<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-597/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CC0597</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:330">EU:C:2022:330</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Richard de la Tour – Kawża C‑597/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">LOT (Kumpens impost mill-awtorità amministrattiva)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Richard de la Tour</HT></P><P>ippreżentati fit‑28 ta’ April 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawża C‑597/20</P><P>Polskie Linie Lotnicze <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>LOT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> S.A.</P><P>vs</P><P>Budapest Főváros Kormányhivatala</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 261/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(1)(ċ) u Artikolu 7</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens lill-passiġġieri</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 16</KEYWORD><KEYWORD>Missjoni tal-organu nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tar-regolament</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lil dan l-organu s-setgħa li jordna lil trasportatur tal-ajru jħallas il-kumpens dovut lil passiġġier</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).</P></NOTE>, jista’ Stat Membru jagħti lill-organu nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament is-setgħa li jordna lil trasportatur tal-ajru jħallas il-kumpens dovut lil passiġġier minħabba l-kanċellazzjoni jew id-dewmien twil tat-titjira tiegħu?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ir-risposta għal din id-domanda magħmula mill-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija) għandha tippermetti li jiġu ċċarati l-kompetenzi devoluti lil tali organu u, b’hekk, li tiġi speċifikata l-portata tal-prinċipji li l-Qorti tal-Ġustizzja identifikat fis-sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2016, Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>C‑145/15 u C‑146/15, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:187">EU:C:2016:187</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>F’dawn il-konklużjonijiet, ser insemmi r-raġunijiet għalfejn nikkunsidra li tali dispożizzjoni ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha Stat Membru jagħti lill-organu nazzjonali tiegħu tali setgħa ta’ restrizzjoni, sakemm, madankollu, din il-leġiżlazzjoni ma ċċaħħadx lit-trasportatur tal-ajru mill-possibbiltà li jiftaħ kawża quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti sabiex jikkontesta l-benefiċċju tal-kumpens hekk mitlub mingħandu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 21 u 22 tar-Regolament 261/2004 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(1)</NO.P><TXT>Azzjoni [mill-Unjoni Ewropea] fil-qasam ta’ transport permezz ta’ l-ajru għandha jkollha l-iskop, fost affarijiet oħrajn, li tassigura livell ogħli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri. ’Il fuq minn dan, konsiderazzjoni sħiħa għandha tiġi meħuda tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur b’mod ġenerali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>Stati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għal vjolazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jassiguraw li dawn is-sanzjonijiet huma applikati. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u imġiegħla.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(22)</NO.P><TXT>Stati Membri għandhom jassiguraw u jissorveljaw ħarsien ġenerali mil-trasportaturi ta’ l-ajru tagħhom ma’ dan ir-Regolament u jinnominaw korp xieraq biex iwettaq dawn il-kompiti ta’ infurzar. Din is-sorveljanza m’għandhiex taffettwa d-drittijiet ta’ passiġġieri u trasportaturi ta’ l-ajru biex ifittxu rimedju legali minn qrati taħt proċeduri ta’ liġi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri in kwistjoni għandhom:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>jkollhom id-dritt għal kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 7, kemm-il darba [sakemm]:</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Trasportatur ta’ l-ajru li jopera m’għandux ikun obbligat iħallas kumpens skond l-Artikolu 7, jekk jista’ juri li l-kanċellazzjoni hi kkawżata minn ċirkostanzi staordinarji li ma setgħux jiġu evitati anki jekk il-miżuri raġonevoli kollha ġew meħudin.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Dritt għall-kumpens<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>EUR 250 għat-titjiriet kollha ta’ <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru jew inqas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>EUR 400 għat-titjiriet intra-Komunitarji kollha ta’ aktar minn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru, u għat-titjiriet oħrajn kollha bejn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> u <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> kilomentru:</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>EUR 600 għat-titjiriet kollha li ma jaqawx taħt (a) jew (b).</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>Fid-determinazzjoni tad-distanza, il-bażi għandha tkun l-aħħar destinazzjoni ġo liema l-fatt li l-persuna ma tħallietx titla’ jew il-kanċellazzjoni ser iddewwem il-wasla tal-passiġġier wara l-ħin skedat.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta passiġġieri huma offruti possibiliá oħra biex jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom fuq titjira alternattiva skond l-Artikolu 8, il-ħin tal-wasla ta’ liema ma taqbiżx il-ħin tal-wasla skedat tat-titjira rreġistrata oriġinarjament</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>b’sagħtejn, fir-rigward tat-titjiriet kollha ta’ <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru jew inqas; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>b’tlett sigħat, fir-rigward tat-tijiriet intra-Komunitarji kollha ta’ aktar minn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru u għat-titjiriet oħrajn kollha bejn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> u <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> kilometru; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>b’erba’ sigħat, fir-rigward tat-titjiriet kollha li ma jaqawx taħt (a) jew (b),</TXT></NP></ITEM></LIST><P>il-trasportatur ta’ l-ajru li jopera jista’ jnaqqas il-kumpens previst fil-paragrafu 1 bi 50 %.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ksur tar-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jinnomina organu responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ titjiriet minn ajruporti li jinstabu fit-territoju tiegħu u titjiriet minn pajjiż terz għal dawn l-ajruporti. Fejn xieraq, dan l-organu għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li d-drittijiet ta’ passiġġieri huma mħarsa. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni [Ewropea] ta’ l-organu li ġie nnominat skond dan il-paragrafu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-Artikolu 12, kull passiġġier jista’ jagħmel ilment lil kwalunkwe organu nnominat taħt il-paragrafu 1, jew lil kwalunkwe organu kompetenti ieħor innominat minn Stat Membru, dwar ksur allegat ta’ dan ir-Regolament fi kwalunkwe ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru jew fir-rigward ta’ kwalunkwe titjira minn pajjiż terz għal ajruport li jinstab f’dak it-territorju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Is-sanzjonijiet stabbiliti minn Stati Membri għal ksur ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u imġiegħla.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Ungeriż</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 43/A(2) tal-a fogyasztóvédelemről szóló 1997. évi CLV. törvény (il-Liġi Nru CLV tal-1997 dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><HT TYPE="ITALIC">Magyar Közlöny</HT> 1997/119., iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></NOTE> tal‑15 ta’ Diċembru 1997 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-awtorità għall-protezzjoni tal-konsumatur hija responsabbli għall-applikazzjoni – jekk ikun meħtieġ wara konsultazzjoni mal-awtorità tal-avjazzjoni ċivili – tar-Regolament [(UE)] Nru 2017/2394 [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="345" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 345, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>] fil-każ ta’ ksur imwettaq fl-[Unjoni] tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 261/2004 […]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 47(1)(c) u (i) ta’ din il-liġi, din l-awtorità għandha l-fakultà li tobbliga lill-impriża kkonċernata li ttemm f’terminu ddeterminat in-nuqqasijiet jew il-lakuni hekk ikkonstatati kif ukoll is-setgħa li timponi multa imsejħa tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>protezzjoni tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Wara dewmien ta’ iktar minn tliet sigħat ta’ titjira bejn New York (l-Istati Uniti) u Budapest (l-Ungerija) operata mill-kumpannija Polskie Linie Lotnicze <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>LOT<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> SA<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>LOT<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</P></NOTE>, diversi passiġġieri adixxew lill-Budapest Főváros Kormányhivatala (l-Ispettorat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur fis-Servizzi tal-Gvern Iddeċentralizzati ta’ Budapest, l-Ungerija)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Ispettorat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</P></NOTE> sabiex din tal-aħħar tikkundanna lit-trasportatur tal-ajru jħallashom, bħala kumpens għall-ksur tal-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004, il-kumpens previst fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal‑20 ta’ April 2020, l-Ispettorat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur ikkonstata li LOT kienet kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(1)(ċ) u l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004 u ordnaha tħallas lill-passiġġieri kkonċernati kumpens ta’ EUR 600 għal kull persuna u li fil-futur tħallas l-istess kumpens lil kull passiġġier li jressaq ilment simili. L-Ispettorat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur jindika li, skont l-Artikolu 43/A(2) tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Konsumaturi, li jittrasponi r-rekwiżiti tal-Artikolu 16(1) u (2) ta’ dan ir-regolament, huwa għandu s-setgħa li jġiegħel lit-trasportaturi tal-ajru jtemmu ksur tal-imsemmi regolament f’terminu ddeterminat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Adita b’rikors intiż għall-annullament ta’ dik id-deċiżjoni, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-portata tas-setgħat li għandu l-Ispettorat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur. F’dan il-kuntest, hija ddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>L-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 għandu jiġi interpretat fis-sens li organu nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tar-Regolament, li quddiemu jkunu tressqu lmenti individwali min-naħa ta’ passiġġieri, ma jistax jobbliga lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat jagħti l-kumpens dovut lill-passiġġieri skont ir-Regolament?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>LOT, l-Ispettorat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, il-Gvern Ungeriż, Olandiż u Pollakk kif ukoll il-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Dawn il-partijiet ippreżentaw ukoll l-osservazzjonijiet orali tagħhom waqt is-seduta li nżammet fit‑2 ta’ Frar 2022.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjoni preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-eżami tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari jeħtieġ li tiġi fformulata osservazzjoni preliminari dwar il-ħtieġa li jittieħdu inkunsiderazzjoni dispożizzjonijiet legali oħrajn minbarra dawk espressament imsemmija mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni tqum fir-rigward tad-dispożizzjonijiet previsti mir-Regolament 2017/2394 u, b’mod partikolari, l-Artikolu 9(4)(f) tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikolu 1 tiegħu, dan ir-regolament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti, wara li jkunu ġew nominati mill-Istati Membri tagħhom bħala responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, jikkooperaw u jikkoordinaw azzjonijiet ma’ xulxin u mal-Kummissjoni, sabiex jinfurzaw il-konformità ma’ dawk il-liġijiet u jiżguraw il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u sabiex itejbu l-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Skont il-punt 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2017/2394 u l-anness tiegħu, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>liġijiet tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jinkludu dawk previsti fir-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Issa, fl-Artikolu 9(4)(f) ta’ dan ir-regolament, il-leġiżlatur tal-Unjoni jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>L-awtoritajiet kompetenti [jiġifieri kwalunkwe awtorità pubblika stabbilita fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali u nnominata minn Stat Membru bħala responsabbli mill-infurzar tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>awtorità kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament 2017/2394.</P></NOTE>] għandu jkollhom mill-inqas is-setgħat ta’ infurzar li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>is-setgħa li jwaqqfu jew jipprojbixxu każijiet ta’ ksur koperti minn dan ir-Regolament;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-kwistjoni hija dwar jekk id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-artikolu jistgħux ikunu rilevanti għall-finijiet ta’ evalwazzjoni tan-natura u tal-portata tas-setgħat hekk fdati lill-organi nazzjonali, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet li ser insemmi issa, jiena tal-fehma, bħall-pożizzjonijiet espressi mill-partijiet waqt is-seduta, li tali dispożizzjonijiet ma humiex utli għall-finijiet tal-analiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fil-fatt, bis-saħħa tal-Artikolu 2(1) tiegħu, ir-Regolament 2017/2394 japplika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>għal każijiet ta’ ksur fi ħdan l-Unjoni, każijiet ta’ ksur mifrux u każijiet ta’ ksur mifrux b’dimensjoni tal-Unjoni, anke jekk dak il-ksur ikun waqaf qabel ma jinbeda jew jitlesta l-infurzar<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Issa, mill-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament jirriżulta li dan il-ksur kollu huwa ddefinit bħala li jirreferi għal atti jew għal<?PAGE NO="6"?> ommissjonijiet kuntrarji għad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur, li għamlu ħsara, jagħmlu ħsara jew li jistgħu jagħmlu ħsara lill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>interessi kollettivi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fil-Linji Gwida Interpretattivi tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Avviż tal-Kummissjoni – Linji Gwida Interpretattivi għar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="214" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, C 214, p. 5</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, il-Kummissjoni għalhekk enfasizzat li l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 261/2004 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>għandhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont ir-[Regolament (KE) Nru 2006/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="364" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, L 364, p. 1</REF.DOC.OJ>). Nenfasizza li dan ir-regolament kien tħassar bir-Regolament 2017/2394.</P></NOTE>] dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi <HT TYPE="ITALIC">fejn l-interessi kollettivi tal-konsumaturi jkunu kkonċernati</HT> f’kuntest transfruntiera<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Punt 7.3 ta’ din il-komunikazzjoni. Il-korsiv huwa miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Issa, għalkemm l-organu nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 261/2004 jiddefendi, fil-missjoni primarja tiegħu, l-interessi kollettivi tal-passiġġieri tal-ajru, id-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju tinsab f’kuntest differenti ħafna li jirrigwarda d-difiża tal-interessi individwali ta’ dawn il-passiġġieri. Fil-fatt, id-dritt għal kumpens stabbilit mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament huwa parti mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ trasport konkluż bejn il-passiġġier u t-trasportatur tal-ajru. Is-setgħa ta’ restrizzjoni, li dan l-organu jkollu wara ilment individwali, ikun għalhekk użat fl-interess mhux ta’ grupp ta’ individwi iżda ta’ individwu iddeterminat sew. Fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk tirreferi għall-interessi kollettivi tal-konsumaturi bħala li jirreferu għal sitwazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>li [teċċedi] l-kuntest tar-relazzjonijiet bejn il-partijiet fil-kawża<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, bħala eżempju, is-sentenza tat‑28 ta’ Lulju 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Verein für Konsumenteninformation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑191/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:612">EU:C:2016:612</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-kunċett ta’ interess kollettiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara d-definizzjoni tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>intérêt<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>interess<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>) f’Littré, E., <HT TYPE="ITALIC">Dictionnaire de la langue française</HT>, Pariġi, L. Hachette., 1873‑1874, li jikkuntrasta l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>interess partikolari jew privat jew personali, il-vantaġġ ta’ persuna<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>interess pubbliku, il-vantaġġ tal-Istat, tas-soċjetà<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> [traduzzjoni libera]. Ara wkoll id-definizzjoni ta’ dan il-kunċett f’Lalande, A., <HT TYPE="ITALIC">Vocabulaire technique et critique de la philosophie</HT>, Presses universitaires de France, Pariġi, 1997, ir-raba’ edizzjoni, p. 531, li jgħid li l-interess kollettiv ma huwiex iż-żieda ta’ interessi individwali tal-membri ta’ settur jew ta’ grupp, pereżempju, iżda jirreferi għall-interess ta’ grupp ta’ individwi (li wieħed ma jistax iqis indiviżibbli) għax jifforma ħaġa sħiħa. Dan il-kunċett jintuża f’ċerti setturi speċifiċi u, b’mod partikolari, fil-kuntest tad-difiża ta’ grupp, ta’ professjoni jew ta’ konsumaturi minn assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi.</P></NOTE> u dak ta’ interess individwali huma distinti. Minn dan isegwi li teżisti kontradizzjoni manifesta bejn il-kuntest li fih isseħħ il-kawża prinċipali u s-sitwazzjonijiet li għalihom japplika r-Regolament 2017/2394, ikkaratterizzata b’mod partikolari mill-għan ta’ dan tal-aħħar li jipproteġi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>interessi kollettivi tal-konsumaturi bħala kategorija<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara s-sentenza tat‑28 ta’ Lulju 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Verein für Konsumenteninformation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑191/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:612">EU:C:2016:612</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl ta’ dawn l-elementi, ma hemmx lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet previsti minn dan ir-regolament għall-finijiet tal-interpretazzjoni mitluba mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, fil-kuntest tal-analiżi tiegħi, ser nirreferi għad-dispożizzjonijiet stabbiliti mir-regolamenti fis-seħħ għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru b’diżabbiltà u tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bil-ferrovija, bil-baħar jew bix-xarabank u bil-kowċ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, rispettivament, ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 204, p. 1</REF.DOC.OJ>); ir-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="172" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2021">ĠU 2021, L 172, p. 1</REF.DOC.OJ>); ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="334" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 334, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="055" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 55, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Ċertament, id-diversi modi ta’ trasport ikkonċernati ma humiex komparabbli u, kif irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat‑2 ta’ Settembru 2021, Irish Ferries<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>C‑570/19, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Irish Ferries<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:664">EU:C:2021:664</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux l-intenzjoni li jiżgura livell ta’ protezzjoni identiku għal kull wieħed minn dawn il-mezzi ta’ trasport<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-punti 143 u 145 ta’ din is-sentenza, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Madankollu, bħar-Regolament Nru 261/2004, dawn it-testi kollha jipprevedu n-nomina ta’ organu nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tar-regolament ikkonċernat. Fis-sentenza Irish Ferries, il-Qorti tal-Ġustizzja ma naqsitx milli tinnota l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jadotta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>approċċ unifikat<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kunċetti użati fil-kuntest ta’ kull wieħed minn dawn ir-regolamenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara l-punti 106 u 107 tal-imsemmija sentenza, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata. Ara wkoll il-White Paper tal-Kummissjoni tal‑1 ta’ Lulju 2011 intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> (COM (2011) 144 final/2), li fiha l-Kummissjoni b’hekk indikat li kien meħtieġ li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>tiġi żviluppata interpretazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-passiġġieri; li tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata u effikaċi tagħha sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi ta’ kompetizzjoni għall-impriżi u standard minimu ta’ protezzjoni għall-Ewropej<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (p. 26).</P></NOTE>. Dan huwa, pereżempju, il-każ tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ċirkustanzi straordinarji<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, użat fi kwistjonijiet ta’ drittijiet tal-passiġġieri kemm tal-ajru kif ukoll tal-baħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara l-punt 106 tal-istess sentenza. Il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat fiha, fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>ċirkustanzi straordinarji<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, użat fir-Regolament Nru 1177/2010 dwar it-trasport marittimu, l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jadotta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>approċċ unifikat<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, billi jinkorpora l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tat-trasport bl-ajru.</P></NOTE>. Għalhekk jidhirli li jkun utli li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet li l-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda f’dawn ir-regolamenti dwar l-għoti lill-organu nazzjonali responsabbli sabiex iħares ir-rispett tad-drittijiet tal-passiġġieri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq id‑domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari unika tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-organu nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament ikollu s-setgħa li jordna lit-trasportaturi tal-ajru jħallsu l-kumpens previst fl-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament minħabba l-kanċellazzjoni tat-titjira<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Id-domanda magħmula ma tikkonċernax il-kumpens ulterjuri previst fl-Artikolu 12 tal-istess regolament.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Kif urejt, ir-risposta għal din id-domanda għandha tippermetti li tiġi ċċarata l-portata tas-setgħat mogħtija lil dan l-organu nazzjonali skont il-prinċipji diġà identifikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, li d-dispożittiv tagħha qiegħed nirriproduċih, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Artikolu 16 tar-[Regolament Nru 261/2004] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-organu nnominat minn kull Stat Membru skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, meta jirċievi lment individwali ta’ passiġġier wara r-rifjut ta’ trasportatur bl-ajru li jħallsu l-kumpens<?PAGE NO="8"?> previst fl-Artikolu 7(1) tal-imsemmi regolament, <HT TYPE="ITALIC">ma huwiex obbligat</HT> li jadotta miżuri koerċittivi fil-konfront ta’ dan it-trasportatur maħsuba sabiex iġiegħlu lil dan tal-aħħar iħallas dan il-kumpens<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Il-korsiv huwa miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija bbażata fuq tliet kunsiderazzjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja żviluppat l-ewwel fir-raġunament tagħha. L-ewwel minn dawn il-kunsiderazzjonijiet tirrigwarda t-termini stess tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 261/2004 (il-punti 28 sa 32 tas-sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT>), it-tieni tirrigwarda l-għanijiet ta’ dan ir-regolament (il-punt 33 tas-sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT>) u, fl-aħħar nett, it-tielet tirrigwarda l-allokazzjoni tar-rwoli mogħtija rispettivament lill-organi nazzjonali u lill-qrati nazzjonali (punt 35 tas-sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja hawnhekk tirreferi għat-tieni sentenza tal-premessa 22 tar-Regolament Nru 261/2004, kif ukoll għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod partikolari, għas-sentenzi tat‑13 ta’ Ottubru 2011, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sousa Rodríguez <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑83/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:652">EU:C:2011:652</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑31 ta’ Jannar 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>McDonagh</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑12/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:43">EU:C:2013:43</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan ir-raġunament wassal lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkonkludi li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma imponiex fuq l-Istati Membri l-obbligu li jagħtu lill-organi nazzjonali tagħhom is-setgħa li jadottaw miżuri ta’ infurzar kontra t-trasportaturi tal-ajru sabiex jiksbu l-ħlas tal-kumpens dovut lill-passiġġieri. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tali interpretazzjoni ppermettiet li tiġi evitata kull differenza ta’ evalwazzjoni li tkun ta’ preġudizzju għad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru bejn, minn naħa, l-organi nazzjonali li jkunu responsabbli għall-ipproċessar tal-ilmenti individwali u, min-naħa l-oħra, il-qrati nazzjonali li jiġu aditi b’azzjonijiet individwali intiżi għall-ħlas tal-kumpens previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 (il-punt 34 tas-sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Madankollu, fit-tieni parti tar-raġunament tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet <HT TYPE="ITALIC">obiter dictum</HT>, li huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/><HT TYPE="ITALIC">Għaldaqstant</HT>, fid-dawl ta’ dawn l-għanijiet kif ukoll tal-marġni ta’ manuvra li għandhom l-Istati Membri fl-għoti tal-kompetenzi li jkunu jixtiequ jagħtu lill-organi msemmija fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 261/2004 […] <HT TYPE="ITALIC">l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà, bil-għan li jagħmlu tajjeb għall-protezzjoni insuffiċjenti tad-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru, li jawtorizzaw lill-organi msemmija fl-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-regolament sabiex jadottaw miżuri li jsegwu l-ilmenti individwali</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Punt 36 tas-sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, il-korsiv huwa miżjud minni.</P></NOTE></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Dan il-punt għandu jinftiehem bħala li jirrifletti l-kunsiderazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-Istati Membri <HT TYPE="ITALIC">jistgħu</HT> jagħtu lill-organi nazzjonali tagħhom inkarigati mill-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament setgħa li jagħtu ordni fil-kuntest tal-missjoni li ngħatatilhom mill-Artikolu 16 ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-kawża, filwaqt li LOT tibbaża ruħha fuq l-ewwel stadju tar-raġunament adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT> sabiex tikkontesta l-attribuzzjoni ta’ tali kompetenza lill-Ispettorat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur, dan tal-aħħar jibbaża ruħu, mill-banda l-oħra, fuq it-tieni stadju ta’ dan ir-raġunament sabiex tiġi stabbilita s-setgħa li ġiet b’hekk mogħtija lilu mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk hija mistiedna tiċċara l-portata ta’ dan l-<HT TYPE="ITALIC">obiter dictum</HT>. Għall-finijiet ta’ din il-kjarifika, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni, skont il-ġurisprudenza stabbilita tagħha, it-termini tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 261/2004, iżda wkoll l-istruttura u l-għanijiet ta’ dan ir-regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prinċipji li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà stabbilixxiet fil-ġurisprudenza tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Din il-kjarifika hija essenzjali peress li l-konsegwenzi prattiċi li jirriżultaw mis-setgħat disponibbli għall-organi nazzjonali huma kbar, b’mod partikolari għall-eluf ta’ passiġġieri affettwati kull sena mill-kanċellazzjoni jew mid-dewmien twil tat-titjira tagħhom. Din il-kjarifika ser tagħmilha wkoll possibbli li jitwieġbu t-talbiet mill-Kummissjoni, li kontinwament enfasizzat id-diffikultajiet fl-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament minħabba l-assenza ta’ interpretazzjoni uniformi u ta’ modalitajiet koerenti għall-applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar fil-livell nazzjonali, peress li din tqis li jeħtieġ li jsir titjib fih sabiex tiġi ggarantita l-eżistenza ta’ dispożittivi ċari u aċċessibbli għat-trattament tal-ilmenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara, f’dan is-sens, il-White Paper tal-Kummissjoni tal‑1 ta’ Lulju 2011, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> (COM (2011) 144 final/2, p. 26).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It‑termini tal‑Artikolu 16 tar‑Regolament Nru 261/2004</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 261/2004, il-leġiżlatur tal-Unjoni jistabbilixxi r-regoli applikabbli fil-każ ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>ksur<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fl-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-regolament, dan jeħtieġ li l-Istati Membri jaħtru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>organu responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> fir-rigward ta’ titjiriet li jitilqu minn ajruporti li jinsabu fit-territorju tiegħu kif ukoll ta’ titjiriet lejn dawn l-ajruporti minn pajjiż terz, li huwa responsabbli, fejn xieraq, sabiex jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li d-drittijiet tal-passiġġieri jitħarsu. Għalkemm dan il-leġiżlatur jiddefinixxi b’mod preċiż il-portata tal-kompetenza territorjali ta’ dan l-organu, ninnota li ma jispeċifika la l-kundizzjonijiet u lanqas il-modalitajiet li bihom għandu jeżerċita l-missjoni tiegħu u jiżgura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>li d-drittijiet tal-passiġġieri huma mħarsa<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Huwa dan li jiddistingwi r-Regolament Nru 261/2004 minn regolamenti oħra. Fil-fatt, għall-modi l-oħra tat-trasport, il-leġiżlatur tal-Unjoni jeħtieġ li l-organu nazzjonali jkun indipendenti mit-trasportatur jew mill-ġestjonarju tal-infrastruttura fir-rigward tal-organizzazzjoni tiegħu, tad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament tiegħu, tal-istruttura legali tiegħu u tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu. Ara, pereżempju, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 1177/2010; l-Artikolu 31(2), tar-Regolament 2021/782, u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament Nru 181/2011.</P></NOTE>. Barra minn hekk, ninnota li din l-aħħar espressjoni – <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>li d-drittijiet tal-passiġġieri huma mħarsa<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> – hija b’mod ċar wiesgħa fil-portata. Hija tkopri kemm id-difiża tal-interessi kollettivi tal-passiġġieri tal-ajru kif ukoll id-difiża tal-interessi individwali tagħhom. Il-premessa 22 tar-Regolament Nru 261/2004, li tesponi l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom ibbaża ruħu l-leġiżlatur tal-Unjoni meta adotta l-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-regolament, ma tipprovdi ebda dettalji ulterjuri f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi ammess li taħt l-Artikolu 16(1) tal-imsemmi regolament, l-Istati Membri għandhom ċertu marġni ta’ manuvra fir-rigward tas-setgħat li jixtiequ jagħtu lill-organi nazzjonali tagħhom għall-finijiet tad-difiża tad-drittijiet tal-passiġġieri, li, barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għalihom espressament fil-punt 36 tas-sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Sa fejn l-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004 jirrikonoxxi d-dritt tal-passiġġieri tal-ajru għal kumpens fil-każ tal-kanċellazzjoni tat-titjira tagħhom, xejn, fil-fehma tiegħi, ma jipprekludi li Stat Membru jagħti lill-organu nazzjonali tiegħu s-setgħa li jordna lil trasportatur tal-ajru jħallas il-kumpens dovut sabiex jiżgura li dan id-dritt jiġi rrispettat. In-nuqqas ta’ rispett ta’ dan id-dritt jikkostitwixxi mhux biss ksur tal-obbligi kuntrattwali li jaqgħu fuq it-trasportaturi tal-ajru, iżda wkoll nuqqas ta’ applikazzjoni tajba ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(2) u (3) tar-Regolament Nru 261/2004, jiena nemmen li dawn ma għandhom la l-għan u lanqas l-effett li jillimitaw il-portata tal-kompetenzi li jistgħu jiġu mogħtija mill-Istati Membri lill-organi nazzjonali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Infakkar, minn naħa, li skont l-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>kull passiġġier jista’ jagħmel ilment lil kwalunkwe organu nnominat taħt il-paragrafu 1, jew lil kwalunkwe organu kompetenti ieħor innominat minn Stat Membru, dwar ksur allegat [tal-imsemmi] Regolament fi kwalunkwe ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru jew fir-rigward ta’ kwalunkwe titjira minn pajjiż terz għal ajruport li jinstab f’dak it-territorju<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Issa, jirriżulta kemm mis-sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 261/2004, kif ukoll mis-sentenza Irish Ferries, dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1177/2010, li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>ilment<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> imsemmi fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 261/2004 huwa differenti, min-natura u mill-portata tiegħu, mit-talba ppreżentata individwalment mill-passiġġier sabiex jikseb il-kumpens dovut lilu minħabba l-kanċellazzjoni tas-servizz ta’ trasport tiegħu. Fil-fatt, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, dan l-ilment jirrigwarda s-senjalazzjoni mwettqa mill-passiġġier sabiex jinġieb għall-attenzjoni tal-organu kompetenti l-ksur allegat ta’ obbligu li jaqa’ fuq it-trasportaturi bil-għan li dan jikkontribwixxi għall-applikazzjoni xierqa b’mod ġenerali tar-regolamenti inkwistjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja tenfasizza, fis-sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, li tali lment ma jeħtieġx li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>organu [nazzjonali jaġixxi] sabiex jiġi żgurat id-dritt ta’ kull passiġġier individwali għall-kisba tal-kumpens<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punt 31).</P></NOTE> u tippreċiża, fis-sentenza Irish Ferries, li t-trasportatur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>ikollu ċertu marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tas-segwitu li għandu jingħata lil din is-senjalazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza Irish Ferries (punt 118).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Infakkar, min-naħa l-oħra, li skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament Nru 261/2004, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>[is]-sanzjonijiet stabbiliti minn Stati Membri għal ksur ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u imġiegħla<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>. Dawn is-sanzjonijiet huma b’mod ċar differenti, minħabba n-natura tagħhom u l-portata tagħhom, mill-miżuri ta’ infurzar li bihom l-organu nazzjonali jkollu t-tendenza li jikseb il-ħlas tal-kumpens dovut lill-passiġġier tal-ajru minħabba l-kanċellazzjoni tat-titjira tiegħu, li hija somma fissa. Fis-sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk iddeċidiet li s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>sanzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> imsemmija mil-leġiżlatur tal-Unjoni f’dan l-artikolu huma l-miżuri li l-organu nazzjonali jadotta bħala tweġiba għall-ksur li josserva fl-eżerċizzju tal-missjoni ġenerali ta’ sorveljanza tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>u mhux għall-miżuri koerċittivi amministrattivi li għandhom jiġu adottati f’kull każ individwali<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punt 32).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għalkemm, kif irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(2) u (3) tar-Regolament Nru 261/2004 jispeċifikaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>l-aspetti differenti li jirriżultaw mill-kompitu li jinkombi lill-organu imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punt 30).</P></NOTE>, dawn għalhekk ma jistgħux jiġu interpretati bħala li jeskludu l-possibbiltà li l-organu nazzjonali jingħata setgħat oħrajn barra dawk relatati mal-ipproċessar tas-senjalazzjonijiet miġjubin għall-attenzjoni tagħhom u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ regoli stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom għalhekk marġni ta’ manuvra fir-rigward tal-għoti lil dan l-organu nazzjonali ta’ setgħat intiżi sabiex jiggarantixxu r-rispett tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru. F’dan il-kuntest, u fid-dawl tat-termini<?PAGE NO="11"?> użati fl-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 261/2004, xejn ma jipprevjeni lil Stat Membru milli jagħti lil dan l-organu s-setgħa li jordna lil trasportatur tal-ajru jħallas il-kumpens dovut lil passiġġier, skont l-Artikoli 5 u 7 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni jidhirli li hija sostnuta wkoll kemm mill-istruttura kif ukoll mill-għanijiet tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑istruttura u l‑għanijiet tar‑Regolament Nru 261/2004</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-portata tal-kompiti fdati lill-organu nazzjonali għandha tiġi evalwata wkoll fid-dawl tan-natura tal-kumpens previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 u tal-għanijiet imfittxija mil-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Dan il-kumpens huwa kklassifikat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, Rusu, bħala somma f’daqqa, standardizzata u immedjata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>C‑354/18, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rusu<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/></NAME.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:637">EU:C:2019:637</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> (punti 28 u 34, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Biex nużaw it-termini li użat fis-sentenza Irish Ferries, dan huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>kreditu ta’ natura pekunjarja lill-passiġġier li jista’ jitlob il-ħlas tiegħu lit-trasportatur minħabba s-sempliċi fatt li l-kundizzjonijiet stabbiliti [fl-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 1177/2010] huma ssodisfatti<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza Irish Ferries (punt 118).</P></NOTE>. Fil-fatt, fil-każ li l-kanċellazzjoni tat-titjira ma tkunx dovuta għal ċirkustanzi straordinarji, fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004, l-ammont tal-kumpens jiġi ffissat skont l-iskali ddefiniti fl-Artikolu 7(1) u (2) ta’ dan ir-regolament. Il-passiġġieri tal-ajru jirċievu kumpens, li l-ammont tiegħu huwa ffissat għal EUR 250 għat-titjiriet kollha ta’ <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru u inqas (is-subparagrafu (a)), għal EUR 400 għat-titjiriet intra-Komunitarji ta’ iktar minn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru u għat-titjiriet l-oħra kollha ta’ <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> sa <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> kilometru (is-subparagrafu (b)) u, finalment, EUR 600 għat-titjiriet kollha mhux imsemmija fil-punti preċedenti. Barra minn hekk, il-kumpens jitnaqqas bin-nofs, taħt ċerti kundizzjonijiet, fil-każ ta’ tibdil tar-rotta tal-passiġġier. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>[d]awn l-ammonti fissi huma intiżi li jikkumpensaw biss id-dannu li huwa kważi identiku għall-passiġġieri kollha kkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenza Rusu (punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, kemm il-passiġġieri kif ukoll it-trasportaturi tal-ajru jistgħu jidentifikaw l-ammont ta’ kumpens dovut, peress li dan ma jiġix evalwat każ b’każ skont iċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull passiġġier, iżda jiddependi biss fuq id-distanza u d-destinazzjoni tat-titjira kkonċernata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Fis-sentenza Rusu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>la l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 261/2004 u lanqas dan ir-regolament fl-intier tiegħu ma jipprevedu l-kumpens ta’ dannu individwali, inerenti għall-motiv ta’ tranżitu tal-passiġġieri kkonċernati, li l-kumpens tiegħu jeżiġi neċessarjament evalwazzjoni każ b’każ tal-portata tad-dannu kkawżat u ma jistax, konsegwentement, ikun is-suġġett ta’ dannu <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> u individwalizzat<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> (punt 31).</P></NOTE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, bl-eċċezzjoni tas-sitwazzjoni li fiha d-dritt għal kumpens ikun ikkontestat fuq il-bażi tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 u jkunu meħtieġa evalwazzjonijiet ta’ natura ġuridika dwar l-eżistenza, pereżempju, ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>ċirkustanzi straordinarji<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, jidhirli li l-organu nazzjonali huwa perfettament kapaċi li jevalwa l-fondatezza tat-talba u, fejn ikun il-każ, l-ammont tat-talba għall-finijiet tal-adozzjoni ta’ miżura ta’ infurzar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jidhirli li tali attribuzzjoni ta’ kompetenza tikkontribwixxi għall-għanijiet imfittxija mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-kuntest tar-Regolament Nru 261/2004. Dan ir-regolament għandu l-għan, skont il-premessi 1, 2, 4 u 12 tiegħu, li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri tal-ajru li huma vittmi ta’ diffikultajiet u ta’ inkonvenjenzi serji kkawżati mill-kanċellazzjoni tat-titjira tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara s-sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 33, u s-sentenza Rusu (punt 26, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja repetutament iddeċidiet li l-ammonti ffissati mill-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-regolament huma intiżi sabiex jikkumpensaw,<?PAGE NO="12"?> b’mod standardizzat u immedjat, id-danni li jirriżulta minn tali inkonvenjenti, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>mingħajr ma [l-passiġġieri] jkollhom għalfejn iġarrbu l-inkonvenjenzi inerenti għall-implimentazzjoni ta’ kawżi kumpensatorji quddiem il-qrati kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenza Rusu (punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Għalhekk, fis-sentenza Irish Ferries, il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet tgħid li l-kumpens previst f’termini identiċi fl-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 1177/2010 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>[huwa fih nnifisu] ta’ natura li [jirrimedja] immedjatament ċerti inkonvenjenzi mġarrba mill-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ servizz ta’ trasport u li [jippermetti] għalhekk li jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri, kif previst f’dan ir-regolament<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza Irish Ferries (punti 152 u 154).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Issa, jidhirli li miżura bħal din prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tikkontribwixxi għas-sempliċità, għall-ħeffa u għall-effettività tal-proċedura ta’ kumpens, billi tevita li l-passiġġier tal-ajru kkonċernat ikollu jiftaħ, għall-finijiet tal-ħlas tal-kumpens dovut lilu, kawża quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, li x’aktarx tinvolvi proċeduri itwal u kultant iktar kumplessi. Għalhekk jidhirli li tali miżura tiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri tal-ajru, filwaqt li tevita xogħol żejjed fil-qrati fid-dawl tan-numru estremament għoli ta’ talbiet għal kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li r-rikonoxximent ta’ tali kompetenza min-naħa tal-organu nazzjonali ma jċaħħad la lill-passiġġieri u lanqas lit-trasportaturi tal-ajru mill-possibbiltà li jippreżentaw rikorsi ġudizzjarji quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti, skont il-proċeduri stabbiliti mid-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara l-Avviż tal-Kummissjoni – Linji Gwida Interpretattivi għar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbilità ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="214" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, C 214, p. 5</REF.DOC.OJ>) (punt 8 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</P></NOTE>. Il-passiġġieri jistgħu jadixxu lill-qorti kompetenti sabiex jitolbu l-benefiċċju tal-kumpens previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 u, bl-istess mod, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jibbenefikaw mill-possibbiltà li jikkontestaw il-fondatezza tal-kumpens hekk mitlub mingħandhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Infakkar, fil-fatt, li fis-sentenza tat‑22 ta’ Novembru 2012, Cuadrench Moré<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑139/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:741">EU:C:2012:741</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, ħlief għal meta l-kanċellazzjoni sseħħ f’ċirkustanzi straordinarji li ma setgħux jiġu evitati anki jekk il-miżuri raġonevoli kollha kienu ttieħdu, l-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament Nru 261/2004 jirrikonoxxu lill-passiġġieri dritt għal kumpens li jvarja skont id-distanza u d-destinazzjoni tat-titjira kkonċernata, <HT TYPE="ITALIC">dritt li jistgħu jinvokaw dawn il-passiġġieri, skont il-bżonn, quddiem il-qrati nazzjonali</HT><QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Punt 23 ta’ din is-sentenza, il-korsiv miżjud minni.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet tgħid li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jirregola l-metodi proċedurali tar-rimedji ġudizzjarji intiżi sabiex jiġu protetti d-drittijiet li l-individwi jinvokaw mid-dritt tal-Unjoni, sa fejn dawn il-metodi josservaw il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Punt 25 tal-imsemmija sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Ċertament, fil-punt 34 tas-sentenza Ruijssenaars <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ir-riskju ta’ diverġenza, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-istess sitwazzjoni individwali, bejn, minn naħa, l-organu nazzjonali u, min-naħa l-oħra, il-qorti nazzjonali. Barra minn hekk, hemm riskju ieħor marbut mal-introduzzjoni parallela ta’ żewġ talbiet għall-ħlas tal-kumpens dovut, wieħed quddiem l-organu nazzjonali u l-ieħor quddiem il-qorti nazzjonali. Nemmen, madankollu, li l-Istati Membri jistgħu jtaffu dan ir-riskju billi jadottaw miżuri ta’ natura proċedurali li<?PAGE NO="13"?> jiggarantixxu l-koordinazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji. Fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, u minħabba l-marġni ta’ manuvra li l-Istati Membri għandhom fir-rigward tas-setgħat li jixtiequ jagħtu lill-organu nazzjonali, huwa l-ordinament ġuridiku nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandu jirregola dawn il-modalitajiet proċedurali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ninnota li ma hemm xejn fid-deċiżjoni tar-rinviju u fl-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Gvern Ungeriż li jissuġġerixxi li l-għoti ta’ tali setgħa lill-Ispettorat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur jista’ jikser id-drittijiet tal-passiġġieri u tat-trasportaturi tal-ajru li jadixxu lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew jista’ jwassal għal riskju ta’ diverġenza fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-istess sitwazzjoni individwali bejn kull waħda minn dawn iż-żewġ awtoritajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, nipproponi għalhekk li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha Stat Membru jagħti lil organu nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament is-setgħa li jordna li trasportatur tal-ajru jħallas il-kumpens dovut lil passiġġier għall-kanċellazzjoni jew għad-dewmien twil tat-titjira tiegħu, previst fl-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament, sakemm tali regolament ma jċaħħad la lil dan il-passiġġier u lanqas lil dan it-trasportatur mill-possibbiltà li jippreżentaw rikors ġudizzjarju quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti sabiex jitolbu l-benefiċċju ta’ dan il-kumpens jew jikkontestaw il-fondatezza tiegħu. Huwa l-Istat Membru, fil-kuntest tal-awtonomija proċedurali tiegħu, li għandu jirregola l-modalitajiet intiżi sabiex jiggarantixxu l-koordinazzjoni tal-proċeduri mibdija quddiem l-organu nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tal-istess regolament u quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjoni finali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Qabel ma nikkonkludi l-analiżi tiegħi, jidhirli li huwa interessanti li nosserva li, kif inhu bħalissa d-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri jużaw il-marġni ta’ manuvra li ngħatalhom skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 261/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Kif tixhed analiżi komparattiva tad-diversi leġiżlazzjonijiet nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara, f’dan ir-rigward, ir-Rapport tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni, Kouris, S., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>Study on the current level of protection of air passenger rights in the EU<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> (Studju dwar il-livell attwali ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru fl-Unjoni), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Brussell, 2020, MOVE/B5/2018‑541, punti 5.5 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>., disponibbli fl-indirizz tal-internet li ġej: https://op.europa.eu/fr/publication-detail/-/publication/f03df002-335c-11ea-ba6e-01aa75ed71a1.</P></NOTE>, l-Istati Membri jinvolvu mhux biss lill-organi nazzjonali tagħhom u lill-qrati nazzjonali f’din il-proċedura, iżda wkoll lill-organi responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur u dawk kompetenti għall-finijiet tas-soluzzjoni ekstraġudizzjarja ta’ tilwim tal-konsumatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Dawn l-entitajiet huma nnominati fuq il-bażi tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="165" PAGE.FIRST="63" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 165, p. 63</REF.DOC.OJ>). Skont l-Artikolu 1 tagħha, din id-direttiva għandha l-għan li tipprovdi lill-konsumaturi bil-possibbiltà li jressqu, fuq bażi volontarja, ilmenti kontra n-negozjanti permezz ta’ proċeduri ekstraġudizzjarji għat-tilwim. Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Ġunju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Menini u Rampanelli</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑75/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:457">EU:C:2017:457</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll is-sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑380/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:498">EU:C:2020:498</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> jew tal-proċedura għal talbiet żgħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Ċerti Stati Membri għażlu li jaħtru bħala l-organu nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 261/2004 l-awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Dan huwa l-każ, pereżempju, tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda, tar-Repubblika Ellenika, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Repubblika ta’ Ċipru. Ara, f’dan ir-rigward, in-notifiki magħmula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 261/2004.</P></NOTE>, filwaqt li oħrajn ippreferew li jafdaw dan il-kompitu lill-awtorità nazzjonali tagħhom għall-protezzjoni<?PAGE NO="14"?> tal-konsumatur, li mbagħad tkun inkarigata sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru, iżda wkoll tal-passiġġieri tal-ferrovija, tal-baħar jew tal-art<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Dan huwa l-każ, pereżempju, tar-Repubblika tal-Estonja, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tal-Ungerija, jew saħansitra tar-Repubblika tal-Finlandja. Għall-kuntrarju, għar-Repubblika Franċiża, pereżempju, id-Direction générale de l’aviation civile (DGAC) (id-Direttorat Ġenerali għall-Avjazzjoni Ċivili) għandu l-kompitu li jirregola t-trasport bl-ajru, is-superviżjoni ġenerali u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-passiġġieri tal-ajru. Wara rapporti mill-passiġġieri, din l-organizzazzjoni tista’ tieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa. F’każijiet ta’ ksur ipprovat, sanzjonijiet, fil-forma ta’ multi amministrattivi, jistgħu jiġu imposti fuq it-trasportaturi tal-ajru li ma jikkonformawx mal-obbligi tar-Regolament Nru 261/2004. Madankollu, dan id-direttorat ma jiżgurax segwitu individwalizzat tar-rapporti li jintbagħtulu u l-azzjoni tiegħu hija indipendenti mill-ipproċessar ta’ talbiet individwali għal kumpens u rimbors mit-trasportaturi tal-ajru. Għal dan il-għan, il-passiġġieri jkollhom jadixxu lill-qorti kompetenti, skont il-code de procédure civile (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), jew lill-organu ta’ riżoluzzjoni ekstraġudizzjarja ta’ tilwim.</P></NOTE>. Bl-istess mod, ċerti Stati Membri jagħtu lill-organu nazzjonali tagħhom responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament il-kompitu li jiżgura li dan jiġi applikat sew fl-interess ġenerali tal-passiġġieri, li jista’ jinkludi kompiti ta’ sorveljanza (permezz, pereżempju, ta’ spezzjonijiet fuq il-post jew ta’ verifiki), missjonijiet ta’ kontroll (kontroll tal-informazzjoni ppubblikata jew ikkomunikata mit-trasportatur tal-ajru lill-passiġġieri sabiex tiġi kkoreġuta kwalunkwe informazzjoni żbaljata, qarrieqa jew mhux kompluta), l-abbozzar ta’ rapporti ta’ attività, skambji ta’ informazzjoni u kooperazzjoni transkonfinali ma’ organi nazzjonali oħra, filwaqt li Stati Membri oħrajn jagħtuhom il-possibbiltà li jeżaminaw u li jipproċessaw l-ilmenti individwali minn passiġġieri sabiex jiggarantixxu d-dritt tagħhom li jiksbu kumpens, jew jafdawlhom ukoll il-kompitu li jwettqu riżoluzzjonijiet ekstraġudizzjarji ta’ tilwim<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara, f’dan ir-rigward, ir-Rapport tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>Study on the EU Regulatory Framework for Passenger Rights. Comparative analysis of good practices: final report<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> (Studju dwar il-qafas regolatorju tal-Unjoni għad-drittijiet tal-passiġġieri: Analiżi komparattiva ta’ prattiki tajba: rapport finali), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Brussell, 2021, punti 4.60 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>., disponibbli fl-indirizz tal-internet li ġej: https://op.europa.eu/fr/publication-detail/-/publication/afa2493d-1b4e-11ec-b4fe-01aa75ed71a1.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, nixtieq nenfasizza li l-marġni ta’ manuvra mogħtija lill-Istati Membri sabiex jipproteġu d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru hija rrikonoxxuta wkoll fil-kuntest tar-regolamenti intiżi sabiex jipproteġu d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru b’diżabbiltà u tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bil-ferrovija, bil-baħar jew bix-xarabank u bil-kowċ. Dawn ir-regolamenti jiggarantixxu tipoloġija ta’ drittijiet komparabbli (drittijiet għal informazzjoni, għal rimbors, għal tibdil tar-rotta, għal kura waqt l-istennija qabel l-ivvjaġġar u għal kumpens taħt ċerti kundizzjonijiet). Ikun xi jkun il-mod tat-trasport ikkonċernat, il-leġiżlatur tal-Unjoni jirrikjedi li l-Istati Membri jaħtru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>organu jew organi<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> responsabbli sabiex jiżguraw l-applikazzjoni tar-regolament ikkonċernat u sabiex jadottaw il-miżuri meħtieġa għar-rispett tad-drittijiet tal-passiġġieri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Bl-eċċezzjoni tar-Regolament Nru 261/2004, ir-regolamenti l-oħra jippermettu lill-Istati Membri jaħtru diversi organi nazzjonali.</P></NOTE>. Dan il-leġiżlatur jistabbilixxi dan ir-rekwiżit f’termini kważi identiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara, pereżempju, l-Artikolu 31(1) tar-Regolament 2021/782 u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 1107/2006.</P></NOTE> u l-ebda wieħed mit-testi adottati anki reċentement ma juri x-xewqa tiegħu li jirregola b’mod iktar strett in-natura tal-kompetenzi mogħtija lill-organi nazzjonali jew li jillimita l-portata tagħhom. Għall-kuntrarju, fil-kuntest tar-Regolament 2021/782, li jikkostitwixxi l-iktar strument reċenti u preċiż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri, l-imsemmi leġiżlatur jippermetti wkoll lill-organu nazzjonali li jaqdi r-rwol ta’ korp fis-soluzzjoni ekstraġudizzjarja ta’ tilwim tal-konsumatur, fis-sens tad-Direttiva 2013/11<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 42.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Fővárosi Törvényszék (il-Qorti tal-Belt ta’ Budapest, l-Ungerija) kif ġej:</TXT><P>L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha Stat Membru jagħti lill-organu nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament is-setgħa li jordna li trasportatur tal-ajru jħallas il-kumpens dovut lil passiġġier għall-kanċellazzjoni jew għad-dewmien twil tat-titjira tiegħu, previst fl-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament, sakemm tali regolament ma jċaħħad la lil dan il-passiġġier u lanqas lil dan it-trasportatur mill-possibbiltà li jippreżentaw rikors ġudizzjarju quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti sabiex jitolbu l-benefiċċju ta’ dan il-kumpens jew jikkontestaw il-fondatezza tiegħu. Huwa l-Istat Membru, fil-kuntest tal-awtonomija proċedurali tiegħu, li għandu jirregola l-modalitajiet intiżi sabiex jiggarantixxu l-koordinazzjoni tal-proċeduri mibdija quddiem l-organu nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tal-istess regolament u quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>