|
1.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Lulju 2013
li ġġedded is-sħubija tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku u li tħassar id-Deċiżjoni tat-13 ta’ Novembru 2012 li taħtar il-membri tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku
(2013/412/Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 134(2) tiegħu,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 134(2) tat-Trattat, kif emendat mill-Artikolu 11 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja, jipprevedi li l-Kumitat Xjentifiku u Tekniku għandu jikkonsisti minn tnejn u erbgħin membru. |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni tat-13 ta’ Novembru 2012 (1), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku għall-perijodu mit-23 ta’ Jannar 2013 sat-22 ta’ Jannar 2018. Madankollu, bis-saħħa tal-Artikolu 26(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja, is-sħubija tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku għandha tiġġedded kompletament mal-adeżjoni tal-Kroazja. Għalhekk, għandhom jinħatru membri tal-Kumitat ġodda u d-Deċiżjoni tat-13 ta’ Novembru 2012 għandha titħassar. |
|
(3) |
Sabiex ikun jista’ jagħmel użu sħiħ mill-firxa wiesgħa ta’ kompetenzi meħtieġa fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku jista’, soġġett għar-regoli interni tiegħu, isejjaħ lill-membri supplenti biex jipparteċipaw fil-laqgħat tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura membri tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku għall-perijodu mill-25 ta’ Lulju 2013 sal-24 ta’ Lulju 2018:
|
|
Rosa ALBA |
|
|
Vanni ANTONI |
|
|
Kathrin APEL |
|
|
Evgenia BENOVA |
|
|
Bernard BONIN |
|
|
Michel BOURGUIGNON |
|
|
Frank BRISCOE |
|
|
Panicos DEMETRIADES |
|
|
Daniela DIACONU |
|
|
Tony DONNÉ |
|
|
James DRAKE |
|
|
Juan ESPOSITO |
|
|
János GADÓ |
|
|
Carlos HIDALGO VERA |
|
|
Kyriakos HIZANIDIS |
|
|
Sue ION |
|
|
Eugene KENNEDY |
|
|
Jan Leen KLOOSTERMAN |
|
|
Wolfgang LIEBERT |
|
|
Peter LĺŠKA |
|
|
Merle LUST |
|
|
Jens-Peter LYNOV |
|
|
Gabriel MARBACH |
|
|
José MARQUES |
|
|
Emilio MÍNGUEZ |
|
|
Martin MURRAY |
|
|
Jerzy Wiktor NIEWODNICZAŃSKI |
|
|
Milan PATRĺK |
|
|
Pavol PAVLO |
|
|
Rainer SALOMAA |
|
|
Jean-Paul SAMAIN |
|
|
Edouard SINNER |
|
|
Borut SMODIŠ |
|
|
Thomas SUNN PEDERSEN |
|
|
Tonči TADIĆ |
|
|
Ioan URSU |
|
|
Eugenijus USPURAS |
|
|
Theo VAN RENTERGEM |
|
|
Carlos VARANDAS |
|
|
Franck-Peter WEISS |
|
|
Roman ZAGÓRSKI |
|
|
Sándor ZOLETNIK |
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2012 hija b’dan imħassra b’effett mill-25 ta’ Lulju 2013.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2012 li taħtar il-membri tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku (ĠU C 360, 22.11.2012, p. 2).