European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/842

7.5.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/842

tas-6 ta’ Mejju 2025

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 30f(5) tagħha,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Franċiża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 (2) fiha żball fit-Taqsima 1, il-punt 8, tal-Anness IIIa, fir-rigward tad-definizzjoni tal-aħħar pjan tat-titjira. L-iżball ġie introdott bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2493 (3), u jaffettwa s-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni.

(2)

Il-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 fiha żball fit-tabella, l-entrata għal “Gass mit-tromba ta’ ċumnija għall-iskop tal-Artikolu 43(4)”, it-tieni kolonna, fl-Anness VII, fir-rigward tal-frekwenza minima tal-analiżi, kif ukoll żball fit-taqsima 1, il-punt 8(a), tal-Anness X, fir-rigward tal-unitajiet tal-kejl li jridu jintużaw fir-rapportar. Dawk l-iżbalji ġew introdotti wkoll bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2493. Ibiddlu s-sustanza ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, u potenzjalment jaffettwaw id-drittijiet u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-verżjonijiet bil-lingwa Franċiża u dik Żvediża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, mogħtija qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2493,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2066/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2493 tat-23 ta’ Settembru 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 rigward l-aġġornament tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/2493, 27.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2493/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/842/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)