<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-317/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0317</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:499">EU:C:2019:499</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20190613">13.6.2019</DATE> – Kawża C‑317/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Correia Moreira</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/23/KE</KEYWORD><KEYWORD>Trasferimenti ta’ impriżi</KEYWORD><KEYWORD>Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Modifika sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għad-detriment tal-ħaddiem</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑317/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (il-Qorti Distrettwali ta’ Faro, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180423">23 ta’ April 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20180514">14 ta’ Mejju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Cátia Correia Moreira</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Município de Portimão,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn F. Biltgen, President tal-Awla, J. Malenovský (Relatur) u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Hogan,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal C. Correia Moreira, minn M. Ramirez Fernandes, advogado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Município de Portimão, minn J. Abreu Rodrigues, advogado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, T. Paixão, A. Pimenta u T. Nunes, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. França u M. Kellerbauer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2) TUE u tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat‑<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Cátia Correia Moreira u l-Município de Portimão (il-Muniċipalità ta’ Portimão, il-Portugall) dwar il-legalità tat-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/23 tikkostitwixxi kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE tal‑<DATE ISO="19770214">14 ta’ Frar 1977</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="061" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="1977">ĠU 1977, L 61, p. 26</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/50/KE tad‑<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="88" DATE.PUB="1998">ĠU 1998, L 201, p. 88</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva 77/187<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 3 u 8 tad-Direttiva 2001/23 jistabbilixxu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(3)</NO.P><TXT>Huwa neċessarju li jigi pprovdut għall-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ li jinbidel min jimpjega, b’mod partikulari, sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tagħhom ikunu salvagwardjati.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Il-konsiderazzjonijiet ta’ sigurtà u trasparenza legali kienu jeħtieġu li l-kunċett legali ta’ trasferiment għandu jiġi ċċarat fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Din il-kjarifika ma biddlitx il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva [77/187] skond kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23 jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(a)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull trasferiment ta’ impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju lil persuna oħra li timpjega bħala riżultat ta’ trasferiment jew inkorporazzjoni legali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Bla ħsara għas-subparagrafu (a) u għad-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-Artikolu, ikun hemm trasferiment fis-sens ta’ din id-Direttiva meta jkun hemm trasferiment ta’ xi entità ekonomika li żżomm l-identità tagħha, jiġifieri għaqda organizzata ta’ riżorsi bl-objettiv li twettaq attività ekonomika, kemm jekk l-attività hija ċentrali jew anċillari kemm jekk le.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tapplika għal impriżi pubbliċi u privati li huma involuti f’attivitajiet ekonomiċi kemm jekk jaħdmu għall-qligħ kemm jekk le. Ir-riorganizzazzjoni amministrattiva ta’ l-awtoritajiet pubbliċi amministrattivi, jew it-trasferiment ta’ funzjonijiet amministrattivi bejn awtoritajiet pubbliċi amministrattivi, mhijiex trasferiment fis-sens ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-istess direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>impjegat<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> għandu jfisser kull persuna li, fl-Istat Membru kkonċernat, hija protetta bħala impjegata taħt il-liġi nazzjonali ta’ l-impjieg.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali f’dak li jirrigwarda d-definizzjoni ta’ kuntratt ta’ mpjieg jew relazzjoni ta’ mpjieg.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Id-drittijiet u l-obbliġi ta’ min jagħmel it-trasferiment ikkawżati minn kuntratt ta’ mpjieg jew minn relazzjoni ta’ mpjieg eżistenti fid-data tat-trasferiment għandhom, minħabba dan it-trasferiment, jiġu trasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-trasferiment ta’ l-impriża, n-negozju jew xi parti mill-impriza jew negozju m’għandux fih innifsu jikkostitwixixi bażi għal tkeċċija minn min jagħmel it-trasferiment jew minn min lilu jsir it-trasferiment. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tkun ta’ xkiel għal tkeċċijiet li jistgħu iseħħu għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ l-organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fin-nies li jkunu jaħdmu.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-ewwel subparagrafu ma japplikax għal ċerti kategoriji speċifiċi ta’ mpjegati li mhumiex koperti mil-liġijiet jew mill-prattika ta’ l-Istati Membri għar-rigward ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-kuntratt ta’ l-impjieg jew ir-relazzjoni tax-xogħol jintemmu minħabba li t-trasferiment jinvolvi bidla sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għad-detriment ta’ l-impjegat, min jimpjega għandu jitqies bħala responsabbli għat-tmiem tal-kuntratt ta’ l-impjieg jew ir-relazzjoni ta’ l-impjieg.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23, hija, essenzjalment, identika għal dik tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 77/187.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Portugiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(4) tal-Kostituzzjoni jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>It-Trattati tal-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet adottati mill-istituzzjonijiet tagħha skont il-kompetenzi tagħhom għandhom japplikaw fl-ordinament intern, konformement mad-dritt tal-Unjoni, b’konformità mal-prinċipji fundamentali tal-istat tad-dritt demokratiku.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 47(2) tal-Kostituzzjoni jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Iċ-ċittadini kollha għandhom id-dritt li jaċċessaw is-servizz pubbliku f’kundizzjonijiet ta’ ugwaljanza u ta’ libertà, bħala regola ġenerali permezz ta’ kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 53 tal-Kostituzzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-ħaddiema għandhom ikollhom sigurtà tal-impjieg. It-tkeċċijiet mingħajr raġuni leġittima jew ibbażati fuq raġunijiet politiċi jew ideoloġiċi huma pprojbiti.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-Código do Trabalho (il-Kodiċi tax-Xogħol) jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kuntratt ta’ xogħol huwa dak li permezz tiegħu persuna fiżika timpenja ruħha, għal remunerazzjoni, li tipprovdi l-attività tagħha lil persuna jew persuni oħra, fi ħdan organizzazzjoni u taħt l-awtorità ta’ din tal-aħħar.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 161 tal-Kodiċi tax-Xogħol:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizz, pożizzjoni amministrattiva jew ekwivalenti, ta’ direzzjoni jew ta’ kmand li jaqgħu direttament taħt l-amministrazzjoni jew fuq id-direttur ġenerali jew ekwivalenti, tista’ tiġi okkupata minn funzjoni ta’ segretarjat personali tad-detentur ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-pożizzjonijiet jew anki, fejn l-istrument leġiżlattiv kollettiv ta’ xogħol jipprevedi hekk, minn funzjoni li n-natura tagħha timplika wkoll relazzjoni ta’ fiduċja mad-detentur ta’ dawk il-pożizzjonijiet u funzjonijiet ta’ kmand.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 162(1), (2) u (5) tal-Kodiċi tax-Xogħol jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="162.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Pożizzjoni jew funzjoni fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizz tista’ tiġi okkupata minn ħaddiem mill-impriża jew minn persuna oħra rreklutata għal dan l-għan.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="162.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ħaddiem jiġi rreklutat għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet għall-provvista ta’ servizz, dan jista’ jsir permanenti wara t-tmiem tal-provvista ta’ servizz.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="162.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perijodu ta’ servizz imwettaq għall-provvista ta’ servizz għall-kalkolu tal-anzjanità tal-ħaddiem għandu jingħadd bħala li kien twettaq fil-grad tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 163(1) u (2) tal-Kodiċi tax-Xogħol jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="163.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull parti tista’ ttemm il-provvista ta’ servizz billi tagħti preavviż tat-temm ta’ impjieg bil-miktub mill-inqas 30 jew 60 jum minn qabel, skont, rispettivament, it-tul taż-żmien tal-provvista ta’ servizz, jiġifieri skont jekk dan kienx sa sentejn jew għal perijodu itwal.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="163.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>In-nuqqas ta’ preavviż tat-temm ta’ impjieg ma jipprekludix it-terminazzjoni tal-provvista ta’ servizz, li l-parti kontumaċi jkollha tikkumpensa lill-kontroparti skont l-Artikolu 401.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 285 tal-Kodiċi tax-Xogħol jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="285.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ trasferiment, taħt kwalunkwe titolu, tal-proprjetà ta’ impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju li jikkostitwixxi entità ekonomika, għandhom jiġu ttrasferiti lill-persuna li lilha jsir trasferiment id-drittijiet u l-obbligi tal-persuna li timpjega fil-kuntest tal-kuntratti ta’ xogħol tal-ħaddiema kkonċernati, kif ukoll ir-responsabbiltà tal-ħlas tal-multi imposti fil-każ ta’ ksur tad-dritt industrijali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="285.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna li tagħmel it-trasferiment hija responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-obbligi dovuti fid-data tat-trasferiment, matul is-sena ta’ wara din.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="285.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti japplikaw ukoll għat-trasferiment, għaċ-ċessjoni jew għat-teħid mill-ġdid tal-ġestjoni diretta tal-attività tal-impriża, tan-negozju jew tal-entità ekonomika, u, fil-każ ta’ ċessjoni jew teħid mill-ġdid tal-ġestjoni diretta tal-attività, hija responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> il-persuna li kienet tmexxi l-operat preċedentement.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="285.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti ma humiex applikabbli fil-każ tal-ħaddiem li, qabel it-trasferiment, ġie ttrasferit mill-persuna li tagħmel it-trasferiment għal negozju ieħor jew għal entità ekonomika, fis-sens tal-Artikolu 194, filwaqt li jibqa’ impjegat magħha, bl-eċċezzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà tal-persuna li lilha jsir trasferiment fil-qasam ta’ ħlas tal-multi imposti fil-każ ta’ ksur tad-dritt industrijali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="285.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Huma kkunsidrati bħala entità ekonomika l-mezzi organizzati kollha bl-għan li titwettaq attività ekonomika, prinċipali jew aċċessorja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="285.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ksur tar-regoli stabbiliti fil-paragrafu 1 u fl-ewwel parti tal-paragrafu 3 jikkostitwixxi ksur gravi ħafna.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 62 tal-Lei n<HT TYPE="SUP">o</HT> 50/2012 aprova o regime jurídico da actividade empresarial local e das participações locais e revoga as Leis n<HT TYPE="SUP">o</HT><HT TYPE="SUP">s</HT> 53‑F/2006, de 29 de dezembro, e 55/2011, de 15 de novembro (il-Liġi Nru 50/2012 li Tapprova s-Sistema Legali tal-Attivitajiet tan-Negozji Lokali u tal-Kontributuri Lokali, li Tħassar il-Liġijiet Nri 53‑F/2006, tad‑29 ta’ Diċembru, u 55/2001, tal‑15 ta’ Novembru), tal‑<DATE ISO="20120831">31 ta’ Awwissu 2012</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Diário da República</HT>, l‑ewwel Serje, Nru 169, tal‑<DATE ISO="20120831">31 ta’ Awwissu 2012</DATE>), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, dwar ix-xoljiment ta’ impriżi lokali, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="062.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-Artikolu 35 tal-Kodiċi dwar il-Kumpanniji Kummerċjali, l-impriżi lokali għandhom ikunu suġġetti għal deċiżjoni ta’ xoljiment, fi żmien sitt xhur, jekk tkun teżisti waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="062.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-paragrafu li ġej, is-sistema tal-kuntratt ta’ xogħol tapplika għall-persuni li effettivament jeżerċitaw funzjonijiet fl-impriżi lokali li jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fil-paragrafu 1, u li ma jaqgħux taħt strumenti tal-mobbiltà previsti mil-Liġi Nru l2‑A/2008 tas‑<DATE ISO="20080227">27 ta’ Frar 2008</DATE>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="062.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-impriżi lokali fil-proċess ta’ stralċ jistgħu jittrasferixxu lill-entitajiet pubbliċi parteċipanti l-ħaddiema tagħhom taħt kuntratt ta’ xogħol, konformement mal-Artikolu 58 tal-Liġi Nru l2‑A/2008 tas‑<DATE ISO="20080227">27 ta’ Frar 2008</DATE>, biss sa fejn dawn ikunu assenjati u jkunu meħtieġa għall-eżerċizzju tal-attivitajiet li huma s-suġġett tal-integrazzjoni jew tal-internalizzazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="062.011"><NO.PARAG>11.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafi 6 sa 10 japplikaw biss għall-ħaddiema li għandhom kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat konkluż mill-inqas sena qabel id-data tad-deliberazzjoni li takkumpanja x-xoljiment tal-impriża lokali, u li għalihom, fil-każ tal-kostituzzjoni ta’ rabta legali ta’ impjieg pubbliku għal żmien indeterminat, l-ebda kumpens ma jkun dovut għat-tmiem tal-post tax-xogħol preċedenti.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20050419">19 ta’ April 2005</DATE>, C. Correia Moreira kkonkludiet kuntratt ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol ma’ Expo Arade, Animação e Gestão do Parque de Feiras e Exposições de Portimão EM.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20060102">2 ta’ Jannar 2006</DATE>, C. Correia Moreira kkonkludiet kuntratt ta’ xogħol mal-imsemmija impriża għal żmien determinat ta’ sena sabiex teżerċita l-funzjonijiet ta’ tekniku tar-riżorsi umani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20081101">1 ta’ Novembru 2008</DATE>, C. Correia Moreira kkonkludiet kuntratt ta’ provvista ta’ servizz ma’ Portimão Urbis EM SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Portimão Urbis<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) sabiex teżerċita l-funzjonijiet ta’ Kap ta’ Diviżjoni għall-Ġestjoni Amministrattiva u għar-Riżorsi Umani. Dan il-kuntratt dam sat‑<DATE ISO="20100630">30 ta’ Ġunju 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>, C. Correia Moreira kkonkludiet kuntratt ta’ provvista ta’ servizz ġdid ma’ Portimão Urbis, sabiex teżerċita l-istess funzjonijiet. Il-partijiet temmew dan il-kuntratt fl‑<DATE ISO="20130701">1 ta’ Lulju 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-istess data, hija kkonkludiet kuntratt ta’ provvista ta’ servizz ġdid ma’ Portimão Urbis sabiex teżerċita l-funzjonijiet ta’ Amministratur ta’ Diviżjoni ta’ Ġestjoni Amministrattiva u ta’ Riżorsi Umani, iżda bi tnaqqis fir-remunerazzjoni grossa tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20141015">15 ta’ Ottubru 2014</DATE>, il-Muniċipalità ta’ Portimão approvat ix-xoljiment u l-istralċ ta’ Portimão Urbis bħala parti minn pjan għall-internalizzazzjoni ta’ parti mill-attivitajiet ta’ din l-impriża fil-muniċipalità u għall-esternalizzazzjoni ta’ attivitajiet oħra lil impriża muniċipali oħra, jiġifieri Empresa Municipal de Águas e Resíduos de Portimão EM SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>EMARP<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Muniċipalità ta’ Portimão u EMARP żammu fis-seħħ id-drittijiet kollha marbuta mal-kuntratti ta’ xogħol konklużi minn Portimão Urbis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>C. Correia Moreira kienet fil-lista ta’ ħaddiema <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>internalizzati<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> tal-Muniċipalità ta’ Portimão, li kkonkludew ftehim ta’ trasferiment fl-interess pubbliku ma’ din tal-aħħar, u hija kienet allokata għas-servizzi amministrattivi u ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani. Bejn l‑<DATE ISO="20150101">1 ta’ Jannar 2015</DATE> u l‑<DATE ISO="20170420">20 ta’ April 2017</DATE>, hija eżerċitat il-funzjonijiet bħala tekniku superjuri fil-qasam tal-attività funzjonali tar-riżorsi umani fi ħdan il-Muniċipalità ta’ Portimão.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Lulju 2015, il-ħaddiema li kienu inklużi fil-pjan ta’ internalizzazzjoni, inkluża C. Correia Moreira, ġew infurmati mill-Muniċipalità ta’ Portimão li l-kandidatura tagħhom għall-kompetizzjoni prevista kienet timplika, jekk dawn ikunu kandidati li għaddew, li jiġu rreklutati fl-ewwel livell tas-servizz pubbliku, bl-obbligu li jibqgħu hemm għal mill-inqas għaxar snin. Il-ħaddiema li kienu ġew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>esternalizzati<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> lil EMARP ma kinux ġew suġġetti għal tali proċedura ta’ kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Infetħet kompetizzjoni li applikat għaliha C. Correia Moreira. Fid-data ta’ skadenza ta’ din il-kompetizzjoni, u minkejja li hija kienet ġiet ikklassifikata fl-ewwel post fil-lista, qalulha li r-remunerazzjoni tagħha kienet ser tkun inqas minn dik li kienet tirċievi minn Portimão Urbis, li hija ħaġa li ma aċċettatx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, Portimão Urbis bagħtet lil C. Correia Moreira x-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tagħha minħabba l-għeluq tal-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180102">2 ta’ Jannar 2018</DATE>, l-għeluq tal-istralċ ta’ Portimão Urbis ġie rreġistrat fir-Reġistru Kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>C. Correia Moreira talbet lit-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (il-Qorti Distrettwali ta’ Faro, il-Portugall) li tikkonstata li t-trażmissjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tagħha ma’ Portimão Urbis ġie mwettaq lejn il-Muniċipalità ta’ Portimão, mill‑<DATE ISO="20150101">1 ta’ Jannar 2015</DATE>, minħabba t-trasferiment tan-negozju li fih hija kienet taħdem. Fid-dawl ta’ dan it-trasferiment, hija titlob lill-qorti tar-rinviju tiddikjara li x-xoljiment sussegwenti tal-kuntratt ta’ xogħol huwa illegali u li hija għandha tiġi integrata fil-persunal tal-Muniċipalità ta’ Portimão bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li kienu japplikaw għaliha ma’ Portimão Urbis mill‑<DATE ISO="20150101">1 ta’ Jannar 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija titlob li l-Muniċipalità ta’ Portimão tiġi kkundannata tħallas id-differenza fis-salarju bejn dak li hija kienet obbligata tħallasha wara dan it-trasferiment, u dak li effettivament ħallsitha. Fl-aħħar nett, hija titlob li l-Muniċipalità ta’ Portimão tiġi kkundannata tħallasha kumpens għad-danni morali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Muniċipalità ta’ Portimão oġġezzjonat għat-talbiet ta’ C. Correia Moreira, billi sostniet, l-ewwel nett, li ma kienx hemm trasferiment ta’ negozju, minħabba li l-impriża tal-komun kienet ġiet xolta skont liġi, peress li din il-muniċipalità kienet sempliċiment ħadet il-kompetenzi li oriġinarjament hija kienet ingħatat, it-tieni nett, li C. Correia Moreira eżerċitat il-funzjonijiet fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizz u li għalhekk hija ma kellhiex l-istatus ta’ ħaddiem fi ħdan Portimão Urbis u, it-tielet nett, li l-Muniċipalità ta’ Portimão kienet ikkonformat biss mas-sistema legali li tirriżulta mill-Artikolu 62 tal-Liġi Nru 50/2012 tal‑<DATE ISO="20120831">31 ta’ Awwissu 2012</DATE>, fil-verżjoni applikabbli għall-kawża prinċipali, li skontu l-uffiċjali kollha tal-muniċipalitajiet ġew irreklutati abbażi ta’ modalitajiet speċifiċi u kienu suġġetti għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fir-rigward tal-aċċess għas-servizz pubbliku stabbilit fl-Artikolu 47(2) tal-Kostituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Judicial da Comarca de Faro (il-Qorti Distrettwali ta’ Faro) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>a)</NO.P><TXT>Ġaladarba t-terminu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>impjegat<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> jinkludi kwalunkwe persuna li, fl-Istat Membru rispettiv tagħha, hija protetta bħala impjegata mil-leġiżlazzjoni industrijali nazzjonali, il-persuna li jkollha kuntratt ta’ provvista ta’ servizz mal-persuna li tagħmel it-trasferiment għandha titqies bħala impjegata fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva [2001/23] u tibbenefika mill-protezzjoni mogħtija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, b’mod speċifiku l-imsemmija Direttiva [2001/23], flimkien mal-Artikolu 4(2) [TUE], tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, anki fil-każ ta’ trasferiment kopert mill-imsemmija direttiva, tkun timponi li l-impjegati jissuġġettaw lilhom infushom neċessarjament għal kompetizzjoni pubblika u jsiru suġġetti għal kuntratt ġdid mal-persuna li lilha jsir it-trasferiment fejn din tkun awtorità muniċipali?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2001/23, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1)(d) tagħha, għandhiex tiġi interpretata fis-sens li persuna li kkonkludiet, flimkien mal-persuna li tagħmel it-trasferiment, kuntratt ta’ provvista ta’ servizz, fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tistax titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u għalhekk tibbenefika mill-protezzjoni mogħtija minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Qabelxejn, hemm lok li jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju, fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, tirreferi b’mod espliċitu għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Piscarreta Ricardo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑416/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:574">EU:C:2017:574</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, essenzjalment, li l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni fejn l-attivitajiet ta’ impriża muniċipali jiġu ttrasferiti lil muniċipalità taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, sakemm l-identità ta’ din l-impriża tinżamm wara t-trasferiment, li hija ħaġa li għandha tiġi ddeterminata mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>It-talba preżenti għal deċiżjoni preliminari tressqet mill-istess qorti li rreferiet il-każ lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża li tat lok għas-sentenza ċċitata fil-punt preċedenti u tirrigwarda operazzjoni tal-istess tip bħal dik prevista fiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Jidher li, fil-kawża prinċipali, fir-rigward tal-kundizzjoni li tinżamm l-identità tal-impriża ttrasferita, il-qorti tar-rinviju ma tara l-ebda problema partikolari, peress li hija tibda mill-premessa li l-operazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fil-kuntest ta’ trasferiment bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, persuna, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, tistax titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2001/23, minħabba n-natura speċifika tal-kuntratt tagħha mal-persuna li tagħmel it-trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa importanti li jitfakkar li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2001/23 huwa mifhum li jfisser kwalunkwe persuna li, fl-Istat Membru kkonċernat, hija protetta bħala ħaddiem skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva jiddisponi li l-imsemmija direttiva ma tippreġudikax id-dritt nazzjonali fir-rigward tad-definizzjoni tal-kuntratt jew tar-relazzjoni ta’ impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jirriżulta li, jekk id-Direttiva 2001/23 għandha l-għan li tipproteġi lill-ħaddiema, huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddefinixxu l-ħaddiem kif ukoll il-kuntratt tiegħu jew ir-relazzjoni ta’ impjieg tiegħu fil-leġiżlazzjonijiet rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dritt nazzjonali (digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151021">21 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kovozber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑120/15</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:730">EU:C:2015:730</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), peress li din il-ġurisdizzjoni hija tal-qorti tar-rinviju, għandu jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, din tal-aħħar tosserva, fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, li l-kuntratt ta’ provvista ta’ servizz, konkluż ma’ persuna li diġà hija ħaddiem jew li ma għandha l-ebda relazzjoni ta’ impjieg preċedenti oħra, jikkwalifika bħala kuntratt ta’ xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għalhekk, jidher li persuna, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, tista’ titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2001/23, u l-kuntratt ta’ provvista ta’ servizz tagħha jista’ jitqies bħala kuntratt ta’ xogħol fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-protezzjoni mogħtija lil dan it-tip ta’ ħaddiem hija differenti minn dik mogħtija lil ħaddiema oħra, sa fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata tagħmilha possibbli li jiġi tterminat kuntratt ta’ provvista ta’ servizz billi sempliċement jingħata preavviż tat-temm ta’ impjieg bil-miktub, f’terminu relattivament qasir, u mingħajr ma tkun meħtieġa l-ebda raġuni leġittima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 2001/23 jirrikjedi biss li persuna tkun protetta bħala ħaddiem, taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata, mingħajr, madankollu, insistenza fuq ċertu kontenut jew ċerta kwalità ta’ protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Infatti, il-fatt li jsiru rilevanti d-differenzi bejn il-ħaddiema, skont il-kontenut jew il-kwalità tal-protezzjoni tagħhom skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, iċaħħad lid-Direttiva 2001/23 minn parti mill-effett utli tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll li d-Direttiva 2001/23, kif jirriżulta mill-premessa 3 tagħha, hija intiża sabiex tiżgura ż-żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema f’każ ta’ bidla tal-kap tal-impriża, u mhux, jekk ikun il-każ, sabiex testendi d-drittijiet tagħhom. Għalhekk, din id-direttiva hija limitata sabiex tiżgura li l-protezzjoni ta’ persuna taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata ma tiddeterjorax sempliċement bħala riżultat tat-trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-għan tal-imsemmija direttiva huwa li tiżgura, sa fejn ikun possibbli, il-kontinwazzjoni tal-kuntratti jew tar-relazzjonijiet ta’ impjieg, mingħajr tibdil, maċ-ċessjonarju, sabiex jiġi evitat li l-ħaddiema kkonċernati jitqiegħdu f’pożizzjoni inqas favorevoli sempliċiment minħabba dan it-trasferiment (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170406">6 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Unionen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑336/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:276">EU:C:2017:276</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-Direttiva 2001/23 tiżgura li l-protezzjoni speċifika prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tinżamm mingħajr ma taffettwa l-kontenut jew il-kwalità tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li d-Direttiva 2001/23, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1)(d) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li persuna li kkonkludiet, flimkien mal-persuna li tagħmel it-trasferiment, kuntratt ta’ provvista ta’ servizz, fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tista’ titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u għalhekk tibbenefika mill-protezzjoni mogħtija minn din id-direttiva, bil-kundizzjoni, madankollu, li hija tkun protetta bħala ħaddiem permezz ta’ din il-leġiżlazzjoni u li tibbenefika minn kuntratt ta’ xogħol fid-data tat-trasferiment, li hija ħaġa li l-qorti tar-rinviju għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2001/23, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(2) TUE, għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, fil-każ ta’ trasferiment, fis-sens ta’ din id-direttiva, u fejn il-persuna li lilha jsir it-trasferiment tkun awtorità muniċipali, il-ħaddiema kkonċernati għandhomx, minn naħa, ikunu suġġetti għal proċedura ta’ kompetizzjoni pubblika u, min-naħa l-oħra, isiru suġġetti għal rabta ġdida mal-persuna li lilha jsir it-trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-fatt li l-persuna li lilha jsir it-trasferiment tkun persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku ma huwiex ta’ natura li jeskludi l-eżistenza ta’ trasferiment li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23, li din il-persuna ġuridika tkun impriża pubblika responsabbli għal servizz pubbliku jew komun. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-fatt li l-persuna li lilha jsir it-trasferiment tkun muniċipalità ma jipprekludix, bħala tali, li l-imsemmija direttiva tapplika għal trasferiment tal-attivitajiet ta’ impriża lil muniċipalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Piscarreta Ricardo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑416/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:574">EU:C:2017:574</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, f’dan ir-rigward, li mill-formulazzjoni tal-Artikolu 1(1)(ċ) tad-Direttiva 2001/23 jirriżulta li, sabiex din tkun tapplika, it-trasferiment għandu jirrigwarda entità li teżerċita attività ekonomika, kemm jekk tkun bi skop ta’ lukru kif ukoll jekk le, u li, bħala prinċipju, l-attivitajiet li jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika huma esklużi f’dan ir-rigward (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Piscarreta Ricardo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑416/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:574">EU:C:2017:574</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Mill-qari tat-tieni domanda jirriżulta li l-qorti tar-rinviju tidher li tqis li t-trasferiment inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa kopert mid-Direttiva 2001/23 u għalhekk li l-attivitajiet li huma s-suġġett ta’ dan it-trasferiment ma jaqgħux taħt l-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Huwa għalhekk esklużivament abbażi ta’ din l-ipoteżi, li l-verifika tagħha għandha ssir mill-qorti tar-rinviju, li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw għall-persuna li tagħmel it-trasferiment minn kuntratt ta’ xogħol jew minn relazzjoni ta’ impjieg eżistenti fid-data tat-trasferiment għandhom, minħabba dan it-trasferiment, jiġu ttrasferiti lill-persuna li lilha jsir it-trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, kif tfakkar fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, l-għan tad-Direttiva 2001/23 huwa li tevita li l-ħaddiema kkonċernati jitqiegħdu f’pożizzjoni inqas favorevoli sempliċement minħabba l-fatt tat-trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, persuna, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, għandha, minħabba t-trasferiment, minn naħa, tkun suġġetta għal proċedura ta’ kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, issir suġġetta għal kuntratt ġdid mal-persuna li lilha jsir it-trasferiment. Barra minn hekk, jekk, bħala riżultat ta’ tali proċedura ta’ kompetizzjoni pubblika, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tkun ġiet integrata fis-servizz pubbliku, hija tkun suġġetta għal tnaqqis fis-salarju tagħha għal perijodu ta’ mill-inqas għaxar snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Issa, hemm lok li jitqies li tali rekwiżiti, li, minn naħa, ibiddlu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, miftiehma mal-persuna li tagħmel it-trasferiment, ta’ persuna, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, u, min-naħa l-oħra, jistgħu jpoġġu lill-ħaddiema f’pożizzjoni inqas favorevoli minn dik li kienet fiha qabel dan it-trasferiment imorru kontra kemm l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23 kif ukoll l-għan ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-referenza magħmula mill-qorti tar-rinviju għall-Artikolu 4(2) TUE, għandu jitfakkar li din id-dispożizzjoni tipprevedi li l-Unjoni għandha tirrispetta, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, l-identità nazzjonali inerenti fl-istrutturi fundamentali, kemm politiċi kif ukoll kostituzzjonali, tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-imsemmija dispożizzjoni ma tistax tiġi interpretata bħala li tippermetti, f’qasam li fih l-Istati Membri jkunu ttrasferew kompetenzi tagħhom lill-Unjoni, bħal fir-rigward taż-żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, li ħaddiem jiċċaħħad mill-protezzjoni mogħtija lilu mid-dritt tal-Unjoni fis-seħħ f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li r-risposta li tingħata għat-tieni domanda tkun li d-Direttiva 2001/23, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(2) TUE, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, fil-każ ta’ trasferiment, fis-sens ta’ din id-direttiva, u fejn il-persuna li lilha jsir it-trasferiment tkun awtorità muniċipali, il-ħaddiema kkonċernati għandhom, minn naħa, ikunu suġġetti għal proċedura ta’ kompetizzjoni pubblika u, min-naħa l-oħra, isiru suġġetti għal rabta ġdida mal-persuna li lilha jsir it-trasferiment.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat‑<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1)(d) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li persuna li kkonkludiet, flimkien<?PAGE NO="11"?> mal-persuna li tagħmel it-trasferiment, kuntratt ta’ provvista ta’ servizz, fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tista’ titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u għalhekk tibbenefika mill-protezzjoni mogħtija minn din id-direttiva, bil-kundizzjoni, madankollu, li hija tkun protetta bħala ħaddiem permezz ta’ din il-leġiżlazzjoni u li tibbenefika minn kuntratt ta’ xogħol fid-data tat-trasferiment, li hija ħaġa li l-qorti tar-rinviju għandha tivverifika.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2001/23, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(2) TUE, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, fil-każ ta’ trasferiment, fis-sens ta’ din id-direttiva, u fejn il-persuna li lilha jsir it-trasferiment tkun awtorità muniċipali, il-ħaddiema kkonċernati għandhom, minn naħa, ikunu suġġetti għal proċedura ta’ kompetizzjoni pubblika u, min-naħa l-oħra, isiru suġġetti għal rabta ġdida mal-persuna li lilha jsir it-trasferiment.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>