Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2005, Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill (T-415/03), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill għat-trasferiment lir-Repubblika Franċiża ta’ parti mill-kwota ta’ sajd ta’ l-inċova allokata lir-Repubblika Portugiża.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell prinċipali, magħmul mill-Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo u l-appellanti l-oħrajn, li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta’ Novembru 2005, Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill (T-415/03), huwa miċħud.

2) L-appell inċidentali, magħmul mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, huwa miċħud.

3) Il-Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo u l-appellanti l-oħrajn, li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta’ Ottubru 2005, Cofradía de pescadores “San Pedro” de Bermeo et vs Il-Kunsill (T-415/03) u l-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

4) Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.