2.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Mejju 2010

dwar l-użu ta’ metodoloġija armonizzata għall-klassifikar u l-irrappurtar tal-ilmenti u d-domandi tal-konsumaturi

(2010/304/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew fil-Konklużjonijiet ta’ Presidenza tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2007 ta merħba lir-Reviżjoni tas-Suq Waħdieni li ssejjaħ għal tfassil tal-politika u regolazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġi żviluppat ftehim aħjar tar-riżultati tas-suq għall-konsumaturi fis-Suq Intern permezz ta’ żvilupp ta’ għodda u indikaturi bħall-ilmenti tal-konsumatur.

(2)

Il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Novembru 2008 dwar it-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur stieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu lejn armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tal-ilmenti użati mill-awtoritajiet kompetenti u s-servizzi ta’ għajnuna lill-konsumatur rilevanti fl-Istati Membri u biex jistabbilixxu bażi ta’ dejta tal-ilmenti tal-konsumaturi fl-Unjoni kollha. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2010 dwar il-ħarsien tal-konsumaturi, il-Parlament Ewropew sejjaħ għal entitajiet li jilqgħu l-ilmenti biex jadottaw il-metodoloġija tal-klassifikazzjoni armonizzata għall-ikklassifikar u r-rappurtaġġ tal-ilmenti tal-konsumaturi kif propost mill-Kummissjoni.

(3)

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-13 ta’ Marzu 2007“Strateġija 2007-2013 tal-UE għall-Politika tal-Konsumatur li tagħti s-setgħa lill-konsumaturi, ittejjeb il-benessri tagħhom, u tħarishom b’mod effettiv” (1) stabbiliet il-monitoraġġ aħjar tas-swieq tal-konsumatur u tal-politiki nazzjonali tal-konsumatur bħala wieħed mill-prijoritajiet tagħha, inkluż l-iżvilupp ta’ għodda għall-monitoraġġ tal-ilmenti tal-konsumaturi.

(4)

B’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (2), l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, qafas komuni għall-klassifikazzjoni tal-ilmenti tal-konsumaturi. Għal dak il-għan, huwa xieraq li tiġi introdotta metodoloġija armonizzata, biex tintuża minn dawk l-entitajiet fl-Unjoni li huma responsabbli mill-ilmenti, għall-klassifikazzjoni u r-rappurtar tal-ilmenti tal-konsumaturi lill-Kummissjoni. Għal monitoraġġ aħjar tal-funzjonament tas-suq, huwa xieraq li l-metodoloġija tiġi estiża għad-domandi tal-konsumaturi,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

(1)

Entitajiet responsabbli mill-ilmenti, b’mod partikolari fl-awtoritajiet tal-konsumatur, fl-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, fl-awtoritajiet regolatorji, fl-entitajiet ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim, fil-bords tal-ilmenti, Ombudsmen indipendenti stabbiliti mill-awtoritajiet governattivi, servizzi indipendenti tat-tip ta’ Ombudsmen stabbiliti minn negozjanti, u entitajiet tal-industrija li jirregolaw lilhom infushom fl-Istati Membri, għandhom jimplimentaw din ir-Rakkomandazzjoni b’konformità mal-punti 2 sa 9 u soġġett għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità li jistgħu jkollhom jirrispettaw, fir-rigward tar-reklamar kummerċjali kollu li hu mmirat għall-konsumaturi u għall-bejgħ u l-kuntratti ta’ servizz għal oġġetti u servizzi konklużi bejn in-negozjanti u l-konsumaturi.

(2)

Għall-għanijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“konsumatur” ifisser persuna naturali li taġixxi għal għanijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-kummerċ, negozju, jew professjoni tagħha;

(b)

“ilment tal-konsumatur” ifisser dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon ma’ negozjant speċifiku magħmul minn konsumatur lill-entità responsabbli mill-ilmenti, fir-rigward tal-promozzjoni, bejgħ jew forniment ta’ oġġett jew servizz, użu ta’ oġġett jew servizz jew servizz ta’ wara l-bejgħ;

(c)

“domanda tal-konsumatur” tfisser talba għal informazzjoni jew parir, apparti minn ilment, magħmul minn konsumatur lill-entità responsabbli mill-ilmenti, fir-rigward tal-promozzjoni, bejgħ jew forniment ta’ oġġett jew servizz, użu ta’ oġġett jew servizz jew servizz ta’ wara l-bejgħ;

(d)

“negozjant” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li, fir-rigward tal-promozzjoni, bejgħ jew forniment ta’ oġġett jew servizz, li qed taġixxi għal skopijiet relatati mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tagħha u kull minn jaġixxi fl-isem jew għall-kummerċjant;

(e)

“entità responsabbli mill-ilmenti” tfisser kwalunkwe entità li hija responsabbli mill-ġbir tal-ilmenti tal-konsumaturi, jew li tipprova ssolvi l-ilmenti, jew tagħti parir, jew tipprovdi informazzjoni lill-konsumaturi dwar l-ilmenti jew id-domandi, li hija parti terza għall-ilment jew domanda mill-konsumatur dwar negozjant; ma tinkludix mekkaniżmi responsabbli mill-ilmenti tal-konsumaturi li huma mħaddma minn negozjanti u li jittrattaw domandi u lmenti direttament mal-konsumatur jew mekkaniżmi li jipprovdu servizzi responsabbli mill-ilmenti li jaħdmu permezz ta’ jew f’isem in-negozjant.

(3)

Entitajiet responsabbli mill-ilmenti għandhom jiġbru u jirreġistraw minn tal-inqas id-dejta rakkomandata li ġejja:

(a)

l-informazzjoni ġenerali li ġejja b’konformità mal-oqsma ta’ dejta stabbiliti fis-Subtaqsima I tat-Taqsima A tal-Anness għall-ilmenti:

(i)

il-pajjiż tal-konsumatur;

(ii)

il-pajjiż tal-konsumatur;

(iii)

l-isem tal-entità responsabbli mill-ilment;

(iv)

ir-raġuni għall-kuntatt mill-konsumatur, id-distinzjoni bejn ilmenti u domandi;

(v)

id-data ta’ meta wasal l-ilment jew id-domanda;

(vi)

il-metodu tal-bejgħ, esklużi s-sottokategoriji 61.1 - 61.15;

(b)

informazzjoni dwar is-settur b’konformità mat-Taqsima B tal-Anness, minn tal-inqas fil-livell 2 għall-ilmenti;

(c)

Tip ta’ informazzjoni dwar l-ilment b’konformità mat-Taqsima C tal-Anness, minn tal-inqas fil-livell 1 għall-ilmenti.

(4)

Entitajiet responsabbli mill-ilmenti huma mħeġġa biex jiġbru u jirreġistraw id-dejta addizzjonali li ġejja:

(a)

informazzjoni dwar il-metodu tal-bejgħ, subkategorijiet 61.1 - 61.15 b’konformità mas-Subtaqsima I tat-Taqsima A tal-Anness għall-ilmenti:

(b)

l-informazzjoni ġenerali li ġejja b’konformità mal-oqsma ta’ dejta stabbiliti fis-Sottotaqsima II tat-Taqsima A tal-Anness għall-ilmenti:

(i)

metodu ta’ reklamar;

(ii)

mezzi ta’ pagament;

(iii)

l-isem tan-negozjant;

(iv)

il-valur tat-tranżazzjoni;

(v)

il-valur tat-telf magħmul mill-konsumatur;

(c)

it-tip ta’ informazzjoni dwar l-ilment b’konformità mat-Taqsima C tal-Anness, minn tal-inqas fil-livell 2 għall-ilmenti;

(d)

informazzjoni dwar id-domandi.

(5)

Entitajiet li huma responsabbli mill-ilmenti jistgħu jiġbru informazzjoni addizzjonali li hija mqassma lil hinn mil-livelli deskritti fil-punti 3 u 4, sakemm tkun konsistenti mas-sezzjonijiet tad-dejta deskritti fil-punti msemmija hawn fuq.

(6)

Entitajiet responsabbli mill-ilmenti għandhom jirrappurtaw id-dejta kollha msemmija f’punt 3 annwalment lill-Kummissjoni. Id-dejta għandha tiġi rrappurtata kemm jista’ jkun malajr wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja.

(7)

Entitajiet responsabbli mill-ilmenti huma mħeġġa jirrappurtaw id-dejta msemmija fil-punt 4, bl-eċċezzjoni ta’ dejta fl-“isem tan-negozjant” imsemmija fil-punt 4(b) (iii) annwalment lill-Kummissjoni. Id-dejta għandha tiġi rrappurtata kemm jista’ jkun malajr wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja.

(8)

L-entitajiet responsabbli mill-ilmenti għandhom jirrappurtaw id-dejta skont punt 6 u 7 f’mod li jippermetti d-dejta pprovduta li tkun identifikata separatament għal kull ilment individwali, sabiex id-dejta minn entitajiet differenti responsabbli mill-ilmenti jkunu jistgħu jiġu aggregati u ppubblikati mill-Kummissjoni b’mod li jippermetti li jkun hemm tqabbil bejn is-sezzjonijiet kollha ta’ dejta koperti minn din ir-rakkomandazzjoni.

(9)

F’każ li dejta personali tkun ipproċessata, dan għandu jsir skont il-liġijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (3) u skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (4) jekk applikabbli. Għandu japplika l-prinċipju tal-minimalizzazzjoni tad-dejta, jiġifieri l-ipproċessar biss ta’ dejta li hija strettament neċessarja għall-iskopijiet tal-irrappurtar tal-ilmenti u d-domandi tal-konsumaturi (il-Punt 1 tiegħu). Dejta personali fl-ilmenti u d-domandi tal-konsumaturi għandha, jekk ikun possibbli, tkun anonimizzata.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  COM(2007) 99 finali.

(2)   ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.

(3)   ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(4)   ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


ANNESS

TAQSIMA A

INFORMAZZJONI ĠENERALI

Sottotaqsima I   Dejta u intestaturi rakkomandati

1.   Il-pajjiż tal-konsumatur

Il-pajjiż fejn jgħix il-konsumatur:

11

Il-Belġju

12

Il-Bulgarija

13

Ir-Repubblika Ċeka

14

Id-Danimarka

15

Il-Ġermanja

16

L-Estonja

17

L-Irlanda

18

Il-Greċja

19

Spanja

20

Franza

21

L-Italja

22

Ċipru

23

Il-Latvja

24

Il-Litwanja

25

Il-Lussemburgu

26

L-Ungerija

27

Malta

28

Il-Pajjiżi l-Baxxi

29

L-Awstrija

30

Il-Polonja

31

Il-Portugall

32

Ir-Rumanija

33

Is-Slovenja

34

Is-Slovakkja

35

Il-Finlandja

36

L-Isvezja

37

Ir-Renju Unit

38

L-Islanda

39

Il-Liechtenstein

40

In-Norveġja

41

L-Isvizzera

42

Oħrajn

43

Il-pajjiż mhux magħruf

2.   Il-pajjiż tan-negozjant (1)

Il-pajjiż fejn in-negozjant huwa stabbilit:

11

Il-Belġju

12

Il-Bulgarija

13

Ir-Repubblika Ċeka

14

Id-Danimarka

15

Il-Ġermanja

16

L-Estonja

17

L-Irlanda

18

Il-Greċja

19

Spanja

20

Franza

21

L-Italja

22

Ċipru

23

Il-Latvja

24

Il-Litwanja

25

Il-Lussemburgu

26

L-Ungerija

27

Malta

28

Il-Pajjiżi l-Baxxi

29

L-Awstrija

30

Il-Polonja

31

Il-Portugall

32

Ir-Rumanija

33

Is-Slovenja

34

Is-Slovakkja

35

Il-Finlandja

36

L-Isvezja

37

Ir-Renju Unit

38

L-Islanda

39

Il-Liechtenstein

40

In-Norveġja

41

L-Isvizzera

42

Oħrajn

43

Ma nafx

44

Mhux applikabbli

3.   L-isem tal-entità li tittratta l-ilmenti

31

Test liberu

4.   Ir-raġuni għala l-konsumatur għamel kuntatt

41

Ilment

42

Domanda

5.   Id-data meta l-konsumatur għamel kuntatt

Id-data meta l-ilment jew id-domanda kien/et reġistrat/a l-ewwel darba mill-entità li tittratta l-ilmenti:

51

SSSS-XX-DD

6.   Il-metodu ta’ bejgħ

Dan huwa l-metodu ta’ bejgħ użat biex titwettaq it-tranżazzjoni:

61

Wiċċ imb’wiċċ. Il-postijiet fejn saret it-tranżazzjoni, inklużi l-ħwienet:

61.1

Supermarket, hypermarket

61.2

Ħanut tal-iskont

61.3

Kumpless kummerċjali

61.4

Ħanut tal-bejgħ bl-imnut li huwa parti minn katina ta’ ħwienet

61.5

Ħanut tal-bejgħ bl-imnut

61.6

Ħanut żgħir

61.7

Bejjiegħ tal-ħaxix u l-frott, ħanut li jibqa’ miftuħ matul il-lejl

61.8

Suq tat-triq, ħanut tal-bdiewa

61.9

Pompa tal-petrol

61.10

Uffiċċju (inklużi banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra)

61.11

Aġenzija tal-ivvjaġġar, aġenzija li toffri organizzatur tal-ġiti

61.12

Sptar, klinika, jew il-post fejn it-tabib jikkura l-pazjenti

61.13

Skola

61.14

Postijiet għall-isport u għall-attivitajiet rikreattivi

61.15

Postijiet ta’ tip ieħor

62

Bejgħ mill-bogħod (eż. bit-telefown, bil-posta), eskluż kummerċ elettroniku, kummerċ bil-mowbajl u irkanti fuq l-Internet

63

Kummerċ elettroniku, eskluż kummerċ bil-mowbajl u irkanti fuq l-Internet

64

Kummerċ bil-mowbajl

65

Suq, fiera kummerċjali

66

Irkanti

67

Irkanti fuq l-Internet

68

Bejgħ ta’ affarijiet ‘il bogħod mill-post tan-negozju (‘l barra mill-post tan-negozju)

69

Metodi oħra ta’ bejgħ

70

Ma nafx

71

Mhux applikabbli

Sottotaqsima II   Dejta u intestaturi addizzjonali

7.   Metodu ta’ reklamar

Il-metodu użat biex jirreklama l-oġġett jew is-servizz lill-konsumatur:

71

Wiċċ imb’wiċċ

72

Telefonata

73

Messaġġ bil-mowbajl

74

Awdjoviżiv (TV, eċċ.)

75

Pubblikazzjoni stampata (gazzetta, pamflet, flyer, eċċ.)

76

Internet (websajt)

77

Posta elettronika

78

Radju

79

Fil-beraħ (reklamar fiss bħal kartellluni jew reklamar tal-mowbajl bħal pereżempju fuq il-vetturi)

80

Oħrajn

81

Ma nafx

82

Mhux applikabbli

8.   Mezzi ta’ ħlas

Mezzi li bihom sar il-ħlas sabiex titwettaq it-tranżazzjoni:

81

Flus kontanti

82

Karta ta’ debitu

83

Karta ta’ kreditu

84

Ċekk stampat, vouchers stampati u ċekkijiet tal-vjaġġaturi stampati

85

Trasferiment ta’ kreditu

86

Debitu dirett

87

Il-flus elettroniċi

88

Rimessa ta’ flus

89

Karti mħallsa minn qabel

90

Pagamenti tal-mowbajl (eż. SMS)

91

Oħrajn

92

Ma nafx

93

Mhux applikabbli

9.   L-isem tan-negozjant

L-isem tan-negozjant assoċjat mal-ilment tal-konsumatur:

91

Test liberu

92

Ma nafx

10.   Valuta

101

EUR

102

BGN

103

CZK

104

DKK

105

EEK

106

HUF

107

LVL

108

LTL

109

PLN

110

RON

111

SEK

112

GBP

113

ISK

114

CHF

115

NOK

116

USD

117

Oħrajn

118

Mhux applikabbli

11.   Il-valur tat-tranżazzjoni

Fejn dan ikun applikabbli, dan hu l-ammont imħallas mill-konsumatur għall-oġġett jew is-servizz:

111

L-ammont (Dan għandu jitniżżel f’numri sħaħ li jispiċċaw f’żewġ punti deċimali 10.50)

112

Ma nafx

113

Mhux applikabbli

12.   Il-valur tat-telf magħmul mill-konsumatur

Fejn dan ikun applikabbli, it-telf monetarju indikattiv kif iddikjarat mill-konsumatur:

121

L-ammont (Dan għandu f’numri sħaħ li jispiċċaw f’żewġ punti deċimali 10.50)

122

Ma nafx

123

Mhux applikabbli

TAQSIMA B

INFORMAZZJONI DWAR IS-SETTUR  (2)

Livell 1 jikkorrispondi għal, pereżempju, 1 “Prodotti għall-Konsumatur”, 2 “Servizzi Ġenerali tal-Konsumatur”.

Livell 2 jikkorrispondi għal, pereżempju, 1.1 “Ikel – Frott u ħxejjex”, 1.2 “Ikel – Laħam”.

Livell 3 jiddiskrivi fid-dettall x’hemm inkluż fil-Livell 2, pereżempu, “frott frisk, imkessaħ jew iffriżat”.

1.   Prodotti għall-Konsumatur

Definizzjoni Deskrittiva/Spjegattiva

1.1.   Ikel - Frott u ħxejjex

Frott

—

frott frisk, imkessaħ jew iffriżat,

—

frott imnixxef, qoxra tal-frott, qliebi tal-frott, lewż u żrieragħ li jittieklu,

—

frott ippreservat u prodotti bbażati fuq il-frott.

Ma tinkludix: ġammijiet, marmellati, compotes, ġeli, polpa u pejst tal-frott (1.5); partijiet tal-pjanti ippreservati fiz-zokkor (1.5); meraq u xropp tal-frott (1.6).

Ħxejjex

—

ħxejjex friski, imkessħin iffriżati jew imnixxfa ikkoltivati għall-weraq jew għaz-zkuk tagħhom (spraġ, brokkli, pastard, indivja, bużbież, spinaċi, eċċ.), għall-frott tagħhom (brunġiel, ħjar, żukkini, bżar aħdar, qargħa aħmar, tadam, eċċ.), u għall-għeruq tagħhom (pitravi, zunnarija, basal, zunnarija bajda, ravanell, liftja eċċ.),

—

patata friska jew imkessħa u ħxejjex oħra tal-għerq (manjokk, arrowroot, cassava, patata ħelwa, eċċ.),

—

ħxejjex ippreservati jew ipproċessati u prodotti bbażati fuq il-ħaxix,

—

prodotti tal-ħxejjex tal-għerq (dqiq, flejks, polpa, ċipp u krisp) inklużi preparazzjonijiet iffriżati bħal patata moqlija.

Tinkludi: żebbuġ, tewm, żrieragħ imnixxfa, qamħirrum ħelu; bużbież tal-baħar u ħaxix ieħor tal-baħar li jittiekel; faqqiegħ u fungi oħra tal-ikel.

Ma tinkludix: lamtu tal-patata, tapjoka, sago u lamtijiet oħra (1.5); sopop, zlazi, brodijiet u stokkijiet li jkun fihom il-ħxejjex (1.5); ħwawar (tursin, rożmarin, nagħniegħ, eċċ.) u taħwir (bżar, bżar aħmar, ġinġer, eċċ.) (1.5), meraq tal-frott u tal-ħaxix (1.6).

1.2.   Ikel - Laħam

Tinkludi:

—

laħam frisk, imkessaħ jew iffriżżat ta:

—

annimali bovini, majjal, nagħaġ u mogħoż,

—

tjur (tiġieġ, papri, wiżż, dundjan, u fargħunijiet),

—

liebru, fenek u kaċċa (antilop, ċerva, ċingjal, faġan, gallozz, ħamiem summien, eċċ.),

—

żiemel, bagħal, ħmar, ġemel u oħrajn simili,

—

ġewwieni tajjeb għall-ikel frisk, imkessaħ jew iffriżat,

—

laħam imnixxef, immellaħ jew affumikat u ġewwieni tajjeb għall-ikel (eż. zalzett, salami, bejken, perżut),

—

laħam ieħor ippreservat jew ipproċessat u preparazzjonijiet ibbażati fuq il-laħam (laħam tal-landa, estratti tal-laħam, meraq tal-laħam, qassatat tal-laħam, eċċ.),

Tinkludi: laħam u ġewwieni tajjeb għall-ikel ta’ mammali tal-baħar (eż. bumerini) u annimali eżotiċi (kangaru, nagħma, kukkudrill, eċċ.); annimali u tjur mixtrijin ħajjin biex jiġu kkunsmati bħala ikel;

Ma tinkludix: lardu u xaħmijiet oħra tal-annimali tajbin għall-ikel (1.5); sopop, brodijiet u stokkijiet li jkun fihom il-laħam (1.5).

1.3.   Ikel – Ħobż u Ċereali

Tinkludi:

—

ross taħt kull forma,

—

qamħirrun, qamħ, xgħir, ħafur, segala u ċereali oħrajn fil-forma ta’ żrieragħ, jew bħala dqiq jew mitħun oħxon,

—

ħobż u prodotti oħra moħmija (ħobż iqarmeċ, qarmeċ, ħobż mixwi, gallettini, ħobż tal-ġinġer, wejfers, waffles, krampit (crumpets), muffins, croissants, pasti, tortellini, qassatat, quiches u pizza, eċċ.),

—

taħlitiet u għaġniet użati fil-preparazzjoni tal-prodotti tal-ħami,

—

prodotti tal-għaġin u tal-pizza taħt kull forma,

—

preparazzjonijiet taċ-ċereali (cornflakes, oatflakes, eċċ) u prodotti oħra miċ-ċereali (xgħir, dqiq magħmul mix-xgħir, estratt tax-xgħir, lamtu tal-patata, tapioka, sagu u lamtijiet oħra),

—

ħobż u ċereali oħra.

Tinkludi: prodotti bbażati fuq it-dqiq ippreparati bil-laħam, ħut, frott tal-baħar, ġobon, ħxejjex jew frott.

Ma tinkludix: torti tal-ħut u torti tal-ħut (1.5), qamħirrum ħelu (1.5).

1.4.   Ikel – Ikel li tajjeb għas-saħħa u nutrittiv

Tinkludi:

—

prodotti tal-ikel li l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni jew ir-riklamar tagħhom jikklejmjaw, jiddikjaraw, jissuġġerixxu jew jimplikaw li: a) għandhom karatteristiċi nutrittivi ta’ benefiċċju partikolari jew b) teżisti relazzjoni bejniethom jew wieħed mill-kostitwenti tagħhom u s-saħħa jew c) il-konsum tagħhom sinifikament inaqqas fatturi tar-riskju fl-iżvilupp tal-mard tal-bniedem.

1.5.   Ikel - Oħrajn

Tinkludi:

—

ħut u frott tal-baħar bil-qoxra,

—

prodotti magħmula mill-ħalib (ħalib, ġobon u oħrajn),

—

bajd/prodotti magħmula mill-bajd,

—

żjut, lardu u xaħmijiet oħra tal-annimali tajbin għall-ikel (butir, marġerina, żejt taż-żebbuġa, żejt tajjeb għall-ikel),

—

ikel tat-trabi/tfal,

—

ħwawar u taħwir,

—

ġewż u prodotti magħmula mill-ġewż,

—

sopop, zlazi, brodijiet u stokkijiet li jkun fihom il-laħam u l-ħxejjex,

—

ikliet lesti,

—

addittivi,

—

zokkor, ġamm, għasel, ċikkulata u ħelu,

—

prodotti tad-dieta,

—

supplimenti tal-ikel,

—

prodotti tal-ikel oħrajn li mhumiex klassifikati band’oħra.

1.6.   Xorb mhux alkoħoliku

Ix-xarbiet mhux alkoħoliċi kklassifikati hawnhekk huma dawk mixtrija fil-ħwienet, supermarkets u stabbilimenti simili oħra esklużi dawk koperti taħt “Servizzi ta’ rikreazzjoni” eż. lukandi u akkomodazzjonijiet oħra ta’ btala (6.1) u ristoranti u ħwienet tax-xorb (6.5).

Tinkludi:

—

kafè, te u kawkaw,

—

ilma minerali,

—

luminati,

—

meraq tal-frott u tal-ħaxix,

—

xroppi, konċentrati.

Ma tinkludix: xarbiet mhux alkoħoliċi mibjugħa fi stabbilimenti bħal dawk koperti taħt “Servizzi ta’ rikreazzjoni” eż. lukandi u akkomodazzjonijiet oħra ta’ btala (6.1) u ristoranti u ħwienet tax-xorb (6.5).

1.7.   Xarbiet alkoħoliċi

Ix-xarbiet ikklassifikati hawnhekk jinkludu xarbiet li ma fihomx jew li għandhom rata baxxa ta’ alkoħol u li ġeneralment ikun fihom l-alkoħol bħal pereżempju l-birra mhux alkoħolika.

Tinkludi:

—

spirti u likuri,

—

inbid,

—

birra.

Ma tinkludix: xarbiet alkoħoliċi mibjugħa fi stabbilimenti bħal dawk koperti taħt “Servizzi ta’ rikreazzjoni” eż. lukandi u akkomodazzjonijiet oħra ta’ btala (6.1) u ristoranti u ħwienet tax-xorb (6.5).

1.8.   Tabakk

Tinkludi:

—

sigaretti; Tabakk tas-sigaretti (tabakk sfuż) u karti tas-sigaretti,

—

sigarri, tabakk tal-pipa, tabakk tal-magħda u niskata,

—

lajters, karburant tal-lajter, sigarrettieri, imqassijiet tas-sigarri, eċċ.

1.9.   Ilbies (li jinkludi affarijiet adattati perfettament għal xi ħadd) u żraben

—

materjali tal-ilbies u ħwejjeġ għall-irġiel, nisa, adoloxxenti, tfal (minn tlieta sa 13-il sena) u trabi (minn 0 sa sentejn), kemm jekk lesti biex jintlibsu kif ukoll jekk magħmula tal-qies, minn kwalunkwe drapp (inkluża l-ġilda, il-fer, il-plastika u l-gomma) biex jintlibsu kuljum, għall-isport u għax-xogħol,

—

iż-żraben kollha għall-irġiel, nisa, adoloxxenti, tfal (minn tlieta sa 13-il sena) u trabi (minn 0 sa sentejn) inkluż żraben għall-isports li hu tajjeb biex jintlibes għal kuljum jew bħala xedd li jintlibes għar-rikjeazzjoni (żraben għall-iġġoggjar, cross-training, tennis, basketball, tbaħħir, eċċ.),

—

partijiet taż-żraben,

—

ħajt tal-ħjata, ħajt tas-suf u l-aċċessorji li jmorru mal-ilbies bħalma huma bokkli, buttuni, buttuni tal-pressa, żippijiet, kurdiċelli, bizzilel, gwarniġjon, eċċ.

—

handbags, portafolli, portmonijiet, eċċ.

Ma tinkludix:

—

drappijiet għat-tagħmir (1.11),

—

ilbies protettiv ieħor għall-isports bħalma huma berita apposta (headgear) protettiva, ġgieget protettivi, ingwanti tal-ibboksjar, kuttunar li jipproteġi l-ġisem, ċintorini, sospensorji, eċċ.; żraben speċifiċi għal ċertu logħob (żraben tal-iskis, żraben tal-futbol, żraben tal-golf u żraben simili oħra ffittjati bl-iskejz, rotelli, imsiemer, stażżijiet, eċċ.); protezzjoni għall-qasba tas-sieq, cricket-pads u lbies ieħor protettiv għall-isports (1.16),

—

oġġetti tal-ivvjaġġar: bagalji, bagolli, basktijiet tal-ivvjaġġar (1.16),

—

oġġetti ta’ maljerija medika bħal kalzetti tal-lastku; żraben ortopediċi (8.3).

1.10.   Oġġetti ta’ manutenzjoni u titjib tad-dar

Tinkludi:

—

materjali għal DIY,

—

żebgħa u għata tal-ħitan,

—

ċnut u barrakki tal-injam,

—

għodod tal-elettriku (eż. trapan, lupa),

—

għodod li ma jaħdmux bl-elettriku,

—

tagħmir/għodod li jintużaw fil-ġnien (ma jaħdmux bl-elettriku),

—

magni tal-ħsad.

Ma tinkludix: apparat domestiku (1.12 jew 1.13).

1.11.   Tagħmir tad-dar

Għamara u tagħmir għad-dar u għal barra mid-dar. Twapet u għata tal-art, tessuti għad-dar, oġġetti tal-ħġieġ, affarijiet tal-mejda u utensili tad-dar.

Tinkludi:

—

sodod, sufani, pultruni, imwejjed, siġġijiet, armarji, gradenzi u libreriji,

—

tagħmir tad-dawl bħal lampi tas-saqaf, lampi normali, lampi bil-globu u lampi ta’ ħdejn is-sodda,

—

pitturi, skulturi u affarijiet oħra tal-arti,

—

paraventi, paraventi li jintwew u għamara u tagħmir ieħor,

—

blajnds,

—

għamara tal-ġnien,

—

mirja, ħowlder tax-xemgħa u kandlieri,

—

drappijiet għat-tagħmir, materjal tal-kurtinaġġ, purtieri, purtieri doppji, tined, purtieri tal-bieb u blajnds tad-drapp,

—

għażel għas-sodod u għall-imwejjed,

—

tessuti oħra għad-dar,

—

twapet, twapet iffittjati, linoljum u għata ieħor simili tal-art,

—

oġġetti tal-ħġieġ, oġġetti tal-kristall, oġġetti taċ-ċeramika u oġġetti taċ-ċaqquf tax-xorta użati fuq il-mejda, fil-kċina, fil-kamra tal-banju, u għat-twaletta, għad-dekorazzjoni tal-uffiċċju jew tad-dar,

—

għodda tal-kċina, reċipjenti tal-mejda u oġġetti tal-fidda,

—

utensili tal-kċina mhux tal-elettriku ta’ kull materjal bħal kzazel, borom, pressure cookers, twaġen, imwieżen tal-kċina u tagħmir mekkaniku simili ieħor,

—

oġġetti domestiċi mhux tal-elettriku ta’ kull materjal bħalma huma kontenituri tal-ħobż, tal-kafe, tal-ħwawar, eċċ., reċipjenti għall-iskart, qfief għall-iskart, basktijiet għall-ħasla, mwejjed tal-mogħdija, kaxxi tal-ittri, flixken li tisqi t-trabi minnhom, termosijiet u kaxxi tas-silġ.

Ma tinkludix:

—

apparat domestiku (1.12) jew (1.13),

—

arloġġi (1.26); termometri u barometri ta’ mal-ħajt (1.26),

—

għamara tat-trabi bħal bennieni, high-chairs u carry cots u push-chairs (1.27).

1.12.   Apparat domestiku kbir (li jinkludi vacuum cleaners u microwaves)

L-apparat domestiku ewlieni li jservu għal ħafna żmien kemm jekk jaħdem bl-elettriku u kemm jekk le; ikopri l-kunsinna, l-installazzjoni u t-tiswija fejn hu applikabbli.

Tinkludi:

—

Cookers, ranges, fornijiet u fornijiet micro-wave,

—

refriġeraturi, friżers u friġġ-friżers,

—

magni tal-ħasil, apparat tat-tnixxif, gabinetti tat-tnixxif, dishwashers, magni tal-mogħdija u tal-pressa,

—

kondizzjonaturi tal-arja, umidifikaturi, space heaters, apparat tal-misħun, apparat li jsaħħan li jista’ jinġarr minn kamra għall-oħra, ventilaturi u ċmieni li jiġbdu l-arja,

—

vacuum cleaners, magni li jaħslu bil-fwar, magni li jagħtu xampu lit-twapet u magni li jnaddfu, jagħtu x-xemà u jillostraw l-art,

—

apparat domestiku ewlieni ieħor bħal kaxxafortijiet, magni tal-ħjata, magni tas-suf, water softeners eċċ.,

1.13.   Apparat domestiku żgħir (li jinkludi l-magni tal-kafe u apparat li jintuża għall-ipproċessar tal-ikel)

Apparat domestiku elettriku żgħir li ma jservix fit-tul; ikopri l-kunsinna, l-installazzjoni u t-tiswija fejn hu applikabbli.

Tinkludi:

—

apparat li jinuża għall-ipproċessar tal-ikel, mixers tal-ikel, deep fryers,

—

magni tal-kafe, imtieħen tal-kafe, u magni li jagħmlu l-kafe,

—

ħdejjed,

—

toasters u grills, hotplates,

—

magni tat-tagħsir tal-frott,

—

magni tal-ġelat, magni tas-sorbet, magni tal-jogurt,

—

fannijiet, kutri tal-elettriku, eċċ.

Ma tinkludix: oġġetti domestiċi żgħar li ma jaħdmux bl-elettriku u utensili tal-kċina (1.11); Apparat li jaħdem bl-elettriku għall-kura personali (1.24).

1.14.   Oġġetti elettroniċi (mhux ICT/rikreattivi)

Tagħmir biex il-ħoss u l-immaġini jitwasslu, jiġu rreġistrati u riprodotti (sistemi ta’ awdjo u vidjow); apparat fotografiku u ċinematografiku u strumenti ottiċi; materjal irrekordjat; ikopri l-kunsinna, l-installazzjoni u t-tiswija fejn hu applikabbli.

Tinkludi:

—

DVD players-recorders,

—

VCRs,

—

TVs,

—

CD, HI-FI, media players li ma jistgħux jinġarru,

—

CD, HI-FI, media players li jistgħu jinġarru, mp3 players,

—

Radjijiet, settijiet tat-radju, radjijiet tal-karozza (mibjugħa separatament mill-karozza), arloġġi bir-radju, radjijiet two-way, amateur radio receivers u trasmettituri,

—

Kameras,

—

kameras bil-vidjow,

—

tagħmir tal-fotografija,

—

CDs (vojta), DVDs (vojta),

—

tejps tal-awdjo u tal-vidjow (vojta),

—

kalkulaturi, inklużi l-kalkulaturi tal-but,

—

films mhux esposti, cartridges u diski għall-użu fotografiku u ċinematografiku.

Ma tinkludix: softwer tal-video-game (1.16); consoles/kompjuters tal-video-game li jitwaħħlu f’sett tat-televiżjoni (1.16), tapes irrekordjati minn qabel, cassettes, video cassettes, diskettes u CD-ROMs għal tape-recorders, cassette recorders, video recorders u kompjuers personali (1.16).

1.15.   Oġġetti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT)

Oġġetti ICT huma dawk li jew huma maħsuba biex jissodisfaw il-funzjoni tal-ipproċessar tad-dejta u komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi, inkluż it-trażmissjoni u l-esponiment, jew li jużaw ipproċessar elettroniku biex josservaw, ikejlu u/jew jirreġistraw fenomenu fiżiku, jew biex jikkontrollaw proċess fiżiku; ikopri l-kunsinna, l-installazzjoni u t-tiswija fejn hu applikabbli.

Tinkludi:

—

kompjuters personali, kompjuters li huma magħmula minn individwu, u l-aċċessorji li jkunu magħhom,

—

printers u scanners,

—

consoles għal-logħob,

—

tagħmir li fuqhom jista’ jintlagħab il-logħob li jistgħu jinġarru,

—

softwer tal-kompjuter, aġġornamenti tas-softwer tal-kompjuter,

—

Laptops, notebooks, u PCs ta’ fuq il-medja,

—

PDA’s u smartphones,

—

Softwer (f’forma fiżika jew li jitniżżel minn websajt),

—

mowbajl u apparat tat-telefown fiss, apparat telefax, apparat li jwieġeb it-telefown,

—

modems u decoders,

—

global positioning systems (GPS).

Ma tinkludix: tagħmir għal twassil, rekordjar u riproduzzjoni ta’ ħoss u stampi (1.14); softwer tal-video-game (1.16).

1.16.   Oġġetti rikreattivi (tagħmir tal-isports, strumenti tal-mużika, eċċ.)

Logħob, ġurarelli u oġġetti oħra użati għall-isport, delizzji, kampeġġ u rikreazzjoni fil-beraħ u t-tiswija ta’ dawn l-oġġetti. Tinkludi wkoll affarijiet li jservu fit-tul għar-rikreazzjoni u media li tkun diġa’ rrikordjata (CD, DVD).

—

tapes irrekordjati minn qabel, cassettes, video cassettes, diskettes u CD-ROMS għal tape recorders, cassette recorders, video recorders u kompjuters personali,

—

logħob tal-karti, settijiet taċ-ċess u affarijiet simili,

—

ġugarelli ta’ kull xorta inklużi pupi, ġuġgarelli rotob, karozzi u ferroviji tal-logħob, roti u tricycles tal-logħob, settijiet tal-bini, puzzles, plastisin, logħob elettroniku, maskli, travestimenti tal-logħob, ċajt, novitajiet, logħob tan-nar u murtali, festuni u dekorazzjonijeit tas-siġra tal-Milied,

—

rekwiżiti għat-tiġmigħ tal-bolli (bolli postali użati jew ikkanċellati, albums tal-bolli, eċċ.), oġġetti oħra tal-kollezzjoni (muniti, medalji, minerali, eżemplari żoloġiċi u botaniċi, eċċ.) u għodod jew oġġetti oħra neċessarji għad-delizzji,

—

apparat għall-edukazzjoni fiżika u għall-isport bħalma huma blalen, xbieki, rackets, bats, skis, golf clubs, xwabel, arbli, piżijiet, discuses, chest expanders u apparat ieħor tal-body building,

—

parachutes u apparat ieħor ta’ qbiż mill-ajru,

—

trombi, mikroskopji, teleskopji u boxxli,

—

armi u munizzjon għall-kaċċa, l-isport u l-ħarsien personali,

—

qasab tas-sajd u apparat ieħor tas-sajd,

—

apparat għal fuq ix-xatt u għal-logħob fil-beraħ bħalma huma boċċi, croquet, frisbee, volleyball u dgħajjes, raftijiet u pixxini li jintefħu,

—

apparat tal-kampeġġ bħalma huma tined u l-aċċessorji tagħhom, sleping bags, back-packs, imtieraħ tal-arja u pompi tal-arja, spiritieri tal-kampeġġ u barbikju,

—

oġġetti kbar għal-logħob u għall-isport bħalma huma kenuri, kajjikki, bords tal-wind-surfing, apparat għall-għaddasa u karretti tal-golf, glajders, deltaplani u blalen tal-arja sħuna,

—

strumenti mużikali ta’ kull daqs, inklużi strumenti mużikali elettroniċi, bħalma huma pjanijiet, orgnijiet, vjolini, kitarri, tnabar, kurunetti, klarinetti, flawtijiet, rikorders, orgnijiet tal-ħalq, eċċ.,

—

imwejjed tal-biljard, imwejjed tal-ping-pong, magni tal-pin table, magni tal-logħob, eċċ.,

—

softwer għall-video-game; Consoles/kompjuters tal-video-game li jiġu pplaggjati fis-sett tat-televiżjoni; video-game cassettes u video-game CD-ROMs,

—

żraben speċifiċi għal ċertu logħob (żraben tal-iskis, żraben tal-futbol, żraben tal-golf u żraben simili oħra ffittjati bl-iskejz, rotelli, imsiemer, stażżijiet, eċċ.); beritta appostaprotettiva użata fl-isports; tagħmir protettiv ieħor għall-isports bħalma huma ġgieget protettivi, ingwanti tal-ibboksjar, kuttunar li jipproteġi l-ġisem, shin-guards, cricket pads u ilbies protettiv ieħor għall-isport,

—

oġġetti tal-ivvjaġġar: bagalji, bagolli, basktijiet tal-ivvjaġġar.

Ma tinkludix:

—

għamara tal-ġnien (1.11),

—

vetturi miġbuda minn żwiemel u ponijiet u tagħmir relatat mixtri għat-traport personali (1.19),

—

elmi protettivi għall-muturi u r-roti (1.20),

—

żwiemel u ponijiet (1.23),

1.17.   Karozzi ġodda

Din il-kategorija tinkludi vetturi ġodda mfassla u mibnija għall-ġarr ta’ passiġġieri u li fiha mhux aktar minn tminn sedili minbarra s-sedil tax-xufier. Din tinkludi karozzi ġodda, station wagons u estate cars.

Ma tinkludix: partijiet tal-bdil (spare parts) u aċċessorji (1.20); lubrikanti (1.21); manutenzjoni, tiswija jew immuntar (2.9).

1.18.   Karozzi second-hand

Din il-kategorija tinkludi vetturi second-hand użati għat-trasport tal-passiġġieri u tinkludi karozzi second-hand, vannijiet tal-passiġġieri, sation wagons u estate cars.

Ma tinkludix: partijiet tal-bdil (spare parts) u aċċessorji (1.20); lubrikanti (1.21); manutenzjoni, tiswija jew immuntar (2.9).

1.19.   Trasport personali ieħor

Tinkludi:

—

muturi ġodda u second-hand, roti, mopeds, skuters, quads, u vetturi miġbuda mill-annimali,

—

dgħajjes, muturi outboard, jet skis, qala’, armar tad-dgħajjes u sovrastrutturi,

—

vetturi miġbuda minn żwiemel u ponijiet u tagħmir relatat (arnesijiet, brilji, riedni, sarġijiet, eċċ.),

—

camper vans, karavans u trejlers,

—

camper vans, karavans u trejlers, eċċ.,

—

snow mobiles,

—

Trejlers.

Ma tinkludix: kiri ta’ garaxxi jew postijiet ta’ parkeġġ li ma jipprovdux parkeġġ mad-dar (5.6); faċilitajiet ta’ toll (pontijiet, mini, laneċ tal-pass, awtostradi) u miters tal-parkeġġ (5.6); kiri ta’ karozza bis-sewwieq jew mingħajru (5.7), lezzjonijiet tas-sewqan (9.2).

1.20.   Partijiet tal-bdil u aċċessorji għal vetturi u mezzi oħra ta’ trasport personali

Tinkludi:

—

tajers (ġodda, użati jew trattati mill-ġdid), tubi ta’ ġewwa, spark plugs, batteriji, shock absorbers, filters, pompi u partijiet tal-bdil oħra jew aċċessorji għat-tagħmir tat-trasport personali,

—

prodotti li jintużaw speċifikament għat-tindif u l-manutenzjoni tat-tagħmir tat-trasport bħalma huma żebgħa, chrome cleaners, sealing compounds u bodywork polishes;

—

għata għal-karozzi, muturi, eċċ.,

—

elmijiet protettivi għall-muturi u r-roti,

Ma tinkludix: radjijiet tal-karozzi mibjugħa separatament mill-karozza (1.14); sedili tat-trabi għall-karozza (1.27); prodotti mhux speċifiċi għat-tindif u l-manutenzjoni bħalma huma ilma distillat, sponoż għall-użu fid-dar, kamoxxi tal-ġilda, deterġenti, eċċ. (1.28); l-immuntar tal-partijiet tal-bdil u l-aċċessorji, il-ħasil u l-illostrar tal-bodywork (2.9).

1.21.   Karburanti u lubrikanti għal vetturi u mezzi oħra ta’ trasport personali

Tinkludi:

—

żejt, lubrikanti, fluwidi għall-brejkijiet u t-trażmissjoni, coolants u addittivi.

—

karburanti bħal petrol, diesel, gażolina, gass taż-żejt mhux raffinat illikwifikat (LPG), bijofjuwil u alkoħol.

1.22.   Kotba, rivisti, gazzetti, kartolerija (eskluża l-kunsinna postali)

Tinkludi:

—

kotba, inklużi l-atlas, id-dizzjunarji, l-enċiklopediji, kotba testwali, gwidi u l-partituri mużikali,

—

gazzetti, rivisti u perjodiċi oħra,

—

katalgi u materjal tar-reklamar,

—

kartelluni, kartolini bl-istampi jew mingħajrhom, kalendarji,

—

kartolini tal-awguri, kard bid-dettalji personali, kard tal-avviżi u tal-messaġġi,

—

mapep u globi,

—

karti tal-kitba, enveloppi, kotba tal-kontijiet, kotba tan-notamenti, djarji, eċċ.,

—

pinen, lapsijiet, fountain pens, ball-point pens, felt tip pens, inka, gomom, temprini, eċċ.,

—

stensils, karta saħħara, kurdiċella tat-typewiter, kuxxinetti tal-linka, fluwidi tal-korrezzjoni, eċċ.,

—

paper punches, paper cutters, imqassijiet tal-karti, kolol u adesivi tal-uffiċċju, staplers u staples, paper clips, drawing pins, eċċ.,

—

materjali tat-tpinġija u tal-pittura bħalma huma tila, karta, kartonċina, żebgħa, lapsijiet tax-xama’, pastelli u pnieżel,

—

materjal edukattiv bħal pitazzi, rigi, strumenti ġeometriċi, lavanji, kaxxi tal-ġibs u tal-lapsijiet.

Ma tinkludix: albums tal-bolol (1.16); kunsinna postali, kartolini u ajrugrammi ttimbrati minn qabel (4.1).

1.23.   Annimali tad-dar u l-affarijiet relatati magħhom

Tinkludi:

—

l-annimali tad-dar, l-ikel tal-annimali tad-dar, prodotti veterinarji u dawk għat-tindif tal-annimali tad-dar, kullari, ċineg, kenn għall-klieb, gaġeġ tal-għasafar, vaski tal-ħut, eċċ.,

—

żwiemel u ponijiet.

Ma tinkludix: Servizzi tal-annimli tad-dar (2.13).

1.24.   Apparat elettriku għall-kura personali

Tinkludi:

—

imwies elettriċi u magni tax-xagħar, dryers tax-xagħar kemm dawk li jinżammu fl-idejn kif ukoll dawk tat-tromba, tongs tan-nokkli u pettnijiet tas-setting, lampi tat-tixmix, xkupilji elettriċi tas-snien u apparat elettriku ieħor għall-iġjene tas-snien, eċċ.,

1.25.   Kosmetiċi u oġġetti tal-indafa personali għall-kura personali

Tinkludi:

—

oġġetti għall-iġjene personali: sapun tat-twaletta, sapun mediċinali, żejt u ħalib tat-tindif, sapun tal-leħja, krema u ragħwa tal-leħja, krema għat-tindif tas-snien, eċċ.,

—

prodotti tas-sbuħija, pereżempju: Verniċ tad-dwiefer, make-up u prodotti għat-tneħħija tal-make-up, likwidi tax-xagħar, prodotti għal wara t-tqaxxir tal-leħja, prodotti kontra r-raġġi tax-xemx, fwejjaħ u spirti tat-twaletta, deodorants, prodotti tal-banju, eċċ.,

—

apparat li ma jaħdimx bl-elettriku għall-kura personali, pereżempju: imwies u magni tax-xagħar u xfafar, imqassijiet, pettnijiet, pniezel tal-leħja, xkupilji tax-xagħar, xkupilji tas-snien, xkupilji tad-dwiefer, imwieżen tal-persuna, eċċ.,

—

oġġetti oħra għall-kura personali u l-iġjene personali, pereżempju: imkatar tal-karti, tajjar, cotton buds, sponoż, eċċ.

1.26.   Ġojjelli, oġġetti tal-fidda, arloġġi, arloġġi tal-idejn u aċċessorji

Tinkludi:

—

ħaġar u metall prezzjuż u ġojjelli maħduma minn ħaġar u metall ta’ din ix-xorta,

—

oġġetti tal-fidda, oġġetti tad-deheb,

—

ġojjelli artifiċjali, pulzieri u labar tal-ingravata,

—

arloġġi, arloġġi tal-idejn, stop-watches, żveljarini, arloġġi tal-ivvjaġjar,

—

nuċċalijiet tax-xemx,

—

umbrelel u umbrelel tax-xemx, fannijiet, ċrieki ta’ maċ-ċwievet,

—

termometri u barometri ta’ mal-ħajt.

Ma tinkludix: Ġarriera għal oġġetti personali, attaché cases, hand-bags, portafolli, portmonijiet, eċċ. (1.9); arloġġi bir-radju (1.14).

1.27.   Oġġetti għall-kura tat-trabi u t-tfal

Tinkludi:

—

buggies, prammijiet u push-chairs,

—

prodotti għall-kura tat-trabi (eż. srievet tat-trabi, ħrieqi, flixken li tisqi t-trabi minnhom),

—

carry cots,

—

bennieni,

—

high chairs,

—

sodod u sedili tat-trabi għall-karozza,

—

ġarriera tat-trabi għal fuq id-dahar u ġarriera tat-trabi għall-quddiem.

Ma tinkludix: ikel tat-trabi/tfal (1.5), ħwejjeġ tat-trabi (1.9).

1.28.   Prodotti tal-indafa u tal-manutenzjoni, oġġetti għat-tindif u oġġetti tad-dar li ma jservux fit-tul

Tinkludi:

—

prodotti tat-tindif u tal-manutenzjoni bħal trab tal-ħasil, likwidu tal-ħasil, deterġenti, softeners, conditioners, xema’, lostri, kuluri, diżinfettanti, insettiċċidi, fungiċidi u ilma distillat,

—

oġġetti għat-tindif bħal xkupi, broxkijiet, pali u xkupilji tat-tfarfir, dusters, srievet, ċraret tal-art, sponoż għall-użu fid-dar,

—

prodotti tal-karta bħal filtri, tvalji u srievet, karti tal-kċina, boroż tal-vacuum cleaner u reċipjenti tal-kartun, inklużi dawk tal-aluminju u boroż tal-plastik għar-reċipjenti tal-iskart,

—

oġġetti oħra tad-dar li ma jservux fit-tul bħal sulfarini, xemgħat, ftejjel tal-lampi, spirti metiliċi, pinnijiet, labar, imsiemer, viti, skorfini u boltijiet, takki, woxers, kolol u tejp li jeħel għall-użu fid-dar, spag, ħajt u ingwanti tal-lastku,

—

lostri, kremi u oġġetti oħra għat-tindif taż-żraben.

Ma tinkludix: imkatar tal-karti, sapun, sponoż u prodotti oħra għall-iġjene personali (1.25).

2.   Servizzi Ġenerali tal-Konsumatur

Definizzjoni Deskrittiva/ta’ Spjegazzjoni

2.1.   Servizzi ta’ beni immobbli

Tinkludi:

—

servizzi ta’ aġenti immobiljari, maniġers tal-proprjetà u aġenti tal-kiri,

—

servizzi ta’ valutazzjoni tad-djar, servizzi ta’ rilokazzjoni u servizzi relatati,

—

tranżazzjonijiet ta’ bejgħ għal djar ġodda jew djar eżistenti,

—

il-bejgħ tal-art.

2.2.   Bini ta’ djar ġodda

Tinkludi:

—

bini ta’ djar ġodda.

2.3.   Servizzi ta’ manutenzjoni u titjib tad-dar

Manutenzjoni, titjib u tiswija tad-djar.

Tinkludi:

—

tisqif,

—

servizzi ta’ dekoratur, l-għata fuq l-art, mastrudaxxi, bajjada, kisi tal-ħajt,

—

nies li jsewwu u jiffittjaw il-pajpijiet,

—

tisħin ċenrali,

—

servizzi u installazzjonijiet elettriċi,

—

ħaddiema involuti fit-tqegħid tal-brikks,

—

ħaddiema involuti fl-għoti tal-lostru,

—

ġardiniera, il-persuni li jieħdu ħsieb is-siġar, il-kisi tat-toroq bit-tarmak u ċ-ċangar,

—

unitajiet tal-kċina tal-qies, kmamar tal-banju tal-qies,

—

iżolazzjoni,

—

allarmi kontra s-serq,

—

damp-proofing,

—

pannelli solari, installazzjoni u manutenzjoni tat-turbina li taħdem bir-riħ,

—

kanali,

—

tindif u tiswija taċ-ċmieni,

—

tibdil ta’ bibien u twieqi,

—

servizzi tal-pixxina,

—

servizzi oħra ta’ manutenzjoni u titjib tad-dar.

Ma tinkludix: xiri ta’ manutenzjoni għad-dar u oġġetti ta’ titjib li huma indipendenti mis-servizz ipprovdut (1.10), xogħol u servizzi matul il-bini tad-djar il-ġodda (2.2).

2.4.   Ġarr ta’ għamara u ħażna

Tinkludi:

—

ġarr ta’ għamara minn post għall-ieħor,

—

ħażna temporanja għall-għamara tad-dar,

—

trasport tal-merkanzija u ġarr ta’ merkanzija bil-baħar.

2.5.   Servizzi ta’ tindif tad-dar

Tinkludi:

—

tindif tad-dar,

—

tindif tat-twieqi,

—

tindif tat-twapet,

—

disinfezzjoni, fumigazzjoni u esterminazzjoni tal-insetti inklużi l-insetti li jeqirdu l-pjanti,

—

il-ġbir u r-rimi tal-iskart.

Ma tinkludix: prodotti tat-tindif (1.28).

2.6.   Servizzi ta’ kura personali

Tinkludi:

—

ħwienet tal-parrukkiera, barbiera, ħwienet għat-tisbiħ,

—

terapija tax-xagħar, terapija kosmetika,

—

salons fejn wieħed ikun espost għal raġġi tax-xemx,

—

ċentri/klabbs tad-dieta,

—

banjijiet Torok, spas, sawni, solaria, eċċ.,

—

kura tal-ġisem,

—

servizzi ta’ tatwaġġ u titqib.

Ma tinkludix: ċentri tas-saħħa fiżika (6.6).

2.7.   Tindif, tiswija u kiri tal-ħwejjeġ u żraben

Tinkludi:

—

dry-cleaning, ħasil professjonali, mogħdija u żebgħa tal-ħwejjeġ,

—

sarsir, tirqigħ, tiswija u alterazzjoni tal-ħwejjeġ,

—

tiswija tal-ħwejjeġ (inklużi affarijiet magħmula apposta għal xi ħadd),

—

tiswija ta’ żraben, servizzi ta’ tindif ta’ żraben,

—

kiri ta’ ħwejjeġ,

—

kiri ta’ żraben,

—

tiswija jew kiri ta’ żraben speċifiċi għal ċertu logħob (żraben tal-iskis, żraben tal-futbol, żraben tal-golf u żraben simili oħra ffittjati bl-iskejz tas-silġ, rotelli, imsiemer, stażżijiet, eċċ.).

Ma tinkludix: Ħwejjeġ ġodda u l-ħjata ta’ ħwejjeġ ġodda (1.9).

2.8.   Servizzi ta’ appoġġ, riċerka u dawk intermedjarji

Tinkludi:

—

head huners,

—

servizzi ta’ kkowċjar,

—

aġenziji li jorganizzaw l-avvenimenti,

—

aġenziji li jsibu x-xogħol,

—

servizzi ta’ għoti ta’ pariri, gwida, arbitraġġ, servizzi ta’ appoġġ għall-familji,

—

servizzi oħra ta’ appoġġ, riċerka u dawk intermedjarji.

2.9.   Manutenzjoni u tiswija ta’ vetturi u trasport ieħor

Servizzi għall-manutenzjoni u t-tiswija tal-apparat tat-trasport personali.

Tinkludi:

—

twaħħil ta’ partijiet u aċċessorji,

—

ħasil u llostrar,

—

ibbilanċjar ta’ roti, spezzjoni teknika, servizzi għal meta tieqaf il-karozza, bdil ta’ żejt,

—

servizzi ta’ iggriżjar u ħasil tal-karozzi,

—

għajnuna fit-triq.

Ma tinkludix oġġetti użati bħala parti mis-servizz: partijiet tal-bdil (spare parts) u aċċessorji (1.20); karburanti u lubrikanti (1.21).

2.10.   Servizzi legali u kontabilità

Tinkludi:

—

servizzi ta’ nutar,

—

avukati,

—

parir legali u servizzi legali privati oħra,

—

kontabilisti,

—

konsulenti dwar it-taxxa,

—

awdituri.

2.11.   Servizzi ta’ funerali

Is-servizzi kollha relatati maċ-ċerimonja li ssir mal-mewt ta’ persuna. Tinkludi trasport tal-mejjet għall-post fejn se jindifen jew għall-post fejn se ssir iċ-ċerimonja kommemorattiva.

2.12.   Kura tat-tfal

Ċentri li joffru kura matul il-ġurnata, kemm dawk privati kif ukoll dawk issussidjati u faċilitajiet oħra li jieħdu ħsieb it-tfal; Tinkludi servizzi ta’ kura tat-tfal ipprovduti d-dar bħal għajnuna, servizzi ta’ sostenn ipprovduti lit-tfal u baby-sitting.

2.13.   Servizzi għall-annimali tad-dar

Servizzi veterinarji u servizzi oħra għall-annimali tad-dar, pereżempju kenn għall-klieb u boarding.

Ma tinkludix: Annimali tad-dar u u l-affarijiet relatati magħhom (1.23).

3.   Servizzi Finanzjarji

Definizzjoni Deskrittiva/Spjegattiva

3.1.   Servizzi Finanzjarji – Kont ta’ ħlas u servizzi ta’ ħlas

Tirreferi għal servizzi ta’ ħlas u servizzi relatati ma’ kont ta’ ħlas li minnu jistgħu jinġibdu l-flus ta’ malajr biex b’hekk ikun ipprovdut aċċess faċli.

Tinkludi:

—

faċilità ta’ self kurrenti fuq il-kont ta’ ħlas,

—

attivitajiet bankarji magħmula mill-persuna, attivitajiet bankarji li jsiru fuq l-Internet, fuq it-telefown u fuq il-mowbajl fil-kuntest ta’ kont ta’ ħlas,

—

l-attwazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ karta ta’ debitu,

—

servizzi ta’ ħlas bħal flus elettroniċi.

3.2.   Servizzi Finanzarji – Kreditu (eskluż is-self bankarju/dejn għax-xiri ta’ dar)

Tirreferi għas-servizzi relatati mat-tislif ta’ flus; ammont li għalih hemm obbligazzjoni speċifika ta’ ħlas lura.

Tinkludi:

—

is-self,

—

l-attwazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ karta tal-kreditu fejn il-fondi jkunu koperti minn linja ta’ kreditu għal utent ta’ servizzi ta’ ħlas, inkluż kreditu li jdur,

—

kreditu tal-konsumatur ipprovdut min negozjanti u karti tal-ħwienet.

Ma tinkludix: faċilità ta’ self kurrenti fuq il-kont ta’ ħlas (3.1), eskluż is-self bankarju/dejn għax-xiri ta’ dar (3.3).

3.3.   Servizzi Finanzjarji – Self Bankarju/Dejn għax-xiri ta’ dar

Tirreferi għas-servizzi relatati mat-trasferimanet minn konsumatur ta’ interess fi proprjetà fissa jew art bħala skambju għal tislif ta’ flus.

3.4.   Servizzi finanzjarji - Tfaddil

Servizzi relatati ma’ kont ta’ tfaddil. Dan huwa kont li jiġġenera l-interessi u li ma jistax jiġi użat direttament.

Ma tinkludix: investimenti, pensjonijiet u programmi ta’ tfaddil relatati ma’ garanziji finanzjarji (3.6).

3.5.   Servizzi finanzjarji - Oħra

Servizzi finanzjarji oħra bħal trasferiment ta’ flus minn konsumatur għall-ieħor u skambju tal-valuta.

3.6.   Investiment, pensjonijiet u garanziji finanzjarji

Servizzi relatati ma’ investimenti f’bonds, garanziji finanzjarji u assi finanzarji oħra, inklużi l-istrumenti finanzjarji jew il-prodotti finanzjarji bħal fondi offruti permezz ta’ banek, aġenziji tal-investiment u fornituri oħra ta’ servizzi finanzjarji.

Tinkludi:

—

fondi ta’ pensjoni personali,

—

investimenti li jkunu f’pakkett (inkluż il-kuntratti ta’ assigurazzjoni li l-iskop ewlieni tagħhom huwa investiment bħalma huma kuntratti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja marbuta ma’ unitajiet u indiċi imma jeskludi dawk il-prodotti koperti taħt 3.11),

—

portafoll u servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi,

—

kustodja jew żamma ta’ sigurtà,

—

attwazzjoni ta’ ordinijiet f’isem il-klijenti (“servizzi ta’ senserija”) fir-rigward ta’ assi u derivati finanzjarji,

—

attivitajiet bankarji li jsiru fuq l-Internet, fuq it-telefown u fuq il-mowbajl relatati ma’ investimenti, pensjonijiet u garanziji finanzjarji,

—

servizzi ta’ konsulenza inkluż parir dwar l-investiment u ppjanar finanzjarju.

Ma tinkludix: prodotti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja skont l-ambitu tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (3.11).

3.7.   Assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja – Dar u proprjetà

Servizzi għall-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja b’konnessjoni ma’ dar. Ħlasijiet tas-servizzi għall-assigurazzjoni multi-riskju li tkun tkopri ħafna riskji għandha tiġi kklassifikata fuq il-bażi tal-prezz tar-riskju prinċipali jekk ma jkunx possibli li jiġu allokati ħlasijiet tas-servizz skont id-diversi riskji li jkunu koperti.

Tinkludi: ħlasijiet għal servizzi mħallsa minn sidien-residenti u minn inkwilini għat-tipi ta’ assigurazzjoni li normalment jittieħdu mill-inkwilini kontra nar, splużjoni, maltempata, forzi naturali apparti minn maltempata, serq, ħsara mill-ilma, eċċ.

Ma tinkludix: Ħlasijiet għal servizzi mħallsa minn sidien-residenti għat-tipi ta’ assigurazzjoni li normalment jittieħdu minn proprjetarji, assigurazzjoni fuq it-trasport (3.8).

3.8.   Assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja - Trasport

Tinkludi:

—

assigurazzjoni fuq bażi kontrattwali dwar l-użu ta’ tagħmir għal trasport personali bħalma huma vetturi bil-mutur li jaħdmu fuq l-art, dgħajjes, vapuri, jew inġenju tal-ajru,

—

il-ħsara kollha jew it-telf ta’ vetturi bil-mutur użati fuq l-art, dgħajjes, vapuri u inġenju tal-ajru,

—

il-ħsara kollha jew it-telf ta’ oġġetti fi tranżitu mhux imsemmi hawn fuq.

3.9.   Assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja - Ivvjaġġar

Tinkludi:

—

assigurazzjoni assoċjata mal-ivvjaġġar bħalma huma: dewmien u taħsiriet ta’ titjiriet, bagalji mitlufa u spejjeż medikali.

3.10.   Assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja – Saħħa, aċċidenti u oħrajn

Tinkludi:

—

assigurazzjoni permanenti fuq is-saħħa,

—

assigurazzjoni supplimentari (assigurazzjoni kontra l-inġurja personali u diżabilità li hija r-riżultat ta’ aċċident jew marda),

—

kreditu, pleġġ, telf finanzjarju mixxellanju, spejjeż legali,

—

kwalunkwe assigurazzjoni oħra li mhijiex elenkata hawn fuq jew fid-Dar u proprjetà (3.7), Trasport (3.8), Ivvjaġġar (3.9), u Ħajja (3.11).

3.11.   Assigurazzjoni - Ħajja

Din il-kategorija tinkludi assigurazzjoni fuq bażi kuntrattwali tal-affarijiet li ġejjin:

—

assigurazzjoni fuq il-ħajja (li tkopri l-assigurazzjoni dwar is-soppravivenza sa età stipulata biss, l-assigurazzjoni fuq il-mewt biss, l-assigurazzjoni dwar soppravivenza sa età stipulata jew mewt aktar kmieni, l-assigurazzjoni fuq il-ħajja bir-ritorn ta’ primjum – ħlief fil-każ fejn l-iskop ewlieni tal-prodotti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja huwa biss wieħed ta’ invesiment).

Ma tinkludix: Prodotti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja li l-iskop ewlieni tagħhom huwa ta’ investiment bħalma huma kuntratti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja marbuta ma’ unitajiet u indiċi (3.6).

4.   Servizzi postali u komunikazzjonijiet elettroniċi

Definizzjoni Deskrittiva/Spjegattiva

Tinkludi: komunikazzjoni bil-fomm, bil-vidjow u bid-dejta u servizzi ta’ xandir; dan is-settur ma jinkludix oġġetti tal-konsumatur bħalma huma televiżjonijiet u l-mowbajls.

4.1.   Servizzi postali & kurjers

Il-kunsinna ta’ ittri, kartolini u pakketti; tinkludi servizzi pprovduti kemm minn kumpaniji postali kif ukoll minn kumpaniji privati.

Tinkludi:

—

korrispondenza,

—

pakketti,

—

servizz espress tal-posta,

—

pubblikazzjonijiet perjodiċi,

—

reklamar li jkun indirizzat,

—

ħruġ u bejgħ ta’ bolol għall-posta,

—

servizzi tat-telex,

—

kurjers.

Ma tinkludix: servizzi finanzjarji mill-uffiċċji postali (3).

4.2.   Servizzi tat-telefown bil-linja fissa

Tinkludi:

—

forniment ta’ telefonija bil-vuċi,

—

installazzjoni ta’ tagħmir tat-telefown personali,

—

sejħiet tat-telefown minn linja privata jew minn linja pubblika (kabina b’telefown pubbliku, kabina tal-posta, eċċ.),

—

servizzi tar-radjutelefonija, radjutelegrafija u radjutelex,

—

servizzi tat-telefown bil-linja fissa offruti bħala parti minn pakkett.

Ma tinkludix: tagħmir għal telefowns bil-linja fissa (1.15), telefax u faċilitajiet li jwieġbu t-telefown ipprovduti minn kompjuters personali (1.15), aċċess fiss għall-Internet (4.4), sejħiet tat-telefown li saru minn stabbilimenti ta’ rikreazzjoni bħalma huma lukandi u postijiet oħra ta’ akkomodazzjoni ta’ btala (6.1) u ristoranti u ħwienet tax-xorb (6.5).

4.3.   Servizzi tal-mowbajls

Din il-kategorija tinkludi telefonija bil-mowbajl u bis-satellita.

Tinkludi:

—

forniment ta’ telefonija bil-vuċi,

—

sottoskrizzjonijiet,

—

servizz tal-voice-Mail,

—

servizzi ta’ roaming,

—

trażmissjoni ta’ dejta permezz ta’ apparat tal-mowbajl,

—

messaġġi testwali (sms),

—

servizz ta’ messaġġ multimedia (mms),

—

servizzi tal-mowbajls offruti bħala parti minn pakkett.

Ma tinkludix: apparat tal-mowbajls (1.15), melodiji għall-mowbajl (4.6), kards imħallsa minn qabel (4.6) u aċċess mill-mowbajl għall-Internet (4.4).

4.4.   Servizzi tal-Internet

Tinkludi:

—

forniment ta’ Internet fiss,

—

forniment ta’ Internet mill-mowbajl, (wireless Internet aċċessibbli bl-użu ta’ laptops, netbooks, mowbajls jew apparat simili ieħor),

—

portali soċjali tal-Internet,

—

servizzi oħra tal-Internet eż. chat rooms,

—

servizzi ta’ aħbarijiet,

—

servizzi tal-isem tad-domain,

—

servizzi li tħallas biex tara,

—

servizzi tal-kont tal-posta elettronika,

—

servizzi tal-Internet offruti bħala parti minn pakkett.

Ma tinkludix: hardwer tal-modems u d-decoders (1.15).

4.5.   Servizzi tat-televiżjoni

Din il-kategorija tinkludi sottoskrizzjonijiet għal televiżjoni diġitali u terrestri u s-servizzi relatati permezz tal-cable, satellita jew kwalunkwe mezz ieħor.

Tinkludi:

—

installazzjoni tal-modem,

—

televiżjoni ta’ definizzjoni għolja,

—

vidjow b’rikjesta,

—

sokra reżistenti għat-tfal (child lock),

—

kontenut tat-televiżjoni,

—

reklamar/xandiriet kummerċjali,

—

servizzi tat-TV offruti bħala parti minn pakkett.

Ma tinkludix: hardwer tal-modems u d-decoders (1.15).

4.6.   Servizzi oħra ta’ komunikazzjoni

Tinkludi:

—

kards tat-telefown imħallsa minn qabel,

—

VOIP,

—

servizz pubbliku fejn trid tħallas biex iċċempel,

—

servizzi b’rati primjum,

—

affarijiet relatati mat-telefown li jitniżżlu minn websajt (eż. melodiji, logħob),

—

servizzi tat-telefown bl-Internet.

5.   Servizzi tat-trasport

Definizzjoni Deskrittiva/Spjegattiva

Tinkludi: trasport pubbliku u privat u servizzi relatati.

5.1.   Tramm, xarabank, metro u sistemi ta’ ferroviji li jaħdmu bl-elettriku u jivvjaġġaw minn passaġġi wesgħin taħt l-art

It-Trasport ta’ individwi u gruppi ta’ persuni u bagalji bit-tramm, x-xarabank, l-metro u l-ferroviji li jaħdmu bl-elettriku u jivvjaġġaw minn passaġġi wesgħin taħt l-art.

5.2.   Ferroviji

It-trasport ta’ individwi u gruppi ta’ persuni u bagalji bil-ferrovija.

Tinkludi: trasport ta’ vetturi privati.

5.3.   Linji tal-ajru

It-trasport ta’ individwi u gruppi ta’ persuni u bagalji bl-ajruplan u bil-ħelikopter.

5.4.   Taksi

It-trasport ta’ individwi u gruppi ta’ persuni u bagalji bit-taksi u karozzi mikrija bis-sewwieq.

5.5.   Trasport tal-baħar, tax-xmara u trasport ieħor tal-baħar

Trasport ta’ individwi u gruppi ta’ persuni u bagalji bil-vapur, bid-dgħajsa, bil-lanċa, hovercraft u hydrofoil. Tinkludi kruċieri u trasport fuq l-ilma ta’ vetturi privati.

5.6.   Servizzi tal-infrastruttura tat-trasport

Tinkludi:

—

servizzi tal-parkeġġ u miters tal-parkeġġ,

—

faċilitajiet tat-toll,

—

stazzjonijiet tal-ferrovija/xarabank,

—

portijiet,

—

ajruporti,

—

tlugħ bil-funikular,

—

karozzi tal-funikular,

—

funikular.

5.7.   Servizzi ta’ kiri

Tinkludi:

—

kiri ta’ karozzi,

—

kiri ta’ muturi,

—

kiri ta’ vannijiet,

—

kiri ta’ karavan,

—

rota,

—

kiri ta’ dgħajsa,

—

car share,

—

trasport ieħor relatat ma’ servizzi tal-kiri.

6.   Servizzi ta’ Rikreazzjoni

Definizzjoni Deskrittiva/Spjegattiva

Tinkludi: oġġetti u servizzi relatati mar-rikreazzjoni u servizzi kulturali.

6.1.   Lukandi u akkomodazzjoni ta’ btala oħra

Akkomodazzjoni u servizzi oħra (eż. forniment tal-ikel u xorb) ta’:

—

lukandi, pensjonijiet, motels, taverni u stabbilimenti li joffru “sodda u kolazzjon”,

—

villaġġi tal-vaganzi u ċentri tal-vaganzi, siti tal-kampeġġ u karavans, ħostels taż-żgħażagħ u xalejiet fil-muntanji,

—

ħostels,

—

kirjiet ta’ akkomodazzjoni waqt btala f’appartamenti, vilel jew postijiet simili.

Tinkludi: porters, telefonati magħmula fil-lukanda u akkomodazzjoni oħra waqt il-btala.

6.2.   Vjaġġ b’kollox inkluż

Tkopri vjaġġi b’kollox inkluż maqbulin minn qabel li jikkombinaw minn tal-inqas tnejn minn dawn li ġejjin: (a) trasport, (b) akkomodazzjoni, (c) servizzi turistiċi oħra mhux anċillari għat-trasport jew l-akkomodazzjoni u li jammontaw għal parti sinifikanti tal-pakkett.

6.3.   Servizzi ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar

Servizzi ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar.

6.4.   Timeshare u oħrajn simili

Tinkludi:

—

servizzi ta’ timeshare (negozjanti li joffru d-dritt li tqatta’ perjodu ta’ żmien eż. ġimgħa jew aktar fi proprjetà ta’ btala għal perjodu speċifikat jew speċifikabbli tas-sena għal tliet snin jew aktar),

—

bejgħ mill-ġdid,

—

skambju,

—

timeshare cashbacks,

—

kuntratti ta’ btala fit-tul,

—

servizzi tal-klabbs tal-btala (li joffru skont).

6.5.   Ristoranti u ħwienet tax-xorb

Servizzi ta’ forniment tal-ikel u x-xorb (inkluż ikliet, ikliet ħfief, xarbiet, u rinfreskanti) pprovduti minn ristoranti, kafejiet, buffets, ħwienet tax-xorb, pabbs, kmamar tat-te, canteens, nightclubs/diskoteki, risoranti fejn jinbiegħ ikel li jittiekel xi mkien ieħor, nies li jbiegħu l-ikel minn fuq karrettun fit-triq eċċ., inklużi dawk provduti:

—

f’postijiet li jipprovdu servizzi rikreattivi, kulturali, sportivi u ta’ divertiment: teatri, cinematografi, stedjums tal-isports, pixxini, kumplessi sportivi, mużewijiet, galleriji tal-arti, każini notturni, swali taż-żfin, eċċ.,

—

fuq mezzi tat-trasport pubbliku (kowċijiet, ferroviji, dgħajjes, ajruplani, eċċ) meta jkunu pprovduti minn negozjant indipendenti,

—

f’postijiet privati bħal canteens tax-xogħol, canteens tal-uffiċċju u canteens fl-iskejjel, universitajiet u stabbilimenti edukattivi oħra.

Inklużi wkoll huma:

—

il-bejgħ ta’ ikliet imsajra minn ristoranti għall-konsum mhux fl-istabbiliment stess,

—

il-bejgħ ta’ ikliet imsajra minn kuntratturi tal-ikel kemm jekk miġbura mill-klijent kif ukoll jekk imwassla sad-dar tal-konsumatur.

Tinkludi: manċi, telefonati magħmula fir-ristoranti u fil-ħwienet tax-xorb.

Ma tinkludix: tabakk (1.8).

6.6.   Servizzi relatati mal-isports u d-delizzji

Tinkludi:

—

servizzi pprovduti minn: stejdjums tal-isport, korsi tat-tiġrijiet taż-żwiemel, rotot tat-tiġrijiet tal-karozzi, velodromi, eċċ.; skating rinks, pixxini, korsi tal-golf, gyms, ċentri tas-saħħa fiżika, courts tat-tennis, courts tal-squash u bowling alleys, karużelli, ċaqlembuti, u faċilitajiet oħra tal-plejgrawnd għat-tfal; magni pin-ball u logħob ieħor għall-adulti apparti minn logħob tal-ażżard; għoljiet għall-iski,

—

kiri ta’ tagħmir u aċċessorji għall-isport u r-rikreazzjoni, bħalma huma ajruplani, dgħajjes, żwiemel, apparat tal-iski u t-tagħmir tal-kampeġġ,

—

lezzjonijet individwali barra l-iskola jew lezzjonijiet fi gruppi dwar il-briġġ, iċ-ċess, l-aerobika, iż-żfin, il-mużika, l-iskejzjar, l-iskijar, l-għawm u passatempi oħra,

—

servizzi ta’ gwida tal-muntanji, gwida tat-turiżmu, eċċ.,

—

servizzi ta’ għajnuna għan-navigazzjoni għat-tbaħħir,

—

kiri ta’ żraben speċifiċi għal ċertu logħob (żraben tal-iskis, żraben tal-futbol, żraben tal-golf u żraben simili oħra ffittjati bl-iskejz, rotelli, imsiemer, stażżijiet, eċċ.).

Ma tinkludix: Forniment ta’ ikel u xorb u servizzi oħra pprovduti minn ristoranti u ħwienet tax-xorb indipendenti (6.5).

6.7.   Servizzi kulturali u ta’ divertiment

Tinkludi:

—

ċinematografi, teatri, teatri tal-opra, swali tal-kunċerti, swali mużikali, ċirki tal-kummiedja, spettakli tal-ħoss u tad-dawl,

—

mużewijiet, libreriji, gallariji tal-arti, esibizzjonijiet,

—

monumenti storiċi, ġonna nazzjonali, ġonna żooloġiċi u botaniċi, akkwarji, kiri ta’ tagħmir u aċċessorji għall-kultura, bħalma huma settijiet tat-televiżjoni, video-cassettes, eċċ.,

—

fieri u l-ġonna tad-divertiment,

—

avvenimenti tal-isports,

—

servizzi ta’ bejgħ ta’ biljetti,

—

servizzi tal-mużiċisti, buffi, artisti għad-divertiment privat.

6.8.   Logħob tal-azzard, lotteriji

Il-logħob tal-azzard jinvolvi mħatri ta’ flus jew ta’ xi ħaġa b’valur materjali fuq avveniment li r-riżultat tiegħu huwa inċert, bl-intenzjoni ewlenija tkun dik li jintrebħu flus u/jew oġġetti materjali addizzjonali.

Tinkludi:

—

servizzi tal-imħatri,

—

lotteriji,

—

każinojiet,

—

Internet/logħob tal-azzard bil-mowbajl.

Logħob ieħor tax-xorti.

6.9.   Servizzi oħrajn ta’ rikreazzjoni

7.   Enerġija u Ilma

Terminu/Deskrizzjoni u Definizzjoni Spjegattiva

Tinkludi: oġġetti u servizzi relatati mal-ilma, l-elettriku, gass jew sorsi oħra ta’ enerġija.

7.1.   Ilma

Tinkludi:

—

provvista tal-ilma,

—

affarijiet assoċjati bħall-kera tal-miters, qari tal-miters, kontijiet pendenti, eċċ.,

—

ġbir u rimi tad-drenaġġ.

Ma tinkludix: ilma tax-xorb mibjugħ fi fliexken jew kontenituri (1.6); misħun jew fwar mixtri minn impjanti distrettwali tat-tisħin (7.4).

7.2.   Elettriku

Tinkludi:

—

provvista tal-elettriku,

—

affarijiet assoċjati bħall-kera tal-miters, qari tal-miters, kontijiet pendenti, eċċ.,

7.3.   Gass

Din il-kategorija tirreferi għall-gass fornut permezz ta’ netwerk ta’ pipeline rregolat.

Tinkludi:

—

gass tal-belt u gass naturali,

—

affarijiet assoċjati bħall-kera tal-miters, qari tal-miters, kotenituri għall-ħażna, kontijiet pendenti, eċċ.

7.4.   Sorsi oħra ta’ enerġija

Tinkludi:

—

żjut għat-tisħin u t-tidwil domestiku,

—

Karburanti solidi, li jinkludu fost oħrajn il-faħam, faħam tal-kannol, kokk, trab tal-faħam ippressat, injam li jintuża għan-nar, karti tal-ħajt b’biċċiet tal-injam żgħar ġo fihom, pritkuni, pit u affarijiet simili, granelli,

—

idrokarburi llikwidifikati (butanu, propan, eċċ.),

—

misħun u fwar mixtri minn impjanti tat-tisħin,

—

tisħin u tkessiħ distrettwali,

—

tisħin ġeotermali,

—

gass naturali fornut lokalment permezz ta’ netwerk li mhijiex irregolata.

Tinkludi: affarijiet assoċjati bħall-kera tal-miters, qari tal-miters, kontijiet pendenti, silġ użat għal skopijiet ta’ tkessiħ u refriġerazzjoni.

Ma tinkludix: Karburanti u lubrikanti għal vetturi u mezzi oħra ta’ trasport personali (1.21).

8.   Saħħa

Terminu/Deskrizzjoni u Definizzjoni Spjegattiva

Tinkludi: oġġetti u servizzi relatati mal-kura tas-saħħa.

8.1.   Mediċina mogħtija b’riċetta

Tinkludi:

—

mediċini li huma mixtrija b’riċetta u huma użati mill-bnedmin għal skopijiet ta’ saħħa bħalma huma l-kura, il-mitigazzjoni, it-trattament, jew il-prevenzjoni ta’ marda,

—

mediċina alternattiva mibjugħa b’riċetta.

Ma tinkludix: prodotti veterinarji (1.23); oġġetti għall-iġjene personali bħas-sapun mediċinali (1.25).

8.2.   Mediċina li tista’ tinxtara mingħajr riċetta

Tinkludi:

—

mediċini li huma mixtrija mingħajr riċetta u huma użati mill-bnedmin għal skopijiet ta’ saħħa bħalma huma l-kura, il-mitigazzjoni, it-trattament, jew il-prevenzjoni ta’ marda,

—

mediċina alternattiva li tinxtara mingħajr riċetta.

8.3.   Tagħmir mediku u apparat ta’ għajnuna fiżika ieħor użat minn pazjenti

Dawn it-tagħmir u l-apparat ta’ għajnuna fiżika huma maħsuba biex jikkompensaw għal xi ferita jew xi diżabilità jew biex itaffuha.

Tinkludi:

—

għajnuniet viżwali, nuċċalijiet li jikkoreġu l-viżta u lentijiet li jintlibsu direttament fl-għajnejn,

—

żraben ortopediċi,

—

oġġetti ta’ maljerija medika bħal kalzetti tal-lastku,

—

prosteżi,

—

bsaten tal-mixi u bsaten komuni,

—

apparat akustiku (strument għas-smigħ),

—

għajnuniet għall-mobilità,

—

skuters bil-magni, siġġijiet tar-roti bil-magni u vetturi oħra ta’ mobilità użati għal skopijiet medikali,

—

tlugħ fis-siġġu tal-funikular,

—

sodod ortopediċi/aġġustabbli,

—

apparat mediku ieħor użat mill-pazjenti.

8.4.   Servizzi tas-saħħa

Dan il-grupp ikopri s-servizzi ta’ sptarijiet ġenerali u speċjalisti, is-servizzi ta’ ċentri mediċi, ċentri tal-maternità, djar għall-kura u djar tal-konvalexxenza li prinċipalment jipprovdu kura tas-saħħa għall-pazjenti li jkunu residenti, is-servizz ta’ isitituzzjonijiet li jieħdu ħsieb l-anzjani fejn il-monitoraġġ mediku jkun komponent essenzjali u s-servizzi ta’ ċentri ta’ rijabilitazzjoni li jipprovdu kura medika lil pazjenti li jkunu residenti u terapija rijabilitattiva fejn l-għan ikun dak li l-pazjent jiġi trattat aktar milli jingħata sostenn fit-tul.

Tinkludi:

—

servizzi ta’ saħħa offruti fl-isptarijiet, kliniċi privati u ċentri ta’ rijabilitazzjoni,

—

konsulti ma’ tobba b’ mod ġenerali jew ma’ speċjalisti,

—

servizzi ta’ laboratorji tal-analiżi medika u ta’ ċentri tal-X-ray,

—

servizzi ta’ infermiera u qwiebel li jaħdmu għal rashom,

—

servizzi ta’ akupunturisti, kiroprattċi, optometristi, psikjatri, psikologi, fiżjoterapisti, podologi, u osteopati, terapisti tad-diskors u tal-lingwa li jaħdmu għal rashom, eċċ.,

—

terapija ġinnastika korrettiva preskritta medikalment,

—

kura lill-pazjenti li ma jkunux residenti fil-banjijiet termali jew fl-ilma baħar,

—

servizzi ta’ ambulanza,

—

kiri ta’ apparat terapewtiku,

—

servizzi ta’ speċjalisti ortodontiċi,

—

dentisti,

—

esperti tal-viżta,

—

kirurġija kożmetika.

Ma tinkludix: is-servizzi ta’ djar tal-mistrieħ għall-anzjani, istituzzjonijiet għall-persuni b’diżabilità u ċentri ta’ rijabilitazzjoni li jipprovdu primarjament sostenn fit-tul (8.5).

8.5.   Djar ta’ mistrieħ u kura pprovduta fid-dar

Dawn is-servizzi jinkludu kura residenzjali, għajnuna fid-dar, għajnuna matul il-ġurnata u rijabilitazzjoni. B’mod aktar speċifiku, din il-klassi tkopri wkoll ħlasijiet minn familji għal:

—

djar ta’ mistrieħ għal persuni anzjani, residenzi għal persuni b’diżabilità, ċentri tar-rijabilitazzjoni li jipprovdu sostenn fit-tul ta’ pazjenti aktar milli bħala kura tas-saħħa u terapija rijabilitattiva, skejjel għal persuni b’diżabilità fejn l-għan prinċipali jkun dak li l-istudenti jiġu megħjuna jegħlbu d-diżabilità tagħhom,

—

għajnuna biex l-anzjani u l-persuni b’dizabilità jkunu jistgħu jgħixu d-dar (servizzi ta’ tindif tad-dar, programmi ta’ ikel, ċentri ta’ kura matul il-ġurnata, servizzi ta’ kura matul il-ġurnata u servizzi ta’ kura waqt il-vaganzi).

9.   Edukazzjoni

Deskrifinizzjoni Deskrittiva/Spjegattiva

Din il-kategorija tkopri s-servizzi edukattivi biss. Din ma tinludix l-ispejjeż fuq materjal edukattiv, bħal kotba u oġġetti ta’ kartolerija, jew servizzi edukattivi ta’ għajnuna, bħalma huma servizzi għall-kura tas-saħħa, servizzi ta’ trasport, servizzi ta’ forniment ta’ ikel u xorb u s-servizzi ta’ akkomodazzjoni.

Din tinkludi l-edukazzjoni permezz ta’ xandir bir-radju jew bit-televiżjoni.

Ma tinkludix: Forniment ta’ ikel u servizzi oħra pprovduti minn ristoranti u ħwienet tax-xorb indipendenti (6.5), lezzjonijet individwali barra l-iskola jew lezzjonijiet fi gruppi dwar il-briġġ, iċ-ċess, l-aerobika, iż-żfin, il-mużika, l-iskejzjar, l-iskijar, l-għawm jew passatempi oħra (6.6).

9.1.   Skejjel

Tinkludi: l-programmi edukattivi, ġeneralment għall-adulti, li ma jeħtiġux xi tagħlim speċjali preliminari, b’ mod partikolari t-taħriġ vokazzjonali u l-iżvilupp kulturali.

Ma tinkludix: korsijiet ta’ taħriġ rikrejattiv bħal sport jew lezzjonijiet dwar il-briġġ mogħtija minn għalliema indipendenti (6.6).

9.2.   Lingwa, istruzzjonijiet dwar is-sewqan u korsijiet privati oħra

Tinkludi:

—

Servizz għat-tagħlim ta’ lingwa barranija, minn korsijiet ta’ ġurnata sa korsijiet li jdumu s-snin,

—

Korsijiet li għandhom bħala skop li jgħallmu n-nies kif isuqu l-muturi,

—

Korsijiet privati oħra.

Ma tinkludix: Korsijiet relatati ma’ sports, delizzji u passatempi oħra (6.6).

10.   Oħrajn

Definizzjoni/Definizzjoni Spjegattiva

10.1.   Oħrajn (Tinkludi kemm oġġetti kif ukoll servizzi)

Oġġetti u servizzi oħra li mhumiex koperti mill-kategoriji fit-Taqsima B.

TAQSIMA C

INFORMAZZJONI DWAR IT-TIP TA’ ILMENT JEW DOMANDA

Livell 1 jikkorrispondi għal, pereżempju, “Kwalità ta’ oġġetti u servizzi”.

Livell 2 jikkorrispondi għal, pereżempju, “Difettuż, ikkawża ħsara”.

1.   Kwalita’ ta’ oġġetti u servizzi

1.1.   Difettuż, ikkawża ħsara

L-oġġett għandha l-ħsara, mhux jaħdem, ikkawża ħsara jew is-servizz ma ħadimx kif suppost jew ikkawża ħsara.

Ma tinkludix: Kwistjonijiet relatati ma’ saħħa u sikurezza (C 10).

1.2.   Mhuwiex konformi mal-ordni

L-oġġett jew is-servizz li ġie kkunsinnat ma kienx simili fil-forma jew fil-karattru għall-oġġett jew is-servizz deskritt fl-ordni (jinkludi kwalità li mhijiex sodisfaċenti u prodotti ffalsifikati).

1.3.   Mhuwiex tajjeb għal skop partikolari

L-oġġett jew is-servizz ikkunsinnat mhuwiex tajjeb għall–iskop partikolari li għalih kien meħtieġ mill-konsumatur u li dan tal-aħħar informa lin-negozjant dwaru fil-ħin meta l-kuntratt jew il-bejgħ ġie konkluż.

2.   Kunsinna ta’ oġġetti/Forniment ta’ servizzi

2.1.   Ma kienx ikkunsinnat/ma ġiex ipprovdut

L-oġġett ma kienx ikkunsinnat/is-servizz ma ġiex ipprovdut lill-konsumatur. In-negozjant naqas milli jipprovdi oġġett jew servizz.

Tinkludi: telf, indirizz żbaljat ta’ kunsinna u kanċellazzjoni.

2.2.   Parzjalment ikkunsinnat/ipprovdut parzjalment

Il-kunsinna tal-oġġett ma kinetx kompluta minħabba li kien hemm xi affarijiet nieqsa jew is-servizz kien ipprovdut parzjalment biss.

2.3.   Dewmien

Dan l-oġġet ma kienx ikkunsinnat/is-servizz ma kienx ipprovdut, fi żmien propizju (żmien mistenni jew miftiehem).

2.4.   Mhux disponibbli/M’hemmx aċċess

Il-konsumatur m’għandux aċċess għall-oġġetti jew is-servizzi pprovduti minn negozjant, jew ċerti oġġetti jew servizzi mhumiex disponibbli jew m’għadhomx disponibbli għall-konsumatur. Pereżempju, konnessjoni tal-Internet u tat-telefown, gass/elettriċita jew linja ta’ prodott li m’għadux jiġi prodott li qabel kien jinbiegħ f’ħanut lokali.

Ma tinkludix: Oġġetti jew servizzi li negozjant huwa legalment obbligat li jipprovdi u li mhumiex ikkunsinnati u li mhumiex ipprovduti (C 2.1). Oġġetti jew servizzi li huma għall-bejgħ u li negozjant jirrifjuta li jbiegħ jew li jforni lil konsumatur (C 2.5).

2.5.   Rifjut li wieħed ibiegħ/jipprovdi oġġett jew servizz

Ir-rifjut li wieħed ibiegħ jew iforni lill-konsumatur oġġett jew servizz li jinsab għall-bejgħ.

2.6.   Sospensjoni tal-kunsinna ta’ oġġett jew il-forniment ta’ servizz mingħajr avviż

Il-kunsinna ta’ oġġett jew il-forniment ta’ servizz tiġi mwaqqfa mingħajr avviż.

2.7.   Ħinijiet tal-ftuħ

Tirreferi għal każijiet fejn il-ħinijiet ta’ ftuħ jillimitaw l-opportunitajiet tal-konsumatur biex jikkuntattja lin-negozjant.

2.8.   Servizz għall-konsumatur

Il-konsumatur mhuwiex sodisfatt bis-servizz għall-konsumatur ipprovdut min-negozjant fir-rigward tax-xiri ta’ oġġett sal-waqt ta’ meta jsir ix-xiri/fir-rigward tax-xiri ta’ servizz sal-waqt li s-servizz jiġi kkunsinnat.

Tinkludi: Tul ta’ kju.

2.9.   Servizz/għajnuna ta’ wara l-bejgħ

Is-sostenn lill-konsumatur wara x-xiri ta’ oġġett jew servizz ma kienx sodisfaċenti għal-konsumatur fir-rigward tal-komunikazzjoni u/jew tal-proċess.

Tinkludi: Aċċess diffiċli, għoli jew l-ebda aċċess għaċ-ċentru tas-sejħiet.

2.10.   Kwistjonijiet oħra relatati mal-kunsinna tal-oġġetti/forniment ta’ servizzi

3.   Prezz/Tariffa

3.1.   Bidla fil-prezz/tariffa

Bdil fil-prezz jew fit-tariffa.

3.2.   Diskriminazzjoni fil-prezz

Strateġija ta’ ipprezzar fejn il-konsumaturi jiġu mitluba jħallsu prezzijiet differenti għall-istess oġġett jew servizz.

Ma tinkludix: Kwistjonijiet relatati ma’ indikazzjoni żbaljata jew indikazzjoni li tiżgwida ta’ prezzijiet/tariffi u t-tikkettjar (C 7.2).

3.3.   Trasparenza fit-tariffa (tariffa mhix ċara, kumplessa)

L-informazzjoni dwar kif tariffa ġiet komposta, bħal x’komponenti jew servizzi ġew inklużi u dawk li mhumiex, mhijiex ċara u/jew kumplessa. Din il-kategorija tinkludi ħlasijiet supplimentari bħal ħlasijiet għal pagamenti li saru tard, ħlasijiet penali, amministrazzjoni, kunsinna, eċċ.

Ma tinkludix: Kwistjonijiet relatati ma’ indikazzjoni żbaljata jew indikazzjoni li tiżgwida ta’ prezzijiet/tariffi u t-tikkettjar (C 7.2).

3.4.   Kwistjonijiet oħra relatati mal-prezz/tariffa

Ma tinkludix: Kwistjonijiet relatati ma’ indikazzjoni żbaljata jew indikazzjoni li tiżgwida ta’ prezzijiet/tariffi u t-tikkettjar (C 7.2).

4.   Fatturazzjoni/komputazzjoni u ġbir ta’ dejn

4.1.   Żball fil-fattura/kont

Fattura ħażina pereżempju meta d-dejta fuq fattura ma tkunx korretta bħal pereżempju n-numru tal-kont, l-isem tal-oġġett jew tas-servizz, jew l-ammonti ta’ ħlas. Dan jinkludi fatturazzjoni/komputazzjoni doppja.

4.2.   Nuqqas ta’ ċarezza fil-fattura/kont

Fattura li ma tinftiehemx; Nuqqas ta’ trasparenza tal-affarijiet jew servizzi li wieħed qiegħed iħallas għalihom jew kif ġie kkalkulat l-ammont totali.

4.3.   Nuqqas ta’ fattura jew aċċess diffiċli għal fattura/dikjarazzjoni mensili

Il-fattura ma ntbagħtitx lill-konsumatur jew il-konsumatur ma jistax ikollu aċċess għall-fattura jew id-dikjarazzjoni mensili, pereżempju permezz tal-Internet.

4.4.   Nuqqas ta’ spjegazzjoni għall-fatturazzjoni/kont

Fatturazzjoni għal oġġetti jew servizzi li ma ġewx mixtrija.

4.5.   Ġbir ta’ dejn

Tirreferi għal kwistjonijiet relatati mal-ġbir min-negozjant ta’ ammonti ta’ fatturazzjoni li għadhom pendenti.

4.6.   Kwistjonijiet oħra relatati ma’ fatturazzjoni/kontijiet u ġbir ta’ dejn

5.   Awtorizzazzjoni/garanzija statutorja u garanziji kummerċjali

5.1.   Awtorizzazzjoni/garanzija statutorja li ma tiġix onurata

In-negozjant ma jissodisfax l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-awtorizzazzjoni/garanzija statutorja (jiġifieri d-drittijiet tal-konsumatur mogħtija lilu bil-liġi).

5.2.   Garanzija kummerċali li ma tiġix onurata

In-negozjant ma jissodisfax l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-garanziji kummerċjali tiegħu stess.

6.   Rimedju

6.1.   Aċċess diffiċli għal rimedju

Il-konsumatur għandu diffikultajiet biex iġib informazzjoni dwar fejn jista’ jilmenta u jitlob rimedju (eż. l-ebda numru tat-telefown, l-ebda indirizz tal-posta elettronika jew il-linji tat-telefown huma kollha okkupati).

6.2.   L-ebda rimedju

Lil hinn mill-iskop tal-awtorizzazzjonijiet legali u l-garanziji kummerċjali tas-soltu, il-konsumatur ma jingħatax rimedju.

Il-konsumatur ma jingħatax rimedju għal, pereżempju, telf, ħsarat jew inġurji.

6.3.   Rimedju parzjali jew żbaljat

Il-konsumatur ma jingħatax ir-rimedju sħiħ kif mistenni minnu, eż. fir-rigward ta’ telf, ħsarat jew inġurji.

1.29.   Rimedju mhux fil-ħin

Ma jingħatax rimedju jew ma jingħatax fi żmien propizju (żmien misenni jew miftiehem).

6.4.   Kwistjonijiet oħra relatati mar-rimedju

7.   Prattiki kummerċjali inġusti

7.1.   Termini u kundizzjonijiet kontrattwali li jiżgwidaw

L-informazzjoni dwar termini u kundizzjonijiet kontrattwali tkun waħda li tiżgwida jekk tikkawża jew x’aktarx li ġġiegħel lill-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li kieku f’każ ieħor ma kienx jieħu, jew minħabba li l-informazzjoni tkun falza u għaldaqstant mhux veru, jew b’xi mod, inkluż fil-preżentazzjoni ġenerali tagħha, tqarraq jew x’aktarx li tqarraq bil-konsumatur medju, anki jekk l-informazzjoni tkun korretta.

7.2.   Indikazzjoni ta’ prezzijiet/tariffi u ttikkettjar żbaljata jew li tiżgwida lill-konsumatur

Il-prezz indikat fuq it-tabella, fuq il-lista ta’ prezz jew band’oħra ma jirrappreżentax kompletament u b’mod sħiħ il-prezz (ħlasijiet moħbija) jew inkella hu sempliċiment ħażin.

Tinkludi: partikolari tal-ittikkettjar (isem tal-prodott, manifattur, data ta’ durabilità (fejn applikabbli), riskju eċċ.), il-forma tat-tabelli, il-post tagħhom, eċċ.

Ma tinkludix: Kwistjonijiet relatati ma’ prezz/tariffa (C 3); Fatturazzjoni/kont u ġbir ta’ dejn (C 4); ittikkettjar dwar saħħa u sikurezza (C 10.2).

7.3.   Riklamar li jiżgwida lill-konsumatur

Reklamar ikun wieħed li jiżgwida jekk: Ikun fih informazzjoni falza u li għaldaqstant mhijiex vera, jew li jaħbi jew jonqos milli jsemmi informazzjoni dwar il-materjal li l-konsumatur medju għandu bżonn ikun jaf sabiex jieħu deċiżjoni, jew li b’xi mod, inkluż il-preżentazzjoni ġenerali, iqarraq jew x’aktarx li jqarraq bil-konsumatur meta dan jiġi biex jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li kieku f’każ ieħor ma kienx jieħu.

7.4.   Reklamar mhux mitlub

Tirreferi għal komunikazzjonijiet mhux mitluba għall-iskop ta’ tqegħid fis-suq dirett jew mingħajr il-kunsent tal-konsumatur jew fir-rigward ta’ konsumatur li ma jixtieqx jirċievi dawn il-komunikazzjonijiet.

7.5.   Oġġetti jew servizzi mhux mitluba

Tirreferi għal oġġetti jew servizzi kkunsinnati jew ipprovduti minkejja li ma kienux mitluba.

7.6.   Prattiki ta’ bejgħ aggressivi

Prattika titqies bħala aggressiva jekk ikun hemm effett ħażin sew fuq l-għażla libera jew fuq l-imġiba tal-konsumatur medju. Dan ifisser li prattika kummerċjali tuża turment, ġegħil, inkluż forza fiżika, jew influwenza eċċessiva. “Influwenza eċċessiva” tfisser l-“isfruttament ta’ pożizzjoni ta’ poter fil-konfront tal-konsumatur biex tapplika pressjoni, anke mingħajr ma tuża jew thedded li tuża forza fiżika, b’mod li tillimita sostanzjalment l-abbiltà tal-konsumatur li jieħu deċiżjoni infurmata”.

7.7.   Prattiki frodulenti

Il-frodi huwa l-att kriminali jew l-offiża li tqarraq b’ħaddieħor b’mod deliberatorju sabiex tagħmillu l-ħsara — normalment, biex tinkiseb proprjetà jew servizzi b’mod inġust.

7.8.   Prattiki kummerċjali inġusti oħra

Din il-kategorija tinkludi prattiċi kummerċjali inġusti oħra bħalma huma li tiżgwida lill-konsumatur jew li tipprovdi parir falz qabel il-bejgħ.

8.   Kuntratti u bejgħ

8.1.   Termini kontrattwali inġusti/bidla fit-termini kuntrattwali

Terminu kuntrattwali li ma jkunx ġie negozjat individwalment għandu jitqies inġust jekk, kontrarjament għall-ħtieġa ta’ rieda tajba, jikkawża żbilanċ sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi li jissemmew fil-kuntratt tal-partijiet, bi ħsara għall-konsumatur.

Bidla fit-terminu kuntrattwali se titqies bħala inġusta jekk in-negozjanti jbiddel unilateralment it-termini kuntrattwali biex b’hekk jikkawża bidla sinifikanti fid-drittijiet u l-obbligi msemmija fil-kuntratt, bi ħsara għall-konsumatur.

Ma tinkludix: Termini u kundizzjonijiet kontrattwali li jiżgwidaw (C 7.1).

8.2.   Nuqqas ta’ informazzjoni

Il-konsumatur ma jirċevix informazzjoni meħtieġa skont il-kuntratt. (eż. informazzjoni dwar in-negozjant, il-karatteristiċi ewlenin tal-oġġett, il-bejgħ, u l-ispejjeż tal-kunsinna).

8.3.   Konferma tal-ordni (mhix riċevuta/ħażina)

Il-konsumatur ma jirċevix konferma tal-ordni jew jirċievi konferma tal-ordni żbaljata.

8.4.   Perjodu ta’ tregwa/Dritt ta’ rtirar

In-negozjant ma jissodisfax id-dritt tal-konsumatur biex jirtira mill-kuntratt jew id-dritt tal-konsumatur biex jikkonsidra mill-ġdid tranżazzjoni matul il-perjodu ta’ tregwa (possibbli f’ċerti ċirkustanzi).

8.5.   Pagamenti (eż. ħlasijiet bil-quddiem jew ħlasijiet bin-nifs)

Kwistjonijiet relatati ma’ pagamenti kif iddikjarat fil-kuntratt. Pereżempju ħlasijiet bil-quddiem u d-distribuzzjoni ta’ pagament lin-negozjanti abbażi ta’ skeda regolai (ħlasijiet bin-nifs).

8.6.   Kanċellazzjoni ta’ kuntratt

Kwistjonijiet relatati mal-waqfien jew il-kanċellazzjoni ta’ kuntratt. Kanċellazzjoni ta’ kuntratt huwa terminazzjoni lil hinn mill-perjodu ta’ rtirar.

8.7.   Perjodu kuntrattwali minimu

Tirreferi għall-perjodu li għalih sottoskrizzjoni ma tistax tiġi kkanċellata, li konsumatur iqis bħala twil wisq.

8.8.   Kwistjonijiet oħra relatati ma’ kuntratti u bejgħ

9.   Bidla tal-fornitur

9.1.   Bidla tal-fornitur

Kwistjonijiet relatati ma’ bidla tal-fornitur.

10.   Sikurezza – tkopri kemm l-oġġetti (inkluż l-ikel) kif ukoll is-servizzi

10.1.   Sikurezza ta’ prodott – tkopri kemm l-oġġetti (inkluż l-ikel) kif ukoll is-servizzi

Is-sikurezza ta’ prodott tkopri kwalunkwe prodott li, taħt il-kondizzjonijiet normali jew previsti b’mod raġonevoli tal-użu (inklużi t-tul taż-żmien u, fejn applikabbli, it-tqegħid fis-servizz, l-istallazzjoni u r-rekwiżitital-manutenzjoni, ma tippreżenta l-ebda riskju jew ir-riskji minimi biss kompatibbli mal-użu tal-prodott ikkunsidrat aċċettabbli u konsistenti ma’ livell għoli tal-ħarsien għas-sikurezza u s-saħħa tal-persuni, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-punti li ġejjin:

—

ir-rekwiżiti ta’ sikurezza stipulati fil-leġiżlazzjoni,

—

il-karatteristiċi tal-prodott, inkluża l-kompożizzjoni tiegħu,

—

l-effett fuq prodotti oħrajn, meta jkun previst b’mod raġonevoli illi jrid jintuża ma’ prodotti oħra,

—

il-kategoriji tal-konsumaturi fir-riskju meta jintuża l-prodott, b’mod partikolari t-tfal u l-persjuni anzjani.

10.2.   L-ippakkjar, l-ittikkettjar u l-istruzzjonijiet - tkopri kemm l-oġġetti (inkluż l-ikel) kif ukoll is-servizzi)

Wieħed mill-għanijiet tal-ittikkettjar huwa li jiggarantixxi li l-konsumaturi jkollhom aċċess għal informazzjoni kompleta dwar il-kontenut u l-kompożizzjoni tal-prodotti, sabiex iħarsu saħħithom u s-sikurezza. Dan jinkludi kwalunkwe informazzjoni li tista’ tipprovdi dettalji dwar aspett partikolari tal-prodott relatata ma’ saħħa u sikurezza, bħal pereżempju l-metodu ta’ produzzjoni. L-ittikkettjar ikollu bżonn jinkludi elementi bħal: ippakkjar li mhux sikur inkluż sustanzi perikolużi jew mhux adatti għat-tfal (fgar eċċ.). L-ittikkettjar ta’ ċerti prodotti mhux tal-ikel għandhom ikollhom ukoll informazzjoni partikolari, sabiex jiggarantixxu l-użu sikur tagħhom u jippermettu lill-konsumaturi biex jeżerċitaw għażla reali.

11.   Privatezza u protezzjoni tad-dejta

11.1.   Protezzjoni tad-dejta

Tinkludi l-qerda, l-iżvelar jew is-serq ta’ dejta li hija proprjetà tal-konsumatur, eż. dejta minn hard drive tkun ikkupjata matul rutina ta’ manutenzjoni. Jekk dejta personali tkun involuta, in-natura tal-ilment tkun “privatezza”.

Ilemti jkunu ta’ dan it-tip meta dejta personali (kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna naturali identifikata jew identifikabbli) tkun f’riskju jew ma tkunx ipproċessata skont il-liġijiet nazzjonali dwar protezzjoni tad-dejta. Organizzazzjonijiet huma obbligati li jipproċessaw dejta personali b’mod ġust u skont il-liġi, għal skopijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi, u li ma jipproċessawhomx aktar b’mod li jkun inkumpatibbli ma dawk l-iskopijiet. Id-dejta personali għandha tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva b’relazzjoni mal-għan li għalih tinġabar u/jew tkun ipproċessata aktar. Il-kontrollatur tad-dejta għandu jimplimenta miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa biex jipproteġi dejta personali kontra qerda aċċidentali jew kontra l-liġi, jew telf aċċidentali, bidla, żvelar mhux awtorizzat jew aċċess.

11.2.   Privatezza

Ilmenti huma ta’ dan it-tip jekk id-dritt tal-individwu għall-privatezza ikun ipperikolat jew ma jkunx irrispettat. Pereżempju d-dritt tal-individwu għall-korrispondenza privata ma jkunx irrispettat jew meta l-imġiba ta’ individwu tkun sorveljata mingħajr raġuni legali xierqa, eż. waqt xiri onlajn.

11.3.   Kwistjonijiet oħra relatati ma’ privatezza u protezzjoni tad-dejta

12.   Oħrajn

Kwistjonijiet oħra li mhumiex koperti mill-kategoriji l-oħra fit-Taqsima C. Pereżempju, ilmenti dwar diskriminazzjoni fit-tranżazzjonijiet tal-konsumatur, kwistjonijiet ta’ responsabbiltà ambjentali u soċjali relevanti għat-tranżazzjonijiet tal-konsumatur, għażla, diċenza u offensività f’servizzi awdjoviżivi (4).


(1)  Fil-każ ta’ trasport bl-ajru, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1), il-pajjiż rilevanti huwa Stat Membru kompetenti għal inċidenti relatati mat-titjiriet kollha minn ajruporti li jinsabu fit-territorju tiegħu, u t-titjiriet tat-trasportaturi tal-ajru Komunitarji minn pajjiżi terzi għal ajruporti bħal dawn.

(2)  Il-kategoriji li jinsabu f’din it-Taqsima huma bbażati fuq il-Klassifikazzjoni tal-Konsum Individwali Skont l-Iskop (COICOP), klassifikazzjoni ta’ referenza ppubblikata mid-Diviżjoni tal-Istatistiċi tan-Nazzjonijiet Uniti u użata minn ħafna istitituzzjonijiet inkluż il-Kummissjoni Ewropea, l-OECD u n-Nazzjonijiet Uniti biex tikklassifika l-konsum individwali skont l-iskop.

(3)   ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.

(4)  Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).