30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/141


Rettifika għar-Regolament (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar tagħmir li jaħraq karburanti gassużi u li jħassar id-Direttiva 2009/142/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 81 tal-31 ta' Marzu 2016 )

F'paġna 131, l-Anness II jinbidel bl-anness fil-paġna mehmuża.

“ANNESS II

KONTENUT TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET TAL-ISTATI MEMBRI DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET TAL- PROVVISTA TAL-GASS

1.

Il-komunikazzjonijiet tal-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn stipulati fl-Artikolu 4 għandu jkollhom il-kontenut li ġej:

(a)

(i)

valur Kalorifiku Gross (GCV) f'MJ/m3

Minimu/Massimu;

 

(ii)

Indiċi Wobbe f'MJ/m3

Minimu/Massimu;

(b)

Kompożizzjoni tal-gass skont il-volum f'% tal-kontenut totali:

 

 

—

kontenut C1 sa C5 f'% (somma)

Minimu/Massimu;

 

—

kontenut ta' N2 + CO2 f'%

Minimu/Massimu;

 

—

kontenut ta' CO f'%

Minimu/Massimu;

 

—

kontenut ta' HC mhux saturat f'%

Minimu/Massimu;

 

—

kontenut ta' idroġenu f'%

Minimu/Massimu;

(c)

Informazzjoni dwar il-komponenti tossiċi li jinsabu fil-karburant gassuż.

 

Dik il-komunikazzjoni għandha tinkludi wkoll waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

pressjoni tal-provvista fil-bokka tat-tagħmir f'mbar:

Nominali/Minima/Massima;

(b)

(i)

pressjoni tal-provvista fil-punt ta' kunsinna f'mbar:

Nominali/Minima/Massima;

 

(ii)

telf ammissibbli tal-pressjoni fl-installazzjoni tal-gass tal-utent finali, f'mbar:

Nominali/Minima/Massima;

2.

Il-kundizzjonijiet ta' referenza għall-indiċi Wobbe u l-Valur Kalorifiku Gross għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

temperatura ta' referenza tal-kombustjoni:

15 °C;

(b)

temperatura ta' referenza għall-kejl tal-volum:

15 °C;

(c)

pressjoni ta' referenza għall-kejl tal-volum:

1 013,25 mbar.

”