30.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/87


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 206/2014

tat-30 ta' Settembru 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/1274]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 tas-26 ta' Lulju 2012 li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta' tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom teskadi sal-31 ta' Diċembru 2018 l-aktar tard (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 187/2013 tal-5 ta' Marzu 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva etilen (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 190/2013 tal-5 ta' Marzu 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva ipoklorit tas-sodju (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 365/2013 tat-22 ta' April 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva glufosinat (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 369/2013 tat-22 ta' April 2013 li japprova s-sustanza attiva fosfonati tal-potassju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2013 tal-24 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, tijametossam u imidakloprid u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ taż-żerriegħa trattata bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi attivi (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2013 tal-10 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva diossidu tal-karbonju (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 781/2013 tal-14 ta' Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva fipronil u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ ta' żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 790/2013 tad-19 ta' Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva aċidu aċetiku (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 798/2013 tal-21 ta' Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva piretrini (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2013 tal-4 ta' Novembru 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva kieselgur (trab tad-diatomi) (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(12)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1124/2013 tat-8 ta' Novembru 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva bifenoks (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(13)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1150/2013 tal-14 ta' Novembru 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva żejt tal-kolza (13) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(14)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1165/2013 tat-18 ta' Novembru 2013 li japprova s-sustanza attiva żejt tal-larinġ, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (14) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(15)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1166/2013 tat-18 ta' Novembru 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva diklorprop-P (15) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(16)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2013 tal-20 ta' Novembru 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva ethoprophos (16) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(17)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/191/UE tal-10 ta' April 2012 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji maħruġa għas-sustanzi attivi ġodda amisulbrom, klorantraniliprol, meptildinokap, pinoksaden, tijosulfat tal-fidda u tembotrijon (17) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(18)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/363/UE tal-4 ta' Lulju 2012 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi l-ġodda l-biksafen, il-Candida oleophila tip O, il-fluwopiram, l-alosulfuron, il-jodur tal-potassju, it-tijoċjanat tal-potassju u l-ispirotetramat (18) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(19)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/38/UE tat-18 ta' Jannar 2013 li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda emamektin u maltodekstrin (19) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(20)

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/205/UE tal-25 ta' April 2013 li tħalli l-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda aċekinoċil, amminopiralid, l-aċidu askorbiku, flubendiammid, gamma ċialotrin, ipkonażol, metaflumiżon, ortosulfamuron, Pseudomonas sp. Razza DSMZ 13134, piridalil, pirossulamm, spiromesifen, it-tijenkarbażon u toprameżon (20) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(21)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/431/UE tat-12 ta' Awwissu 2013 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda benalassil-M u valifenalat (21) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(22)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin fil-punt 13a (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):

“—

32013 R 0187: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 187/2013 tal-5 ta' Marzu 2013 (ĠU L 62, 6.3.2013, p. 10).

—

32013 R 0190: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 190/2013 tal-5 ta' Marzu 2013 (ĠU L 62, 6.3.2013, p. 19),

—

32013 R 0365: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 365/2013 tat-22 ta' April 2013 (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 27),

—

32013 R 0369: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 369/2013 tat-22 ta' April 2013 (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 39),

—

32013 R 0485: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2013 tal-24 ta' Mejju 2013 (ĠU L 139, 25.5.2013, p. 12),

—

32013 R 0532: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2013 tal-10 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 159, 11.6.2013, p. 6),

—

32013 R 0781: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 781/2013 tal-14 ta' Awwissu 2013 (ĠU L 219, 15.8.2013, p. 22),

—

32013 R 0790: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 790/2013 tad-19 ta' Awwissu 2013 (ĠU L 222, 20.8.2013, p. 6),

—

32013 R 0798: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 798/2013 tal-21 ta' Awwissu 2013 (ĠU L 224, 22.8.2013, p. 9),

—

32013 R 1089: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2013 tal-4 ta' Novembru 2013 (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 31),

—

32013 R 1124: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1124/2013 tat-8 ta' Novembru 2013 (ĠU L 299, 9.11.2013, p. 34),

—

32013 R 1150: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1150/2013 tal-14 ta' Novembru 2013 (ĠU L 305, 15.11.2013, p. 13),

—

32013 R 1165: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1165/2013 tat-18 ta' Novembru 2013 (ĠU L 309, 19.11.2013, p. 17),

—

32013 R 1166: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1166/2013 tat-18 ta' Novembru 2013 (ĠU L 309, 19.11.2013, p. 22),

—

32013 R 1178: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2013 tal-20 ta' Novembru 2013 (ĠU L 312, 21.11.2013, p. 33).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 13zzzb (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1199/2013):

“13zzzc.

32012 D 0191: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/191/UE tal-10 ta' April 2012 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji maħruġa għas-sustanzi attivi ġodda amisulbrom, klorantraniliprol, meptildinokap, pinoksaden, tijosulfat tal-fidda u tembotrijon (ĠU L 102, 12.4.2012, p. 15).

13zzzd.

32012 D 0363: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/363/UE tal-4 ta' Lulju 2012 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi l-ġodda l-biksafen, il- Candida oleophila tip O, il-fluwopiram, l-alosulfuron, il-jodur tal-potassju, it-tijoċjanat tal-potassju u l-ispirotetramat (ĠU L 176, 6.7.2012, p. 70).

13zzze.

32012 R 0686: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 tas-26 ta' Lulju 2012 li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta' tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li l-approvazzjoni tagħhom tiskadi sal-31 ta' Diċembru 2018 l-aktar tard (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 5).

13zzzf.

32013 D 0038: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/38/UE tat-18 ta' Jannar 2013 li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda emamektin u maltodekstrin (ĠU L 18, 22.1.2013, p. 17).

13zzzg.

32013 R 0369: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 369/2013 tat-22 ta' April 2013 li japprova s-sustanza attiva fosfonati tal-potassju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 39).

13zzzh.

32013 D 0205: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/205/UE tal-25 ta' April 2013 li tħalli l-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda aċekinoċil, amminopiralid, l-aċidu askorbiku, flubendiammid, gamma ċialotrin, ipkonażol, metaflumiżon, ortosulfamuron, Pseudomonas sp. Razza DSMZ 13134, piridalil, pirossulamm, spiromesifen, it-tijenkarbażon u toprameżone (ĠU L 117, 27.4.2013, p. 20).

13zzzi.

32013 R 0485: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2013 tal-24 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, tijametossam u imidakloprid u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ taż-żerriegħa trattata bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi attivi (ĠU L 139, 25.5.2013, p. 12).

13zzzj.

32013 D 0431: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/431/UE tat-12 ta' Awwissu 2013 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda benalassil-M u valifenalat (ĠU L 218, 14.8.2013, p. 28).

13zzzk.

32013 R 0781: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 781/2013 tal-14 ta' Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva fipronil u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ ta' żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (ĠU L 219, 15.8.2013, p. 22).

13zzzl.

32013 R 1165: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1165/2013 tat-18 ta' Novembru 2013 li japprova s-sustanza attiva żejt tal-larinġ, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 309, 19.11.2013, p. 17).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012, (UE) Nru 187/2013, (UE) Nru 190/2013, (UE) Nru 365/2013, (UE) Nru 369/2013, (UE) Nru 485/2013, (UE) Nru 532/2013, (UE) Nru 781/2013, (UE) Nru 790/2013, (UE) Nru 798/2013, (UE) Nru 1089/2013, (UE) Nru 1124/2013, (UE) Nru 1150/2013, (UE) Nru 1165/2013, (UE) Nru 1166/2013 u (UE) Nru 1178/2013 u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni Nru 2012/191/UE, 2012/363/UE, 2013/38/UE, 2013/205/UE u 2013/431/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2014, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dak inhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 203/2014 tat-30 ta' Settembru 2014 (22), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 200, 27.7.2012, p. 5.

(2)   ĠU L 62, 6.3.2013, p. 10.

(3)   ĠU L 62, 6.3.2013, p. 19.

(4)   ĠU L 111, 23.4.2013, p. 27.

(5)   ĠU L 111, 23.4.2013, p. 39.

(6)   ĠU L 139, 25.5.2013, p. 12.

(7)   ĠU L 159, 11.6.2013, p. 6.

(8)   ĠU L 219, 15.8.2013, p. 22.

(9)   ĠU L 222, 20.8.2013, p. 6.

(10)   ĠU L 224, 22.8.2013, p. 9.

(11)   ĠU L 293, 5.11.2013, p. 31.

(12)   ĠU L 299, 9.11.2013, p. 34.

(13)   ĠU L 305, 15.11.2013, p. 13.

(14)   ĠU L 309, 19.11.2013, p. 17.

(15)   ĠU L 309, 19.11.2013, p. 22.

(16)   ĠU L 312, 21.11.2013, p. 33.

(17)   ĠU L 102, 12.4.2012, p. 15.

(18)   ĠU L 176, 6.7.2012, p. 70.

(19)   ĠU L 18, 22.1.2013, p. 17.

(20)   ĠU L 117, 27.4.2013, p. 20.

(21)   ĠU L 218, 14.8.2013, p. 28.

(*1)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.

(22)  Ara l-paġna 57 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.