 19
Reviżjonijiet
Il-BĊNi għandhom jittrażmettu lill-BĊE r-reviżjonijiet kollha tad-dejta ta’ kreditu u d-dejta ta’ referenza tal-kontroparti rrapportati minn aġenti li jirrapportaw skont ir-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13) hekk kif ikunu ġew ipproċessati kif ġej:
għal rapportar ta’ kull xahar, il-BĊNi għandhom jibgħatu reviżjonijiet għat-tnax-il data ta’ referenza tar-rapportar immedjatament qabel id-data ta’ referenza tar-rapportar li għaliha ġiet irrapportata dejta matul il-perjodu ta’ produzzjoni rilevanti;
għal rapportar trimestrali, il-BĊNi għandhom jibgħatu reviżjonijiet għall-erba’ dati ta’ referenza tar-rapportar immedjatament qabel id-data ta’ referenza tar-rapportar li għaliha ġiet irrapportata dejta matul il-perjodu ta’ produzzjoni rilevanti.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-perjodu ta’ produzzjoni rilevanti għandu jkun il-perjodu ta’ produzzjoni li matulu l-BĊN sar konxju għall-ewwel darba dwar l-iżbalji jew l-informazzjoni nieqsa.
Il-BĊNi għandhom jitrażmettu lill-BĊE reviżjonijiet irrapportati minn aġenti li jirrapportaw għal dati ta’ referenza qabel id-dati ta’ referenza stabbiliti fil-paragrafu 1 fejn japplikaw it-tnejn li ġejjin:
il-BĊE jkun ta kunsens minn qabel;
reviżjonijiet bħal dawn se jtejbu l-kwalità tad-dejta u jiżguraw konsistenza mad-dejta maħżuna fid-databases nazzjonali.
Artikolu 19a
Kalendarju ta’ rapportar
Sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ kull sena, il-BĊE għandu jikkomunika d-dati eżatti tat-trażmissjoni għas-sena segwenti lill-BĊNi fil-forma ta’ kalendarju ta’ rapportar. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw tagħrif statistiku skont din il-Linja Gwida skont dak il-kalendarju ta’ rapportar.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 20
Proċedura ta' emenda simplifikata
Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista' jagħmel xi emendi tekniċi fl-annessi ta' din il-Linja Gwida, filwaqt li jqis l-opinjonijiet tal-STC, sakemm emendi bħal dawn la jibdlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas ma jaffettwaw il-piż tar-rapportar fuq aġenti li jirrapportaw jew BĊNi. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Kunsill Governattiv b'kull emenda bħal din.
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Artikolu 22
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
ANNESS I
Identifikazzjoni u ġestjoni tad-dejta ta' referenza tal-kontropartijiet fid-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (RIAD)
1. Suppożizzjonijiet ġenerali sottostanti l-flow chart tal-proċess
1.1. Huwa preżunt li l-BĊN kollha jżommu sett ta' dejta ta' referenza nazzjonali fejn il-kontropartijiet (kemm domestiċi kif ukoll mhux residenti) huma identifikati b'mod uniku u m'hemmx duplikazzjonijiet fil-livell nazzjonali (i.e. għandhom identifikatur intern tal-BĊN uniku u esklużiv). Dan ifisser li għalkemm aġenti li jirrapportaw differenti fl-istess Stat Membru jistgħu jkunu qed jużaw identifikaturi tal-kontroparti differenti biex jirreferu għall-kontroparti fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-BĊN rilevanti, il-BĊN eventwalment jiżgura li l-identifikaturi kollha bħal dawn ikunu assoċjati mal-kontroparti unika attwali.
1.2. Jekk meħtieġ, biex jiġu evitati duplikazzjonijiet (eż. l-istess kontroparti rreġistrata darbtejn fis-sett tad-dejta ta' referenza nazzjonali), l-identifikaturi tal-kontroparti użati minn aġenti ta' rapportar meta jirrapportaw lill-BĊN huma mmarkati mill-BĊN f'identifikaturi interni uniċi tal-BĊN. Meta jittrażmettu informazzjoni lil RIAD u lill-AnaCredit, il-BĊN eventwalment jidentifikaw dawk l-identifikaturi interni tal-BĊN f'kodiċi RIAD uniku, jekk ikun meħtieġ.
2. Noti mal-flow chart:
2.1. Kontroparti “magħrufa” hija kontroparti li hija diġà rreġistrata fir-RIAD u li għaliha l-BĊN li joriġina jaf il-kodiċi RIAD.
2.2. Kontroparti ġdida tista' tiġi rreġistrata fir-RIAD biss sakemm is-sett minimu neċessarju ta' attributi ta' dejta ta' referenza ikunu pprovduti (“rekord validu”), kif previst fir-rekwiżiti RIAD.
2.3. RIAD ma tippermettix li kontroparti ġdida tiġi rreġistrata bl-istess identifikaturi (LEI u/jew identifikatur nazzjonali) ta' kontroparti eżistenti.
2.4. Kull BĊN jista' jiddeċiedi li jiddetermina jekk kontroparti domestika rreġistrata minn BĊN ieħor hijiex kopja ta' kontroparti eżistenti jew le barra s-servizz ċentrali ta' identifikazzjoni (CIS), eż. bl-użu tal-proċess intern tagħhom (l-algoritmu li jqabbel) għal dan il-għan.
2.5. Is-CIS hija funzjonalità fir-RIAD li tfittex għal duplikati potenzjali fost kontropartijiet eżistenti residenti fl-istess pajjiż permezz ta' “għodda ta' tqabbil” iddedikata kull darba li kontroparti ġdida tkun irreġistrata fis-sistema b'kodiċi RIAD temporanju. Il-kontropartijiet li għandhom jiġu pproċessati mill-għodda ta' tqabbil jitpoġġew fi “kju ta' input”, waqt li l-eżitu tal-proċess ta' tqabbil jiġi akkumulat fi “kju ta' output” u ppreżentat lill-BĊN kompetenti, permezz ta' backflow awtomatizzat iddedikat, għall-valutazzjoni finali tiegħu.
2.6. Il-BĊN kompetenti jirrevedi l-lista tad-duplikazzjonijiet potenzjali riċevuti minn RIAD u, għal kull kontroparti b'kodiċi RIAD temporanju, jagħżel il-kandidat preferut mil-lista (qabel) jew jiddetermina li eventwalment l-ebda opzjoni ma tintgħażel mil-lista (ebda qbil).
2.7. Id-“diduplikazzjoni” tal-kontroparti hija proċess li bih il-BĊN kompetenti jiddeċiedi, wara t-tqabbil b'suċċess bejn żewġ kontropartijiet irreġistrati fir-RIAD, liema kontroparti se tiġi invalidata (“kontroparti ffriżata”), u liema waħda għandha tinżamm fis-sistema (“kontroparti ħajja”).
ANNESS II
Allokazzjoni ta' responsabbiltajiet għal friegħi barranin RMS
It-tabella tistabbilixxi l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet għar-rapportar mill-BĊNi lill-BĊE ta' dejta ta' kreditu u dejta ta' referenza tal-kontroparti ta' aġenti osservati li huma friegħi barranin RMS abbażi tal-informazzjoni dwar derogi mogħtija lil aġenti li jirrapportaw.
Allokazzjoni ta' responsabbiltajiet għal friegħi barranin RMS
|
|
Aġenti li jirrapportaw li jirrapportaw lill-BĊN Domestiku |
|||||
|
Ebda deroga |
Iġbor biss T2 |
Rapportar trimestrali |
Deroga Parzjali |
Deroga Sħiħa |
||
|
Aġenti li jirrapportaw lill-BĊN ospitanti. |
Ebda deroga |
BĊN Domestiku: T1&T2 |
BĊN ospitanti T1&T2 |
BĊN ospitanti T1&T2 |
BĊN ospitanti T1&T2 |
BĊN ospitanti T1&T2 |
|
Iġbor biss T1 |
BĊN Domestiku: T1&T2 |
BĊN ospitanti T1 BĊN Domestiku: T2 |
T2 meħtieġ (1) BĊN ospitanti T1&T2 |
T2 meħtieġ (1) BĊN ospitanti T1&T2 |
T2 meħtieġ (1) BĊN ospitanti T1&T2 |
|
|
Rapportar trimestrali |
BĊN Domestiku: T1&T2 |
T2 meħtieġ (2) BĊN Domestiku: T1&T2 |
BĊN Domestiku: T1&T2 (Q) |
BĊN ospitanti T1&T2 (Q) |
BĊN ospitanti T1&T2 (Q) |
|
|
Deroga Parzjali |
BĊN Domestiku: T1&T2 |
T1 meħtieġ (2) BĊN Domestiku: T1&T2 |
BĊN Domestiku: T1&T2 (Q) |
— |
— |
|
|
Deroga Sħiħa |
BĊN Domestiku: T1&T2 |
T1 meħtieġ (2) BĊN Domestiku: T1&T2 |
BĊN Domestiku: T1&T2 (Q) |
— |
— |
|
|
(1)
Jekk il-BĊN domestiku (a) jagħti deroga skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), jew (b) jippermetti rapportar tad-dejta fuq bażi trimestrali skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); u il-BĊN li jospita (c) ma jagħtix deroga skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), u (d) ma jippermettix rapportar tad-dejta fuq bażi trimestrali skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); allura l-BĊN ospitanti ma jistax jiddeċiedi li ma jiġborx, jew li jiġbor biss parti ta', l-attributi ta' dejta elenkati fil-Mudell 2 skont l-Artikolu 6(3)(b) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), u jittrasmetti l-Mudelli 1 u 2 lill-BĊE.
(2)
Jekk il-BĊN li jospita (a) jagħti deroga skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), jew (b) jippermetti rapportar tad-dejta fuq bażi trimestrali skont l-Artikolu 16 (2) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); u il-BĊN domestiku (c) ma jagħtix deroga skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), jew (d) ma jippermettix rapportar tad-dejta fuq bażi trimestrali skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13); u allura l-BĊN ospitanti ma jistax jiddeċiedi li ma jiġborx, jew li jiġbor biss parti ta', l-attributi ta' dejta elenkati fil-Mudell 1 skont l-Artikolu 6(3)(b) tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13), u jittrażmetti l-Mudelli 1 u 2 lill-BĊE. |
||||||
Nota:
(i) T1: tfisser Mudell 1 kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13).
(ii) T2: tfisser Mudell 2 kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/867 (BĊE/2016/13).
ANNESS III
Attributi tad-dejta għall-finijiet ta’ ċirkwiti ta’ feedback
|
Attributi tad-data li jikkonsistu fis-settijiet ta’ dejta trażmessa mill-BĊE skont l-Artikolu 16d u l-arranġamenti għall-kondiviżjoni ta’ dejta għall-għan li jiġu pprovduti ċirkwiti ta' feedback lill-aġenti li jirrapportaw |
||
|
Attributi tad-dejta |
Settijiet ta’ dejta (minimi jew ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE (2)) |
BĊNi li jipparteċipaw (3) li ma jagħtux kunsens għall-qsim tad-dejta skont l-Artikolu 16c(1) |
|
Data ta' referenza () |
||
|
Pajjiż tal-BĊN |
Sett tad-dejta minimu |
N.A. |
|
Pajjiż tal-kreditur |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
ES ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni |
|
Debitur: Isem |
Sett tad-dejta minimu |
N.A. |
|
Debitur: Identifikatur ta' Entità Ġuridika (LEI) |
Sett tad-dejta minimu |
N.A. |
|
Debitur: pajjiż |
Sett tad-dejta minimu |
N.A. |
|
Identifikatur tal-uffiċċju prinċipali tal-impriża |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-prinċipali aħħarija |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
IT ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni |
|
Forma legali |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Settur istituzzjonali |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Status tal-proċeduri legali u Data tal-bidu tal-proċeduri legali |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
SK u ES ma jagħtux kunsens għall-kondiviżjoni taż-żewġ attributi AT ma tagħtix kunsens għall-kndiviżjoni taż-żewġ attributi meta jirreferu għal “miżuri legali oħrajn” |
|
Dejta dwar l-istrument |
||
|
Identifikatur ta' aġent osservat (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-kuntratt (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-istrument (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Tip ta’ strument |
Sett tad-dejta minimu |
N.A. |
|
Munita |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
AT ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni |
|
Data ta' bidu |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
AT u ES ma jagħtux kunsens għall-kondiviżjoni |
|
Strument fiduċjarju (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
AT ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni ta’ kwalunkwe dejta relatata mal-istrumenti li għalihom il-valur ta’ dan l-attribut huwa “Strument Fiduċjarju”, jiġifieri fil-każ ta’ strumenti mqiegħda f’kapaċità fiduċjarja li huma rrapportati minn aġent (osservat) li jirrapporta li m’huwiex il-kreditur tal-istrument. |
|
Data ta' maturità finali legali |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
AT u ES ma jagħtux kunsens għall-kondiviżjoni |
|
Ammont ta' impenn fil-bidu |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Għan |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
AT ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni |
|
Rikors (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
AT ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni ta’ kwalunkwe dejta relatata mal-istrumenti tat-tip “Riċevibbli kummerċjali” meta l-valur ta’ dan l-attribut huwa “L-ebda rikors” PT ma jagħtix kunsens għall-kondiviżjoni ta’ kwalunkwe dejta relatata ma’ strumenti ta’ fatturament meta l-attribut huwa “L-ebda rikors” u l-attribut “Arretrati” huwa 0 jew jeżisti imma huwa tard b’inqas minn 90 jum. |
|
Dejta finanzjarja |
||
|
Identifikatur ta' aġent osservat (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-kuntratt (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-istrument (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Ammont nominali dovut |
Settijiet tad-dejta minimi |
N.A. |
|
Ammont li mhux fuq il-karta tal-bilanċ |
Settijiet tad-dejta minimi |
N.A. |
|
Arretrati għall-istrument |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
ES ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni ta’ dan l-attribut jekk jirrelata ma’ strumenti li huma tard sa u jinkludu 90 jum AT ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni ta’ dan l-attribut jekk huwa ffiltrat mid-data ta’ skadenza |
|
Data ta' skadenza għall-istrument |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
AT u ES ma jagħtux kunsens għall-kondiviżjoni. ES titratta dan l-attribut bħala attribut operattiv sabiex jiġu esklużi strumenti li huma tard sa u jinkludu 90 jum. |
|
Ammont ittrasferit (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Imgħax akkumulat |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Dejta dwar il-kontroparti-strument |
||
|
Identifikatur ta' aġent osservat (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-kuntratt (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-istrument (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-kontroparti: kreditur, servizjant, oriġinatur (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-kontroparti: debitur |
Sett tad-dejta minimu |
N.A. |
|
Rwol tal-kontroparti (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Dejta dwar l-obbligazzjonijiet in solidum |
||
|
Identifikatur ta' aġent osservat (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-kuntratt (attribuit operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-istrument (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-kontroparti (4) |
Sett tad-dejta minimu |
N.A. |
|
Ammont ta’ obbligazzjonijiet in solidum |
Sett tad-dejta minimu |
N.A. |
|
Dejta tal-kontabilità |
||
|
Identifikatur ta' aġent osservat (Attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-kuntratt (Attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-istrument (Attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Tħassir akkumulat |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
AT ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni |
|
Dejta dwar il-protezzjoni rċevuta |
||
|
Identifikatur ta' aġent osservat (Attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-protezzjoni (Attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-fornitur tal-protezzjoni (Attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Tip ta' protezzjoni |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
AT ma tagħtix kunsens għall-kondiviżjoni |
|
Dejta dwar l-istrument-protezzjoni rċevuta (5) |
||
|
Identifikatur ta' aġent osservat (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-kuntratt (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-istrument (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
Identifikatur tal-protezzjoni (attribut operattiv) |
Sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE |
|
|
(1)
Il-BĊNi jagħmlu estrazzjoni ta’ dawn l-attributi minn RIAD, biss jekk ikunu mmarkati bħala “F” li jfisser liberu, jiġifieri mhux kunfidenzjali u jistgħu jsiru pubbliċi jew “R” li jfisser li, minbarra l-użi permessi skont l-Artikolu 10(2)b, valur ta’ attribut jista’ jiġi maqsum mal-aġent li jirrapporta li pprovda dik l-informazzjoni, u, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni ta’ kunfidenzjalità applikabbli, ma’ aġenti oħra li jirrapportaw, jiġifieri rilaxx ristrett biss, skont il-Linja Gwida (UE) 2018/876 (BĊE/2018/16).
(2)
Ara d-definizzjonijiet fl-Artikolu 2.
(3)
Il-BĊNi li jipparteċipaw huma indikati mill-kodiċi ISO tal-Istat Membru tagħhom.
(4)
Fil-livell nazzjonali, fit-trażmissjoni regolari, il-BĊN li jirċievi jaqsam ma’ aġenti li jirrapportaw residenti l-kodebituri biss (identifikatur u ammont tal-obbligazzjoni in solidum) li għandhom self mal-aġenti li jirrapportaw residenti.
(5)
Il-BĊNi jistgħu jużaw dawn l-attributi sabiex jimmarkaw fiċ-ċirkwiti ta’ feedback l-istrumenti marbuta ma’ elementi ta’ protezzjoni. |
||
ANNESS IV
Parteċipazzjoni fil-qafas taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-AnaCredit
Il-BĊNi li ġejjin huma kkunsidrati BĊNi parteċipanti għall-finijiet ta' din il-Linja Gwida, mid-data tal-bidu tal-parteċipazzjoni indikata. Wara l-1 ta’ April 2020 u qabel id-data tal-bidu tal-parteċipazzjoni, il-BĊNi jirċievu s-sett tad-dejta taċ-ċirkwit ta’ feedback tal-BĊE għal għanijiet ta’ ttestjar skont l-Artikolu 16d(1).
|
BĊNi |
Data tal-bidu tal-parteċipazzjoni |
|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
L-1 ta’ Lulju 2021 |
|
Banco de España |
L-1 ta’ Diċembru 2022 |
|
Banca d’Italia |
L-1 ta’ Lulju 2021 |
|
Oesterreichische Nationalbank |
L-1 ta’ Lulju 2021 |
|
Banco de Portugal |
L-1 ta’ Lulju 2021 |
|
Národná banka Slovenska |
L-1 ta’ Lulju 2021 |
( 1 ) Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).
( 2 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-poter tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.3, p. 19-22).
( 3 ) Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2018 dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (BĊE/2018/16) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 3).