2006D0140 — MT — 01.01.2007 — 001.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Frar 2006

dwar kontribut finanzjarju speċifiku mill-Kummissjoni b'konnessjoni ma' l-istħarriġ dwar il-ġeni PrP li jirreżistu t-TSE fil-mogħoż imressaq minn Ċipru għas-sena 2006

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 408)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(2006/140/KE)

(ĠU L 054, 24.2.2006, p.300)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-16 ta’ Lulju 2007

  L 186

46

18.7.2007


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 023, 27.1.2009, p. 60  (507/07)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Frar 2006

dwar kontribut finanzjarju speċifiku mill-Kummissjoni b'konnessjoni ma' l-istħarriġ dwar il-ġeni PrP li jirreżistu t-TSE fil-mogħoż imressaq minn Ċipru għas-sena 2006

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 408)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(2006/140/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha,

Billi:

(1)

Il-qerda ta' l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) fir-ruminanti ċkejkna, inkluża l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) li titqies bħala l-kawża tal-varjant fatali fil-bniedem magħruf bħala l-marda ta' Creutzfeld Jacob, hija ta' importanza ewenija għall-protezzjoni tas-saħħa ta' l-annimali u tal-konsumaturi.

(2)

Fin-nagħaġ, mezz ewlieni sabiex tinkiseb l-qerda tat-TSE huwa s-selezzjoni favur il-ġeni proteini prijoni (PrP) reżistenti. Għaldaqstant, fild-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/100/KE ( 2 ) ġew stipulati r-rekwiżiti minimi għall-istabbiliment ta' programmi ta' tgħammir għar-reżistenza kontra t-TSEs fin-nagħaġ. L-informazzjoni disponibbli dwar il-ġeni PrP reżistenti għat-TSEs fil-mogħoż hija però limitata ferm.

(3)

Jeħtieġ li tiġi vverifikata l-eżistenza ta' ġenotipi reżistenti għat-TSEs fil-mogħoż sabiex tiġi żviluppata leġiżlazzjoni Komunitarja fil-kamp veterinarju, b'mod partikolari dwar il-kontroll u l-possibilità tal-qerda tat-TSE's minn dawn it-tipi ta' annimali.

(4)

Fl-2005, l-awtoritajiet Ċiprijotti ressqu programm ta' sorveljanza nazzjonali bi-annwali dwar il-ġenotipi li jirreżistu t-TSEs fil-mogħoż, bil-ħsieb li jiksbu appoġġ finanzjarju mill-Komunità. L-għanijiet ta' l-istħarriġ huma li jkompli jinvestiga l-ġene PrP tal-mogħoż Ċiprijotti sabiex jikkonferma r-riżultati ta' studji preliminari preċedenti fejn kienu nstabu polimorfiżmi PrP speċifiċi li indikaw reżistenza kontra t-TSEs u sabiex jevalwa d-dejta ħalli jippermetti li tinħadem il-prevalenza bażilineari tal-ġeni PrP li jirreżistu t-TSEs fil-mogħoż. Ċipru għandu prevalenza għolja ferm ta' TSEs fil-mogħoż u għaldaqstant huwa l-aktar Stat Membru adatt sabiex iwettaq it-tali proġett sperimentali. Hemm il-ħsieb li l-istħarriġ jinbeda fl-1 ta' Jannar 2006.

(5)

L-istħarriġ se jsir mis-Servizzi Veterinarji tal-Ministeru ta' l-Agrikultura, ir-Riżorsi Naturali u l-Ambjent ta' Ċipru. Il-Laboratorju Referenzjarju Komunitarju għat-TSE se jipprovdi s-superviżjoni xjentifika ta' l-istħarriġ.

(6)

Skond l-Artikolu 3, paragrafu 2, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 ( 3 ), miżuri veterinarji u tas-saħħa tal-pjanti mittieħda skond ir-regoli tal-Komunità għandhom jiġu ffinanzjati taħt is-sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija; għal finijiet ta' kontroll finanzjarju, l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999, japplikaw.

(7)

Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata jekk l-azzjonijiet maħsuba jsiru b'mod effettiv u jekk l-awtoritajiet jagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-limiti taż-żmien previsti. Għal raġunijiet baġitarji, l-għajnuna Komunitarja tiġi deċiża kull sena.

(8)

Hemm bżonn li tiġi ċċarata r-rata li għandha tintuża għall-konverżjoni ta' l-applikazzjonijiet tal-pagamenti mressqa f'muniti nazzjonali kif definit fl-Artikolu 1 d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 2799/98 li jistabbilixxi l-arranġamenti agrimonetarji għall-euro ( 4 ).

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



▼M1

Artikolu 1

1.  Il-programm ta’ stħarriġ għall-ġeni PrP reżistenti għat-TSE fil-mogħoż ippreżentat minn Ċipru huwa hawnhekk approvat għal perjodu ta’ 24 xahar li jibda mill-1 ta’ Jannar 2006.

2.  L-assistenza finanzjarja min-naħa tal-Komunità għall-programm li jirreferi għalih il-paragrafu 1 tkopri l-ispejjeż (minbarra l-VAT) imġarrba minn Ċipru għat-testijiet fil-laboratorju sa 100 % b’mod konformi mal-Kapitolu 1 ta’ l-Anness għas-sena 2006 u l-Kapitolu 3 għas-sena 2007. L-assistenza totali għandha tkun ammont massimu ta’ EUR 47 500 għas-sena 2006 u EUR 103 000 għas-sena 2007.

▼B

Artikolu 2

1.  L-għajnuna finanzjarja msemmija fl-Artikolu 1 (2) għandha titħallas lil Ċipru sakemm l-implimentazzjoni tal-programm tkun f'konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi Komunitarja, li tinkludi regoli dwar il-kompetizzjoni u fuq l-għoti tal-kuntratti pubbliċi u suġġetta għall-kundizzjonijiet li hemm previsti fil-punti (a) sa (e):

(a) li ġġib fis-seħħ sa l-1 ta' Jannar 2006 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi biex jiġi implimentat l-istħarriġ,

▼M1

(b) li jressaq evalwazzjoni finanzjarja u teknika intermedjarja annwali li tkopri l-ewwel tmien xhur ta’ kull sena ta’ l-istħarriġ, mhux aktar tard minn xahrejn wara tmiem dak il-perjodu; ir-rapport għandu jkun konformi mal-mudell kif stipulat fil-Kapitolu 2 ta’ l-Anness għas-sena 2006 u fil-Kapitolu 4 tiegħu għas-sena 2007, flimkien ma’ evidenza li tiġġustifika l-ispejjeż imġarrba.

(c) li jressaq rapport annwali finali għal kull sena ta’ l-istħarriġ sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2007 għas-sena 2006 u mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2008 għas-sena 2007, dwar l-eżekuzzjoni u r-riżultati kumplessivi ta’ l-istħarriġ għall-perjodu kollu li matulu tkun ingħatat l-assistenza finanzjarja Komunitarja; ir-rapport għandu jkun fih evalwazzjoni teknika u finanzjarja li tkopri s-snin 2006 u 2007, skond il-mudell kif stipulat fil-Kapitolu 2 ta’ l-Anness għas-sena 2006 u l-Kapitolu 4 tiegħu għas-sena 2007, flimkien ma’ evidenza li tiġġustifika l-ispejjeż imġarrba.

▼B

d) dawn ir-rapporti li jipprovdu informazzjoni teknika u xjentifika sostantiva u ta' valur li tikkorrispondi ma' l-għan ta' l-intervent Komunitarju,

e) li timplimenta l-programm b'mod effettiv.

▼M1

2.  Meta l-limitu ta’ żmien ipprovdut fil-paragrafu 1c) ma jkunx rispettat, il-kontribut finanzjarju għandu jitnaqqas b’25 % fl-1 ta’ Mejju, 50 % fl-1 ta’ Ġunju, 75 % fl-1 ta’ Lulju u 100 % fl-1 ta’ Settembru tas-sena kalendarja ta’ wara s-sena ta’ stħarriġ ikkonċernata.

Artikolu 3

In-nefqa ppreżentata minn Ċipru għal kontribut finanzjarju mill-Komunità għandha tiġi espressa f’euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra.

Ir-rata ta’ konverżjoni għan-nefqa għandha tkun l-aktar rata reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih tkun tressqet l-applikazzjoni minn Ċipru.

▼B

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2006.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Ċipru.




ANNESS

KAPITOLU 1

Assistenza finanzjarja Komunitarja



Spejjeż

Numru ta' unitajiet

Spiża unitarja f'euro

Spiża totali f'euro

Assistenza Komunitarja

Ġabra tal-kampjuni

70 siegħa

21 €

1 470 €

Xejn

Eżami istoloġiku

1 500 analiżi

3,5 €

5 250 €

Xejn

Il-ġenotipizzazzjoni PrPIs-sekwenzar tad-DNA

750 analiżi

60 €

45 000 €

Spejjeż ta' massimu ta' 750 analiżi għall-massimu ta' 60 € kull analiżi

Ittestjar rapidu

Kits u oġġetti konsumabbli tat-testijiet

250 test

14 €

3 500 €

Spejjeż ta' massimu ta' 250 test għall-massimu ta' 10 € kull test

Xogħol

60 siegħa

20 €

1 200 €

Xejn

Il-koordinament u l-evalwazzjoni tad-dejta

1 778 siegħa

14,5 €

25 780 €

Xejn

Spejjeż ta' vvjaġġar u akkommodazzjoni ta' l-espert tas-CRL

vjaġġ 1

1 300 €

1 300 €

Xejn

 
 
 

Total:

Massimu ta' 47 500 €

KAPITOLU 2

Rappurtar tekniku u finanzjarju

Sezzjoni A:   Rapport tekniku

Perjodu tar-rappurtar minn … sa …

Determinazzjoni tal-ġenotip PrP permezz tas-sekwenzar tad-DNA



 

Nru ta' kampjuni ta' aċidu aminu fil-codon 146

Aċidu aspartiku

Serina

…

Oħrajn

Istoloġikament TSE + suspetti, test rapidu +

 
 
 
 

Istoloġikament TSE + suspetti, test rapidu –

 
 
 
 

Istoloġikament TSE – suspetti, test rapidu +

 
 
 
 

Istoloġikament TSE – suspetti, test rapidu –

 
 
 
 

Kontrolli sanitarji

 
 
 
 

Sezzjoni B:   Dikjarazzjoni ta' l-ispejjeż minfuqa fuq il-kontroll ( 5 )

Perjodu tar-rappurtar minn … sa …

In-numru tar-referenza tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi l-assistenza finanzjarja: …



Spejjeż imġarrba konnessa ma'

Numru ta' unitajiet

Spejjeż imġarrba matul il-perjodu tar-rappurtar (fil-munita nazzjonali)

Ġenotipizzazzjoni PrP permezz tas-sekwenzar tad-DNA Numru ta' testijiet:

 
 

Ittestjar rapidu. Numru ta' testijiet:

 
 

Ittestjar rapidu. Sigħat ta' xogħol:

 
 

▼M1

KAPITOLU 3

Assistenza finanzjarja Komunitarja



Spejjeż

Numru ta’ unitajiet

Spiża unitarja

f’euro

Spiża totali

f’euro

Assistenza Komunitarja

Il-ġenotipizzazzjoni PrP

Analiżi ta’ l-SNP/sekwenzar tad-DNA

11 000 analiżi

8 EUR

88 000 EUR

►C1  Spejjeż ta’ massimu ta’ 11 000 analiżi għall-massimu ta’ EUR 8 għal kull analiżi ◄

Ittestjar rapidu: kitts u oġġetti konsumabbli tat-testijiet

1 500 test

10 EUR

15 000 EUR

Spejjeż ta’ massimu ta’ 1 500 test għall-massimu ta’ 10 EUR kull test

 

Total

Massimu ta’ 103 000 EUR

KAPITOLU 4

Rappurtar tekniku u finanzjarju

Sezzjoni A:   Rapport tekniku

Perjodu tar-rappurtar minn … sa …

Determinazzjoni tal-ġenotip PrP permezz ta’ l-analiżi ta’ l-SNP/is-sekwenzar tad-DNA



 

Nru ta’ kampjuni ta’ aċidu aminu fil-codon 146

Aċidu aspartiku

Serina

…

Oħrajn

Stħarriġ tar-razza: Damascus

 
 
 
 

Stħarriġ tar-razza: Saanen

 
 
 
 

Stħarriġ tar-razza: Macheras Lokali

 
 
 
 

Stħarriġ tar-razza: Lokali

 
 
 
 

Stħarriġ tar-razza: French Alpine

 
 
 
 

Merħliet ħielsa mill-iscrapie (unitajiet nuklei)

 
 
 
 

Istoloġikament TSE + suspetti, test rapidu +

 
 
 
 

Sezzjoni B:   Dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż imġarrba għall-kontroll ( 6 )

Perjodu tar-rappurtar minn … sa …

In-numru tar-referenza tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi għal assistenza finanzjarja: …



Spejjeż imġarrba konnessa ma’

Numru ta’ unitajiet

Spejjeż imġarrba matul il-perjodu tar-rappurtar

(fil-munita nazzjonali)

Ġenotipizzazzjoni PrP permezz ta’ l-analiżi ta’ l-SNP/is-sekwenzar tad-DNA. Numru ta’ testijiet:

 
 

Ittestjar rapidu. Numru ta’ testijiet

 
 



( 1 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 (ĠU L 325, tat-12.12.2003, p. 31).

( 2 ) ĠU L 41, ta' l-14.2.2003, p. 41.

( 3 ) ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

( 4 ) ĠU L 349, ta' l-24.12.1998, p. 1.

( 5 ) Meta jiġi ppreżentat ir-rapport finali li jirreferi għalih l-Artikolu 2 (c), għal kull oġġett għandha tiġi pprovduta lista ta' l-infiq kollu flimkien ma' kopja tad-dokumenti ta' verifika.

( 6 ) Meta jiġi ppreżentat ir-rapport finali li jirreferi għalih l-Artikolu 2 (c), għal kull oġġett għandha tiġi pprovduta lista ta’ l-infiq kollu flimkien ma’ kopja tad-dokumenti ta’ verifika.