European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1527

27.6.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 41/2024

tat-2 ta' Frar 2024

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1527]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2440 tas-27 ta’ Ottubru 2023 dwar il-kwantità totali ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati fl-Unjoni kollha fir-rigward tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru skont is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet għall-2024 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt segwenti jiddaħħal wara l-punt 21als (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2599) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“21alt.

32023 D 2440: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2440 tas-27 ta’ Ottubru 2023 dwar il-kwantità totali ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati fl-Unjoni kollha fir-rigward tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru skont is-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet għall-2024 (ĠU L, 2023/2440, 31.10.2023).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni (UE) 2023/2440 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Frar 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 334/2023 tat-8 ta’ Diċembru 2023 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L, 2023/2440, 31.10.2023.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)  ĠU L …


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1527/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)