European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6855

13.11.2024

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għat-tħassir tat-terminu tradizzjonali “Vino de pago calificado” skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni

(C/2024/6855)

Fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, jistgħu jippreżentaw, f’konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2019/33 (1), oppożizzjoni mal-Kummissjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAT-TĦASSIR LI TIKKONĊERNA T-TERMINU TRADIZZJONALI

“Vino de pago calificado”

Data tal-wasla tal-applikazzjoni: l-1 ta’ April 2024

Għadd ta’ paġni (inkluż din il-paġna): 3

Lingwa tat-talba għat-tħassir: Spanjol

Numru tal-fajl: Ares(2024)2402098

Terminu tradizzjonali li għalih qed jintalab it-tħassir: Vino de pago calificado

Awtur tat-talba tat-tħassir:

Isem il-persuna ġuridika jew fiżika li titlob it-tħassir:

id-Direttorat Ġenerali għall-Ikel, il-Ministeru Spanjol għall-Agrikoltura, għas-Sajd u għall-Ikel

Indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż):

Po Infanta Isabel,1, 28071 Madrid, Spain

Nazzjonalità: Spanjola

Telefown, fax, Email:

Tel. +34 91 347 53 97

Fax+34 91 347 54 10

Email: dga@mapa.es; sgccala@mapa.es

Interess leġittimu tal-awtur tat-talba:

L-applikant huwa l-awtorità kompetenti Spanjola tal-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Istat.

Raġunijiet għat-tħassir:

—

L-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat (*)

—

L-Artikolu 32(2) tar-Regolament Delegat (*)

—

L-Artikolu 33(1) tar-Regolament Delegat (*)

—

L-Artikolu 33(2) tar-Regolament Delegat (*)

—

L-Artikolu 36(b) tar-Regolament Delegat (*)

[(*)

ħassar kif xieraq]

Spjegazzjoni tar-raġuni(jiet) għat-tħassir:

[Ipprovdi raġunijiet sostanzjati u ġustifikazzjoni, dettalji tal-fatti, evidenza u kummenti b’appoġġ tat-tħassir. Ipprovdi d-dokumenti meħtieġa f’każ ta’ tħassir ibbażat fuq l-eżistenza ta’ trademark preċedenti b’reputazzjoni u fama.]

Ir-raġuni għat-tħassir hija minħabba li dan it-terminu tradizzjonali ma jissodisfax il-kundizzjoni ta’ validità prevista fl-Artikolu 27(1)(d) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 peress li mhuwiex isem “definit u rregolat fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru”.

It-terminu tradizzjonali “Vino de pago calificado” kien irregolat fi Spanja permezz tal-Liġi Nru 24/2003 tal-10 ta’ Lulju 2003 dwar id-dwieli u l-inbid (https://www.boe.es/boe/dias/2003/07/11/pdfs/A27165-27179.pdf). Kien kopert mill-Artikolu 24.2 tal-istess liġi. Madankollu, din il-liġi ġiet sostitwita f’dan ir-rigward bil-Liġi Nru 6/2015 tat-12 ta’ Mejju 2015, attwalment fis-seħħ, dwar id-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fil-livell supra-Awtonomu tal-Komunità li, fit-Tielet Dispożizzjoni Addizzjonali tagħha, ma tkoprix it-terminu tradizzjonali “Vino de pago calificado” (https://www.boe.es/buscar/pdf/2015/BOE-A-2015-5288-consolidado.pdf).

L-awtoritajiet Spanjoli ddeċidew li jħassruha mir-regoli nazzjonali minħabba li qatt ma kienet intużat.

DIRETTUR ĠENERALI GĦALL-IKEL

Iffirmata


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/33/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6855/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)