|
20.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 455/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2268
tas-6 ta’ Settembru 2021
li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653 dwar il-metodoloġija sottostanti u l-preżentazzjoni tax-xenarji tal-prestazzjoni, il-preżentazzjoni tal-kostijiet u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-indikaturi sommarji tal-kostijiet, il-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-passat u l-preżentazzjoni tal-kostijiet tal-prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) li joffru firxa ta’ opzjonijiet għall-investiment u jallinjaw l-arranġament tranżizzjonali għall-manifatturi tal-PRIIP li joffru unitajiet ta’ fondi msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bħala opzjonijiet ta’ investiment sottostanti b’arranġament tranżitorju estiż stabbilit f’dan l-Artikolu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 10(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-esperjenza miksuba matul l-ewwel snin tal-applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653 (2) uriet li ċerti elementi tal-preżentazzjoni u tal-kontenut tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija jeħtieġ li jiġu riveduti. Tali reviżjoni hija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-investituri fil-livell tal-konsumatur jibqgħu jingħataw l-informazzjoni adegwata dwar il-firxa ta’ tipi differenti ta’ prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (“PRIIPs”), irrispettivament miċ-ċirkostanzi partikolari tas-suq, b’mod partikolari meta jkun hemm perjodu sostnut ta’ prestazzjoni pożittiva fis-suq. |
|
(2) |
Sabiex l-investituri fil-livell tal-konsumatur jiġu pprovduti b’informazzjoni li tinftiehem, mhux qarrieqa, u rilevanti għal tipi differenti ta’ PRIIPs, ix-xenarji tal-prestazzjoni murija fid-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija jenħtieġ li ma jipprovdux perspettiva pożittiva żżejjed għar-redditi futuri potenzjali. Il-prestazzjoni tal-investimenti sottostanti u l-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment mhux strutturati u ta’ PRIIPs simili oħra huma marbuta direttament. Il-metodoloġija sottostanti għall-preżentazzjoni tax-xenarji tal-prestazzjoni jenħtieġ għalhekk li tiġi adattata biex tiġi evitata d-dipendenza fuq metodu statistiku li jipproduċi xenarji ta’ prestazzjoni li jistgħu jamplifikaw ir-redditi osservati. Il-metodoloġija sottostanti għall-preżentazzjoni tax-xenarji tal-prestazzjoni jenħtieġ li tiġi adattata wkoll biex tiżgura li dawn ix-xenarji jkunu bbażati fuq perjodu itwal ta’ redditi osservati, li jaqbdu ż-żewġ perjodi ta’ tkabbir pożittiv u negattiv, u b’hekk jipprovdu xenarji ta’ prestazzjoni aktar stabbli maż-żmien u li jimminimizzaw l-eżiti proċikliċi. L-abbiltà tal-metodoloġija għall-preżentazzjoni tax-xenarji tal-prestazzjoni li tipprovdi stimi xierqa prospettivi ntweriet permezz tal-ittestjar retrospettiv li qabbel l-eżiti ta’ din il-metodoloġija mal-prestazzjoni reali osservata tal-PRIIPs. |
|
(3) |
Sabiex jiġi evitat li x-xenarji tal-prestazzjoni jitqiesu bħala previżjonijiet tal-aħjar stima, jeħtieġ li jiġu imposti twissijiet aktar prominenti dwar dawk ix-xenarji. Id-divulgazzjoni, f’termini sempliċi, ta’ dettalji addizzjonali dwar is-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawn ix-xenarji għandha tnaqqas ukoll ir-riskju ta’ aspettattivi inadegwati dwar redditi futuri possibbli. |
|
(4) |
L-informazzjoni dwar il-kostijiet hija importanti għall-investituri fil-livell tal-konsumatur meta jitqabblu l-PRIIPs differenti. Sabiex l-investituri fil-livell tal-konsumatur ikunu jistgħu jifhmu aħjar it-tipi differenti ta’ strutturi tal-kostijiet tal-PRIIPs differenti u r-rilevanza ta’ dawn l-istrutturi għaċ-ċirkostanzi individwali tagħhom, l-informazzjoni fid-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija dwar il-kostijiet jenħtieġ li tinkludi deskrizzjoni tal-elementi ewlenin tal-kostijiet. Barra minn hekk, biex jiġi ffaċilitat l-għoti ta’ pariri dwar il-PRIIPs u l-bejgħ tagħhom, l-indikaturi għall-elementi tal-kostijiet individwali jenħtieġ li jiġu allinjati mal-informazzjoni divulgata skont il-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Fl-istess ħin, jeħtieġ li tiġi żgurata l-komparabbiltà fost it-tipi kollha ta’ PRIIPs fir-rigward tal-kostijiet totali. It-tifsira tal-indikaturi sommarji tal-kostijiet fid-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija jenħtieġ li tiġi ċċarata, sabiex l-investituri fil-livell tal-konsumatur ikunu jistgħu jifhmu aħjar dawn l-indikaturi fil-qosor tal-kostijiet. |
|
(5) |
Sabiex jitqiesu aħjar il-karatteristiċi ekonomiċi ta’ ċerti klassijiet ta’ assi u ta’ dawk il-PRIIPs li ma jiġġenerawx biżżejjed tranżazzjonijiet biex jeliminaw il-movimenti tas-suq b’biżżejjed ċertezza statistika, il-metodoloġija riveduta għall-kalkolu tal-kostijiet tat-tranżazzjoni jenħtieġ li tuża approċċ aktar differenzjat u proporzjonat. Din il-metodoloġija jenħtieġ li telimina wkoll l-okkorrenza potenzjali ta’ kostijiet negattivi tat-tranżazzjonijiet biex jiġi evitat ir-riskju li l-investituri fil-livell tal-konsumatur jiġu konfużi. |
|
(6) |
Għall-PRIIPs li joffru firxa ta’ opzjonijiet għall-investiment, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-preżentazzjoni aġġustata tal-informazzjoni dwar il-kostijiet biex l-investituri fil-livell tal-konsumatur jifhmu aħjar l-implikazzjonijiet tal-kostijiet ta’ dawn l-opzjonijiet ta’ investiment differenti. |
|
(7) |
Sabiex l-investituri fil-livell tal-konsumatur ikunu jistgħu josservaw, jifhmu u jqabblu l-okkorrenza tal-volatilità fir-redditi tal-PRIIPs lineari u tal-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti lineari kif ukoll il-prestazzjoni preċedenti f’ċerti ċirkostanzi tas-suq, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti rekwiżiti dwar il-kontenut standardizzat u l-preżentazzjoni tal-prestazzjoni fil-passat fir-Regolament Delegat (UE) 2017/653, billi jiġu inkorporati u adattati ċerti regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2010 (5). Il-kontenut standardizzat u l-preżentazzjoni tal-prestazzjoni fil-passat għandhom jikkomplementaw l-informazzjoni pprovduta mix-xenarji tal-prestazzjoni. Id-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal dawn il-PRIIPs lineari u l-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti lineari jenħtieġ li jkun fihom fit-taqsima bit-titolu “Informazzjoni rilevanti oħra” kontroreferenzi għal dokumenti separati jew siti web b’informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-passat. |
|
(8) |
Skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014, il-kumpaniji maniġerjali, il-kumpaniji tal-investiment u l-persuni li jagħtu pariri dwar l-unitajiet tal-UCITS jew li jbigħuhom huma eżentati mill-obbligi skont dan ir-Regolament sal-31 ta’ Diċembru 2021. Meta Stat Membru japplika r-regoli dwar il-format u l-kontenut tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija, kif stabbilit fl-Artikoli minn 78 sa 81 tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għall-fondi mhux ta’ UCITS offruti lill-investituri fil-livell ta’ konsumatur, l-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tapplika għall-kumpaniji amministrattivi, il-kumpaniji tal-investiment u l-persuni li jagħtu pariri dwar l-unitajiet ta’ dawn il-fondi lill-investituri fil-livell tal-konsumatur, jew il-persuni li jbigħuhom. Biex jiġu pprovduti dawn il-fondi b’reġim legali tranżitorju konsistenti, l-Artikolu 14(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/653 li, f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dak ir-Regolament Delegat, japplika sal-31 ta’ Diċembru 2021, jippermetti lill-manifatturi ta’ prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (“il-manifatturi tal-PRIIP”) biex ikomplu jużaw dawn id-dokumenti mfassla skont l-Artikoli minn 78 sa 81 tad-Direttiva 2009/65/KE, fejn mill-inqas waħda mill-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti tkun UCITSs jew il-fond li mhuwiex ta’ UCITS. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (7) li temenda r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tipproponi li testendi l-arranġamenti tranżitorji msemmija fl-Artikolu 32 tiegħu sat-30 ta’ Ġunju 2022. Huwa meħtieġ li l-manifatturi tal-PRIIP ikunu jistgħu jkomplu jużaw id-dokumenti mfassla skont l-Artikoli 78 sa 81 tad-Direttiva 2009/65/KE sakemm dawk l-arranġamenti tranżizzjonali jkunu fis-seħħ. |
|
(9) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/653 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (“l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej”). |
|
(11) |
L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbu l-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), u tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u tas-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
|
(12) |
Minħabba l-fatt li l-istandards tekniċi regolatorji huma relatati mill-qrib u sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti introdotti minnhom ikunu konsistenti bis-sħiħ, huwa xieraq li jiġi adottat att legali uniku li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/653. |
|
(13) |
Biex il-manifatturi tal-PRIIP, u l-persuni li jagħtu pariri dwar il-PRIIPs jew li jbigħuhom, ikollhom biżżejjed żmien biex iħejju għall-obbligu li jfasslu KID skont ir-rekwiżiti l-ġodda, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2022, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/653 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Għall-UCITS kif definit fil-punt 1(a) tal-Anness VIII, l-AIFs kif definiti fil-punt 1(b) ta’ dan l-Anness, jew il-prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni marbuta ma’ unitajiet kif definit fil-punt 1(c) ta’ dan l-Anness, it-taqsima intitolata “Informazzjoni rilevanti oħra” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandha tinkludi:
Għall-PRIIPs imsemmija fl-Anness II, il-Parti 1, il-punt 5, li huma fondi mingħajr limiti, jew PRIIPs oħra miftuħa għas-sottoskrizzjoni, il-kalkoli tax-xenarju tal-prestazzjoni preċedenti għandhom jiġu ppubblikati ta’ kull xahar u t-taqsima intitolata “Informazzjoni rilevanti oħra” għandha tistipula fejn jistgħu jinstabu dawn il-kalkoli.”; |
|
(5) |
it-titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b’dan li ġej: “KAPITOLU II DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR ID-DOKUMENTI BL-INFORMAZZJONI EWLENIJA MILL-PRIIPs LI JOFFRU FIRXA TA’ OPZJONIJIET GĦALL-INVESTIMENT ”; |
|
(6) |
Fl-Artikolu 10, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(7) |
fl-Artikolu 11 jitħassar il-punt (c); |
|
(8) |
l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
l-Artikoli 13 u 14 jinbidlu b’dan li ġej: “Artikolu 13 It-taqsima “X’inhuma l-kostijiet?” fid-dokument ġeneriku bl-informazzjoni ewlenija Fit-taqsima bit-titolu “X’inhuma l-kostijiet?”, b’deroga mill-Artikolu 5(1)(b), il-punt (b), il-manifatturi tal-PRIIP għandhom jispeċifikaw dan li ġej:
Artikolu 14 Informazzjoni speċifika dwar kull opzjoni ta’ investiment sottostanti L-informazzjoni speċifika dwar kull opzjoni ta’ investiment sottostanti, imsemmija fl-Artikolu 10, il-punt (b), għandha tiġi pprovduta f’dokument speċifiku ta’ informazzjoni li jissupplimenta d-dokument ġeneriku bl-informazzjoni ewlenija. Il-manifatturi tal-PRIIP għandhom jinkludu, għal kull opzjoni ta’ investiment sottostanti, dawn kollha li ġejjin:
L-informazzjoni msemmija fil-punti minn (a) sa (e) ta’ dan il-paragrafu għandha ssegwi l-istruttura tal-partijiet rilevanti tal-mudell stabbilit fl-Anness I.”; |
|
(10) |
jiddaħħal il-Kapitolu IIa li ġej: “KAPITOLU IIa DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR ID-DOKUMENTI BL-INFORMAZZJONI EWLENIJA TA’ ĊERTI UCITS U AIFs Artikolu 14a Il-kompartimenti ta’ investiment ta’ UCITS jew AIFs 1. Meta l-UCITS jew l-AIF ikunu jikkonsistu f’żewġ kompartimenti ta’ investiment jew aktar għandu jkun hemm dokument separat bl-infomazzjoni ewlenija għal kull kompartimenti individwali. 2. Kull dokument bl-informazzjoni ewlenija msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi, fit-taqsima intitolata “X’inhu dan il-prodott?”, l-informazzjoni li ġejja:
3. Meta l-kumpanija ta’ maniġment tal-UCITS jew l-AIFM jiffissa imposta biex l-investitur fil-livell ta’ konsumatur jiskambja l-investment tiegħu skont il-paragrafu 2, il-punt c, u din l-imposta tkun differenti mill-imposta standard għax-xiri jew il-bejgħ ta’ unitajiet, din l-imposta għandha tiġi ddikjarata separatament fit-taqsima intitolata “X’inhuma l-kostijiet?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija. Artikolu 14b Il-klassijiet ta’ ishma tal-UCITS jew tal-AIFs 1. Meta UCITS jew AIF ikunu jikkonsistu f’aktar minn klassi waħda ta’ unitajiet jew ishma, id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jitħejja għal kull waħda mill-klassijiet ta’ unitajiet jew ta’ ishma. 2. Id-dokument bl-informazzjoni ewlenija pertinenti għal żewġ klassijiet jew aktar tal-istess UCITS jew AIF jista’ jiġi kkombinat f’dokument wieħed bl-informazzjoni ewlenija, dment li d-dokument li jirriżulta jikkonforma bis-sħiħ mar-rekwiżiti kollha dwar it-tul, il-lingwa u l-preżentazzjoni tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija. 3. Il-kumpanija ta’ maniġment tal-UCITS jew tal-AIFM tista’ tagħżel klassi biex tirrappreżenta klassi jew klassijiet oħrajn tal-UCITS jew tal-AIF, dment li l-għażla tkun ġusta, ċara u ma tiżvijax lill-investituri potenzjali fil-livell ta’ konsumatur f’dawn il-klassijiet l-oħrajn. F’dawn il-każijiet, it-taqsima intitolata “X’inhuma r-riskji u x’nista’ niggwadanja?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jkun fiha spjegazzjoni tar-riskju materjali applikabbli għal kwalunkwe waħda mill-klassijiet l-oħrajn li jkunu qed jiġu rrappreżentati. Id-dokument bl-informazzjoni ewlenija bbażat fuq il-klassi rappreżentattiva jista’ jingħata lill-investituri fil-livell ta’ konsumatur fil-klassijiet l-oħra. 4. Klassijiet differenti ma għandhomx jiġu kkombinati fi klassi rappreżentattiva komposta kif imsemmi fil-paragrafu 3. 5. Il-kumpanija ta’ maniġment tal-UCITS jew tal-AIFM għandhom iżommu reġistru ta’ liema klassijiet oħra huma rrappreżentati mill-klassi rappreżentattiva msemmija fil-paragrafu 3 u r-raġunijiet li jiġġustifikaw din l-għażla. 6. Fejn applikabbli, it-taqsima intitolata “X’inhu dan il-prodott?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandha tiġi ssupplimentata b’indikazzjoni ta’ liema klassi tkun intgħażlet bħala rappreżentattiva, bl-użu tat-terminu li tingħata fil-prospett tal-UCITS jew fid-deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi ta’ investiment tal-AIF. 7. Din it-taqsima għandha tindika wkoll minn fejn l-investituri fil-livell tal-konsumatur jistgħu jiksbu l-informazzjoni dwar il-klassijiet l-oħra tal-UCITS jew tal-AIF li jkunu kkummerċjalizzati fl-Istat Membru tagħhom. Artikolu 14c Il-UCITS jew l-AIFs bħala fond ta’ fondi 1. Meta l-UCITS tinvesti proporzjon sostanzjali mill-assi tagħha f’UCITS oħra jew f’impriżi oħrajn ta’ investiment kollettiv kif imsemmi fl-Artikolu 50(1), il-punt (e), tad-Direttiva 2009/65/KE, id-deskrizzjoni tal-objettivi u l-politika ta’ investiment ta’ din il-UCITS fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandha tinkludi spjegazzjoni qasira tal-mod kif l-impriżi kollettivi l-oħrajn għandhom jintgħażlu fuq bażi kontinwa. Meta l-UCITS tkun fond ta’ fondi ħeġġ, id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jinkludi informazzjoni dwar ix-xiri ta’ AIFs mhux tal-UE li mhumiex taħt superviżjoni. 2. Meta l-AIF jinvesti proporzjon sostanzjali tal-assi tiegħu f’UCITS jew f’AIFs oħra, il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis. Artikolu 14d UCITS ta’ alimentazzjoni 1. Għall-UCITS ta’ alimentazzjoni kif definit fl-Artikolu 58 tad-Direttiva 2009/65/KE, id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jkollu fit-taqsima intitolata “X’inhu dan il-prodott?” l-informazzjoni li ġejja li tkun speċifika għall-UCITS ta’ alimentazzjoni:
2. Meta l-profil tar-riskji u tal-gwadanji tal-UCITS ta’ alimentazzjoni jkun differenti f’xi aspett materjali minn dak tal-UCITS principali, dan il-fatt u r-raġuni għalih għandhom ikunu spjegati fit-taqsima intitolata “X’inhuma r-riskji u x’nista’ niggwadanja?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija. 3. Kwalunkwe riskju ta’ likwidità u r-relazzjoni bejn l-arranġamenti tal-akkwist u t-tifdija tal-UCITS prinċipali u dik ta’ alimentazzjoni għandhom ikunu spjegati fit-taqsima intitolata “X’inhuma r-riskji u x’nista’ niggwadanja?” tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija. Artikolu 14e UCITS jew AIF strutturati Il-fondi ta’ investiment strutturati huma l-UCITS jew l-AIFs li jipprovdu lill-investituri f’livell ta’ konsumatur, f’ċerti dati predeterminati, bi gwadan ibbażat fuq algoritmu li jkun marbut mal-prestazzjoni, jew mal-bidliet fil-prezz jew ma’ kundizzjonijiet oħrajn, ta’ assi finanzjarji, indiċijiet jew portafolli ta’ referenza jew UCITS jew AIFsb’karatteristiċi simili.”; |
|
(11) |
fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2, jiżdied il-punt (d) li ġej:
|
|
(12) |
jiddaħħal il-Kapitolu IVa li ġej: “KAPITOLU IVa KONTROREFERENZI Artikolu 17a Użu ta’ kontroreferenzi għal sorsi ta’ informazzjoni oħrajn Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014, jistgħu jiġu inklużi kontroreferenzi għal sorsi oħra ta’ informazzjoni, inklużi l-prospett u r-rapporti annwali jew ta’ kull sitt xhur, fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija, dment li l-informazzjoni kollha li hija fundamentali biex l-investituri fil-livell ta’ konsumatur jifhmu l-elementi essenzjali tal-investiment tkun inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija. Jistgħu jsiru kontroreferenzi għas-sit web tal-PRIIP jew tal-manifattur tal-PRIIP, inkluża kwalunkwe parti minn xi waħda minn dawn is-siti web li jkun fiha l-prospett u r-rapporti perjodiċi. Il-kontroreferenzi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jieħdu lill-investitur lejn it-taqsima speċifika tas-sors ta’ informazzjoni rilevanti. Jistgħu jintużaw diversi kontroreferenzi differenti fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija, imma dawn għandhom ikunu mill-anqas.”; |
|
(13) |
fl-Artikolu 18, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: l-Artikolu 14(2) japplika sat-30 ta’ Ġunju 2022.”; |
|
(14) |
l-Anness I huwa sostitwit bit-test tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(15) |
l-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(16) |
l-Anness III huwa emendat skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
|
(17) |
l-Anness IV huwa sostitwit bit-test tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament; |
|
(18) |
l-Anness V huwa sostitwit bit-test tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament; |
|
(19) |
l-Anness VI huwa emendat skont l-Anness VI ta’ dan ir-Regolament; |
|
(20) |
l-Anness VII huwa sostitwit bit-test tal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament; |
|
(21) |
it-test li jinsab fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness VIII. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2022. Madankollu, l-Artikolu 1, il-punt 13 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022;
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653 tat-8 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji dwar il-preżentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li jiġu pprovduti dawn id-dokumenti (ĠU L 100, 12.4.2017, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE, (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(4) Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2010 tal-1 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħrif ewlieni għall-investitur u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati meta jingħata tagħrif ewlieni għall-investitur jew il-prospett b’mezz li jibqa’ li mhuwiex stampat jew permezz ta’ sit elettroniku (ĠU L 176, 10.7.2010, p. 1).
(6) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(7) COM(2021)397.
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).