<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-193/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0193</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:498">EU:C:2019:498</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20190613">13.6.2019</DATE> – Kawża C-193/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Google</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/21/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(c)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Trażmissjoni ta’ sinjali</KEYWORD><KEYWORD>Servizz ta’ posta elettronika fuq l-internet</KEYWORD><KEYWORD>Servizz Gmail</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-193/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Qorti Amministrattiva Superjuri tal-Land ta’ Nordrhein-Westfalen, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20180226">26 ta’ Frar 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20180319">19 ta’ Marzu 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Google LLC</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesrepublik Deutschland,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras (Relatur), President tal-Awla, K. Jürimäe, D. Šváby, S. Rodin u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, administratrice,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20190313">13 ta’ Marzu 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Google LLC, minn H. Neumann, B. Tavakoli u M. Wortmann, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għal Bundesrepublik Deutschland, minn C. Mögelin u minn V. Janßen, bħala aġenti</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u D. Klebs, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u G. Koós, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun u L. Nicolae, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol, 29, p. 349), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="37" DATE.PUB="2009">ĠU 2009 L 337, p. 37</REF.DOC.OJ> u rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="241" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 241, p. 8</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva Qafas<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Google LLC u l-Bundesrepublik Deutschland (ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja) fuq id-deċiżjoni tal-Bundesnetzagentur für Elektrizität, Gas, Telekommunikation, Post und Eisenbahnen (l-Aġenzija federali tan-netwerks għall-elettriku, il-gass, it-telekomunikazzjonijiet, il-posta u l-ferroviji, il-Ġermanja) (iktar ’il qudddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>BnetzA<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) li tikkonstata li s-servizz tal-posta elettronika Gmail ta’ Google jikkostitwixxi servizz ta’ telekomunikazzjonijiet u li konsegwentement tordnalha, taħt piena ta’ multa, li tikkonforma ruħha mal-obbligu tagħha ta’ dikjarazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 10 tad-Direttiva Qafas tistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>It-tifsira ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>servizz tas-soċjeta ta’ l-informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> f’Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19980622">22 ta’ Ġunju 1998</DATE> li tippreskrivi proċedura għall-provista ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-i standards tekniċi u regolamenti u tar-regoli tas-servizzi tas-soċjeta ta’ l-informazzjoni [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337) kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-<DATE ISO="19980720">20 ta’ Lulju 1998</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8)] tkopri firxa wiesa’ ta’ attivitajiet elettroniċi li jseħħu on-line. Il-parti l-kbira ta’ dawn l-attivitajiet m’humiex koperti bl-iskop ta’ din id-Direttiva għaliex ma jikkonsistux kollha kemm huma jew fil-parti l-kbira tagħhom, fit-twassil ta’ sinjali fuq networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. It-telefonija bil-leħen u s-servizzi ta’ twassil ta’ posta elettronika huma koperti b’din id-Direttiva. L-istess impriża, per eżempju provditur ta’ servizzi bl-Internet, jista joffri kemm servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, bħal l-aċċess għall-Internet, u servizzi mhux koperti taħt din id-Direttiva, bħal provista ta’ kontenut web-based.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(c) tad-Direttiva-Qafas jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>sevizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser servizz normalment provdut bi ħlas li jikkonsisti kollu kemm hu jew fil-parti l-kbira tiegħu fit-twassil ta’ sinjali fuq networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet u servizzi ta’ trasmissjoni f’servizzi wżati għax-xandir, iżda esklużi servizzi li jipprovdu, b’eżerċizzu ta’ kontroll editorjali fuq, kontenut trasmess bl-użu ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi; ma jinkludix servizzi<?PAGE NO="3"?> tas-soċjeta ta’ l-informazzjoni, kif definiti f’Artikolu 1 tad-[Direttiva 98/34], li ma jikkonsistux kollha kemm huma jew fil-parti l-kbira tagħhom għat-twassil ta’ sinjali b’networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva-Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Miri politiċi u prinċipji regolatorji<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fit-twettieq tax-xogħlijiet regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi, l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li huma mmirati lejn il-ksib tal-miri stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4. Dawk il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati ma’ dawk il-miri.</ALINEA><ALINEA>Sakemm mhuwiex ipprovdut mod ieħor fl-Artikolu 9 dwar il-frekwenzi tar-radju, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont sħiħ tal-fatt li huwa mixtieq li r-regolamenti li jsiru jkunu newtrali teknoloġikament u għandhom jiżguraw meta jwettqu l-kompiti regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi, b’mod partikolari dawk maħsuba biex jiżguraw il-kompetizzjoni effettiva, li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jagħmlu l-istess.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jippromwovu l-kompetizzjoni fil-provista tan-networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati u servizzi billi fost ħwejjeġ oħra:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda distorsjoni jew restrizzjoni fil-kompetizzjoni tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika, anke fit-trażmissjoni tal-kontenut”;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom jippromwovu l-interessi taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea billi fost ħwejjeġ oħra:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jassiguraw livell għoli ta’ protezzjoni ta’ konsumaturi meta jittrattaw mal-provdituri, b’mod partikolari billi jassiguraw id-disponibilità ta’ proċeduri sempliċi u mhux għaljin fir-riżoluzzjoni ta’ tilwim mwettqa minn korp li jkun indipendenti mill-partijiet involuti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jikkontribwixxu billi jassiguraw livell għoli ta’ protezzjoni tta-tagħrif personali u l-privatezza;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tat-Telekommunikationsgesetz (il-liġi dwar it-telekomunikazzjonijiet), tat-<DATE ISO="20040622">22 ta’ Ġunju 2004</DATE> (BGBl. 2004 I, p. 1190), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża priniċpali (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>TKG<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Għall-finijiet ta’ din il-liġi:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>17a</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>servizzi tat-telekomunikazzjonijiet aċċessibbli għall-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser is-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet li huma għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>telekomunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser l-att tekniku tal-ħruġ, tat-trażmissjoni u tar-riċezzjoni tas-sinjali permezz ta’ tagħmir ta’ telekomunikazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>tagħmir tat-telekomunikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser l-installazzjonijiet u sistemi tekniċi li jistgħu jibagħtu, jittrasferixxu, jittrażmettu, jirċievu, jiddirieġu u jikkontrollaw sinjali elettromanjetiċi jew ottiċi identifikabbli bħala messaġġi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>servizzi tat-telekomunikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser is-servizzi normalment ipprovduti bi ħlas li jikkonsistu kollha kemm huma jew fil-parti l-kbira tagħhom, fit-trażmissjoni ta’ sinjali fuq netwerks ta’ telekomunikazzjonijiet, inklużi s-servizzi ta’ trażmissjoni fuq in-netwerks użati għar-radju;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>netwerk ta’ telekomunikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> tfisser is-sistemi kollha ta’ trażmissjoni u, fejn xieraq, it-tagħmir ta’ qlib jew ta’ routing u riżorsi oħra, inklużi l-elementi tan-netwerk li ma humiex attivi, li jippermettu t-twassil tas-sinjali permezz tal-kajbil, tal-antenna, b’mezzi ottiċi jew mezzi oħra elettromanjetiċi, inklużi n-netwerks satellitali, in-netwerks terrestri fissi, bi qlib ta’ ċirkwiti jew ta’ pakketti, inkluż l-Internet, u t-telefins mobbli, is-sistemi li jużaw in-netwerk elettriku, sa fejn dawn iservu għat-trażmissjoni ta’ sinjali, in-netwerks użati għax-xandir tal-ħoss u televiżiv u n-netwerks bil-kajbil tat-televiżjoni, tkun xi tkun it-tip ta’ informazzjoni trażmessa;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tat-TKG jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Kull min juża kummerċjalment in-netwerks pubbliċi ta’ telekomunikazzjonijiet jew ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet aċċessibbli għall-pubbliku huwa obbligat jiddikjara bla dewmien lill-awtorità regolatorja il-bidu, it-tibdil jew it-twaqqif tal-attività tiegħu, kif ukoll it-tibdil marbut mal-kumpannija tiegħu. Id-dikjarazzjoni għandha ssir bil-miktub.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Google hija kumpannija, li s-sede tagħha tinsab fl-Istati Uniti tal-Amerika, li tipprovdi b’mod partikolari, minbarra magna tat-tiftix fuq l-Internet, li għandha l-istess isem, servizz ta’ posta elettronika li tiffunzjona permezz tal-Internet, imsejjaħ Gmail, li huwa operat temporanjament taħt l-isem GoogleMail fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Google tuża wkoll, fil-Ġermanja, l-infrastruttura tagħha, konnessa mal-Internet, u b’mod partikolari xi konnessjonijiet broadband li jikkollegaw żoni metropolitani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Gmail huwa servizz imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>oltre l-offerta tal-fornitur ta’ aċċess għall-Internet<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>oltre l-offerta FAI<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), jiġifieri servizz disponibbli fuq l-Internet mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ operatur ta’ komunikazzjonijiet tradizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Gmail jipprovdi lill-utenti tiegħu servizz li jippermettilhom, b’mod partikolari, li jibagħtu u li jirċievu ittri elettroniċi kif ukoll data fuq l-Internet. Sabiex jibbenefika minn dan is-servizz, l-utent għandu qabel xejn jiftaħ kont tal-email, li jippermettilu li jkollu indirizz li jidentifikah bħala mittent jew destinatarju ta’ ittri elettroniċi. L-utent jista’ jaċċedi għall-imsemmi servizz billi jidħol fil-kont tiegħu,<?PAGE NO="5"?> jew direttament fuq is-sit tal-Internet użat minn Google (https://mail.google.com), jew billi juża browser li jagħtih aċċess għal interfaċċja li tippermettilu li juża l-funzjonijiet ta’ trażmissjoni u ta’ riċezzjoni ta’ ittri, iżda wkoll il-funzjonjiet ta’ tibdil, ta’ reġistrazzjoni jew anki ta’ klassifikar ta’ ittri elettroniċi, jew inkella permezz ta’ programm ta’ posta elettronika installata fuq it-tagħmir terminali tiegħu (e-Mail client).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li, fil-kuntest tas-servizz Gmail, il-kontenut tal-ittri u tad-data jiġi mhux emendat, iżda maqsum f’diversi pakketti ta’ data distinti li jiġu trażmessi lid-destinatarju permezz ta’ protokolli ta’ komunikazzjonijiet standardizzati għall-finijiet tas-servizzi ta’ posta elettronika, bħat-<HT TYPE="ITALIC">Transmission Control Protocol – Internet Protocol</HT> (protokoll ta’ kontroll tat-trażmissjoni – protokoll Internet, TCP-IP) u is-<HT TYPE="ITALIC">Simple Mail Transfer Protocol</HT> (protokoll tat-trasferiment ta’ ittri sempliċi SMTP). Teknikament, kemm fil-browser tiegħu jew fis-softwer e-Mail client tiegħu, l-utent jiżviluppa l-kontenut tal-ittra elettronika jiddetermina id-destinatarju jew id-destinatarji, u mbagħad jittrażmettiha lil Google billi jiskatta l-proċedura ta’ trażmissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Sabiex twassal l-imsemmija posta lid-destinatarju, Google tuża servers ta’ posta elettronika, li jużaw il-proċessi tal-informatika neċessarji sabiex jiġi identifikat is-server ta’ destinazzjoni, permezz tad-<HT TYPE="ITALIC">Domain Name System</HT> (sistema ta’ isem tad-domain, DNS), u jipproċedu bit-trażmissjoni tal-pakketti ta’ data. L-itinerarju segwit minn dawn il-pakketti permezz ta’ diversi netwerks parzjali tal-Internet, użati minn terzi, huwa wieħed dinamiku u jista’ jiġi mibdul kontinwament, u dan mingħajr ma jkun jaf bih u mingħajr ma jista’ jikkontrollah l-utent trażmettenti. Mal-wasla, is-server ta’ destinazzjoni jirreġistra l-ittra elettronika u jikkonservaha f’kaxxa tal-ittri elettronika li d-destinatarju jista’ jaċċedi għaliha b’diversi mezzi. Il-vjaġġ magħmul mill-ittri elettroniċi fuq l-Internet jista’ jkun iqsar meta jitwasslu bejn utenti tal-istess fornitur ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-BNetzA tqis li Gmail jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>servizz ta’ telekomunikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tat-TKG, moqri flimkien mal-punt 24 tal-Artikolu 3 tat-TKG, u għalhekk huwa suġġett għall-obbligu ta’ dikjarazzjoni quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Għaldaqstant, b’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120702">2 ta’ Lulju 2012</DATE>, il-BNetzA, abbażi tal-Artikolu 126 tat-TKG, ikkonstatat formalment li, permezz ta’ Gmail, Google kienet tipprovdi servizz ta’ telekomunikazzjonijiet u ordnatilha, taħt piena ta’ multa, li tikkonforma ruħha mal-obbligu tagħha ta’ dikjarazzjoni previst mit-TKG. L-ilment imressaq minn Google kontra din id-deċiżjoni ġie miċħud bħala fondat, permezz tad-deċiżjoni tal-BNetzA tat-<DATE ISO="20141222">22 ta’ Diċembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150123">23 ta’ Jannar 2015</DATE>, Google ressqet rikors quddiem il-Verwaltungsgericht Köln (il-Qorti Amminstrattiva ta’ Cologne, il-Ġermanja), intiż għall-annullament ta’ din l-aħħar imsemmija deċiżjoni, li ġie miċħud b’sentenza tal-<DATE ISO="20151111">11 ta’ Novembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’din l-okkażjoni, din il-qorti qieset li Gmail kien jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>servizz ta’ telekomunikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tat-TKG, moqri flimkien mal-punt 24 tal-Artikolu 3 ta’ din il-liġi, jiġifieri servizz normalment ipprovdut bi ħlas, li jikkonsisti kollu kemm hu jew fil-parti l-kbira tiegħu, fit-trażmissjoni ta’ sinjali fuq netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Skont din il-qorti, il-kriterju ċentrali ta’ din id-definizzjoni, jiġifieri it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>trażmissjoni ta’ sinjali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jippreżenta rabta mill-qrib mal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>telekomunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> iddefinit fil-punt 22 tal-Artikolu 3 tat-TKG bħala proċess tekniku ta’ ħruġ, ta’ trażmissjoni u ta’ riċezzjoni ta’ sinjali permezz ta’ tagħmir ta’ telekomunikazzjonijiet, premess li l-imsemmi tagħmir huwa ddefinit, skont il-punt 23 tal-Artikolu 3 tat-TKG, bħala installazzjonijiet u sistemi tekniċi li jistgħu jibagħtu, jittrasferixxu, jittrażmettu, jirċievu, jiddirieġu jew jikkontrollaw sinjali elettromanjetiċi jew ottiċi identifikabbli bħala messaġġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont il-Verwaltungsgericht Köln (il-Qorti Amministrattiva ta’ Köln), Google tippermetti lill-utenti tas-servizz Gmail li jikkomunikaw b’posta elettronika permezz tal-Internet permezz ta’ interfaċċja fuq l-Internet jew permezz tas-softwer <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>e-Mail client<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> installat fuq it-tagħmir terminali tiegħu konness mal-Internet. Il-fatt li t-trażmissjoni ta’ sinjali ssir essenzjalment permezz tal-Internet<?PAGE NO="6"?> miftuħ li huma għalhekk il-fornituri ta’ aċċess għall-Internet (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>FAI<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>) li jittrażmettuhom u mhux Google stess ma jipprekludix il-klassifikazzjoni ta’ Gmail fost is-servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet. Is-servizz ta’ trażmissjoni ta’ sinjali ta’ FAI huwa attribwit lil Google peress li fil-verità tinqeda b’dan is-servizz ta’ trażmissjoni ta’ sinjali sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha u, b’mod partikolari, peress li hija tikkontribwixxi b’mod essenzjali għall-funzjonament tal-proċess ta’ telekomunikazzjoni permezz tas-servizzi tagħha ta’ pproċessar tal-informatika. Din il-qorti tqis li ma hemmx lok li ssir analiżi purament teknika sabiex tingħata risposta għall-mistoqsija dwar jekk servizz jikkonsistix kollu kemm hu jew fil-parti l-kbira tiegħu fit-trażmissjoni ta’ sinjali. Is-servizz ta’ trażmissjoni ta’ sinjali kien jikkostitwixxi l-element prinċipali ta’ Gmail. Fil-kuntest ta’ evalwazzjoni kwalitattiva, il-komunikazzjoni minkejja l-ispazju ma’ utenti oħra u, għaldaqstant, il-proċess ta’ telekomunikazzjoni stess kienu jinsabu fl-ewwel grad, filwaqt li l-komponenti l-oħra marbuta mal-kontenut tas-servizz ma kienu ta’ ebda importanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tqis ukoll li r-responsabbiltà ċivili ta’ Google fir-rigward tal-utenti għas-servizz ta’ trażmissjoni ta’ sinjali mill-FAI ma hijiex determinanti u tirrileva li s-servizz Gmail huwa offrut bi ħlas. Fil-fatt, minkejja li s-servizzi ta’ posta elettronika huma proposti mingħajr ħlas lill-utent, għallinqas fil-verżjoni bażika tiegħu, madankollu dawn huma abitwalment iffinanzjati mir-reklamar jew minn dħul indirett ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Google appellat mis-sentenza tal-Verwaltungsgericht Köln (il-Qorti Amministrattiva ta’ Köln) quddiem il-qorti tar-rinviju, l-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Qorti Amministrattiva Superjuri tal-Land ta’ Nordrhein-Westfalen, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, Google issostni li Gmail ma huwiex servizz ta’ telekomunikazzjonijiet sa fejn dan is-servizz ma jittrażmettix sinjali. Ċertament, bħala servizz ta’ posta elettronika, Gmail kien jinvolvi, bl-istess mod bħal servizzi oħra oltre l-offerta FAI bħal, pereżempju, it-tranżazzjonijiet bankarji online, it-trażmissjoni ta’ sinjali. Ma kinitx Google stess iżda l-FAI li kienu jipproċedu bit-trażmissjoni tas-sinjali, sa fejn huma kkonċernati kemm it-trażmissjoni ta’ data bejn l-utenti ta’ Gmail u s-servers ta’ posta elettronika ta’ Google, kif ukoll it-trażmissjoni ta’ data bejn is-servers ta’ posta elettronika ta’ Google u s-servers ta’ posta elettronika ta’ servizzi oħra ta’ posta elettronika. Is-servizz ta’ trażmissjoni ta’ sinjali lanqas ma jista’ jiġi attribwit lilha, peress li din it-trażmissjoni fuq l-Internet miftuħ issir skont il-prinċipju msejjaħ tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>best effort<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>bl-aħjar sforzi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>). Għaldaqstant hija ma kinitx f’pożizzjoni li teżerċita kontroll, effettiv jew legali, fuq il-proċess ta’ trażmissjoni tas-sinjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Google issostni wkoll li ċ-ċirkustanza li hija topera hija stess l-infrastruttura tagħha ta’ netwerk bħala parti mill-Internet ma hijiex rilevanti f’dan ir-rigward, la fil-fatt u lanqas fid-dritt. Din l-infrastruttura ġiet essenzjalment implementata sabiex tipprovdi servizzi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>b’konsum għoli<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> ta’ data bħat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>tiftixa Google<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>YouTube<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, iżda ma hijiex neċessarja għall-operat ta’ Gmail, anki jekk din tintuża wkoll għal dan l-għan. Fl-aħħar, hija tenfasizza li Gmail, bħala regola ġenerali, ma hijiex offruta bi ħlas, iżda pprovduta għad-dispożizzjoni tal-utenti mingħajr ħlas u li hija ffinanzjata biss għal parti żgħira minn reklami murija fuq is-sit tal-Internet ta’ Gmail.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-BNetzA ssostni li, sabiex jikklassifika bħala servizz ta’ telekomunikazzjonijiet, is-servizz ipprovdut għandu prinċipalment, fil-funzjoni teknika tiegħu, ikollu bħala l-għan tiegħu t-trażmissjoni ta’ sinjali. Dan huwa l-każ ta’ Gmail peress li trażmissjoni ta’ ittri elettroniċi mill-mittenti lid-destinatarju hija possibbli biss permezz ta’ trażmissjoni ta’ sinjali. Ma huwiex neċessarju li l-fornitur tas-servizz iwettaq hu stess it-trażmissjoni tas-sinjali jew li jeżerċita tal-inqas kontroll fuq it-trażmissjoni ta’ sinjali mwettqa minn terzi. Hija determinanti biss l-eżistenza stess ta’ trażmissjoni ta’ sinjali bħala element tekniku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Hija żżid li, anki li kieku kien rikjest kontroll fuq it-trażmissjoni ta’ sinjali mwettqa minn terz, din il-kundizzjoni tkun issodisfatta bil-fatt li Google tuża is-servers proprji tagħha ta’ posta elettronika. Fil-fatt, peress li s-servers ta’ posta elettronika kienu jattribwixxu l-indirizzi Internet Protocol (IP) [protokoll tal-Internet (IP)] fiżiċi lill-indirizzi tal-posta elettronika, Google kienet tawtentifika<?PAGE NO="7"?> l-mittenti u, fejn applikabli, anki lid-destinatarju tal-posta elettronika, bl-għanjuna tal-password, tal-indirizz tal-ittra elettronika u tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-utent, u kienet tidderieġi t-trażmissjoni tas-sinjali permezz ta’ protokolli tal-Internet użati sa fejn huwa suffiċjenti sabiex isir kontroll. Fl-aħħar, Google kienet hija stess tuża l-infrastruttura proprja tagħha konness mal-Internet, li hija użata wkoll għall-finijiet tat-trażmissjoni ta’ sinjali għal Gmail.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Qorti Amministrattiva Superjuri tal-Land ta’ Nordrhein-Westfalen) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>1)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>servizzi li jikkonsistu kompletament jew prinċipalment fit-trażmissjoni ta’ sinjali fuq netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/> li jinsab fl-Artikolu 2(ċ) tad-[Direttiva Qafas] għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi jew jista’ jinkludi s-servizzi ta’ posta elettronika fuq l-internet li huma disponibbli permezz tal-internet miftuħ mingħajr madankollu ma jinkludu aċċess għall-internet?</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-kunċett għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prestazzjoni ta’ pproċessar informatiku li l-fornitur ta’ tali servizz ta’ posta elettronika jipprovdi permezz tas-server tal-posta elettronika tiegħu bl-attribuzzjoni tal-indirizzi IP tat-terminali fiżiċi involuti lill-indirizzi ta’ posta elettronika u billi jintroduċi – jew, bil-kuntrarju, billi jirċievi – fl-internet miftuħ, permezz ta’ diversi protokolli tal-familja tal-protokolli tal-internet, il-messaġġi elettroniċi diviżi f’pakketti ta’ data, hija biżżejjed sabiex tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>trażmissjoni ta’ sinjali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, jew ikun hemm biss tali trażmissjoni meta dawn il-pakketti ta’ dati jitwasslu mill-[FAI]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-kunċett għandu jiġi interpretat fis-sens li t-twassil permezz tal-internet miftuħ, mill-fornituri (ta’ aċċess) tal-internet, ta’ messaġġi elettroniċi diviżi f’pakketti ta’ data jista’ jiġi attribwit lill-fornitur ta’ tali servizz ta’ posta elettronika, b’tali mod li dan b’hekk jipprovdi wkoll servizz li jikkonsisti fit-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>trażmissjoni ta’ sinjali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-fornitur ta’ tali servizz ta’ posta elettronika jittrażmetti huwa stess sinjali jew fil-każ li, fi kwalunkwe każ, din il-prestazzjoni ta’ trażmissjoni ta’ sinjali mwettqa mill-[FAI] tista’ tiġi attribwita lilu: il-kunċett għandu, b’mod partikolari, jiġi interpretat fis-sens li, irrispettivament minn eventwali funzjonijiet addizzjonali bħalma huma l-editjar, iż-żamma u l-klassifikazzjoni ta’ messaġġi elettroniċi jew l-amministrazzjoni ta’ dettalji, u irrispettivament mill-isforzi tekniċi mwettqa mill-fornitur fir-rigward tad-diversi funzjonijiet, tali servizz ta’ posta elettronika jikkonsisti wkoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>kompletament jew prinċipalment<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fi trażmissjoni ta’ sinjali minħabba li, fil-kuntest ta’ approċċ funzjonali mill-perspettiva tal-utent, hija l-funzjoni ta’ komunikazzjoni tas-servizz li hija l-funzjoni ewlenija?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-kunċett imsemmi fl-ewwel domanda għandu jiġi interpretat fis-sens li bħala prinċipju ma jinkludix is-servizzi ta’ posta elettronika fuq l-internet li huma disponibbli fuq l-internet miftuħ mingħajr madankollu ma jinkludu aċċess għall-internet: il-kunċett jista’ madankollu jkopri, b’mod eċċezzjonali, is-sitwazzjoni fejn il-fornitur ta’ tali servizz jopera fl-istess ħin in-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi tiegħu stess li jkunu konnessi mal-internet u li, fi kwalunkwe każ, jistgħu jintużaw għall-finijiet tas-servizz ta’ posta elettronika? Jekk ikun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet dan huwa possibbli?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Kif għandu jiġi interpretat il-kriterju <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>normalment ipprovdut bi ħlas<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> li jinsab fl-Artikolu 2(ċ) tad-[Direttiva Qafas]?</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-kriterju jeħtieġ il-pagament ta’ somma flus mill-utenti jew il-ħlas jista’ jikkonsisti fl-għoti, mill-utenti, ta’ korrispettiv ieħor li jkun ta’ interess ekonomiku għall-fornitur tas-servizz, sa fejn l-utenti, pereżempju, iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-fornitur, b’mod attiv, data personali jew data oħra jew sa fejn din id-data tinġabar b’xi mod ieħor mill-fornitur tas-servizz meta jintuża s-servizz?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-kriterju jeħtieġ li l-ħlas joriġina neċessarjament minn dak li jibbenefika wkoll mill-prestazzjoni tas-servizz jew finanzjament parzjali jew integrali tas-servizz minn terzi, pereżempju permezz ta’ reklamar muri fuq is-sit tal-internet tal-fornitur tas-servizz, jista’ jkun biżżejjed?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>normalment<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> tikkonċerna, f’dan il-kuntest, iċ-ċirkustanzi li fihom il-fornitur ta’ servizz partikolari jipprovdi dan is-servizz, jew iċ-ċirkustanzi li fihom huma ġeneralment ipprovduti servizzi identiċi jew komparabbli?<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domandi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u t-tieni domanda tagħha, li jeħtieġ li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 2(c) tad-Direttiva-Qafas għandux jiġi interpretat fis-sens li servizz ta’ posta elettronika fuq l-Internet li ma jinkludix aċċess għall-Internet, bħas-servizz Gmail ipprovdut minn Google, jikkostitwixxi servizz li jikkonsisti b’mod sħiħ jew prinċipalment fit-trażmissjoni ta’ sinjali fuq in-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, fid-dawl tal-ippoċessar tal-informatika li l-fornitur tal-imsemmi servizz jipprovdi permezz tas-servers tiegħu ta’ posta elettronika, minn naħa, billi jattribwixxi l-indirizzi IP tat-tagħmir terminali korrispondeneti għall-indirizzi ta’ posta elettronika u, min-naħa l-oħra, billi jintroduċi fi jew billi jirċievi mill-Internet miftuħ pakketti tad-data marbuta mal-ittri elettroniċi. F’każ ta’ risposta negattiva, hija tistaqsi wkoll jekk, u jekk xieraq, taħt liema kundizzjoni, il-fornitur ta’ tali servizz ta’ posta fuq l-Internet jista’ madankollu jitqies bħala li jopera jew bħala li jista’ jiġi imputat bit-trażmissjoni ta’ sinjali, peress li, barra minn hekk, juża n-netwerks proprji tiegħu ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi konnessi mal-Internet, li jistgħu jintużaw għall-finijiet tal-imsemmi servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Qabel xejn, jeħtieġ jitfakkar li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> huwa ddefinit, f’termini pożittivi u negattivi, fl-Artikolu 2(c) tad-Direttiva-Qafas u li din id-definizzjoni hija riprodotta, f’termini ekwivalenti, fil-punt 3 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-<DATE ISO="20020916">16 ta’ Settembru 2002</DATE> dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 178) (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>UPC Nederland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-518/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:709">EU:C:2013:709</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 2(c) tad-Direttiva-Qafas jiddefinixxi, fl-ewwel lok, is-servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>servizz normalment provdut bi ħlas li jikkonsisti kollu kemm hu jew fil-parti l-kbira tiegħu fit-twassil ta’ sinjali fuq networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet u servizzi ta’ trasmissjoni f’servizzi wżati għax-xandir<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Din l-istess dispożizzjoni tispeċifika, fit-tieni lok, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> jeskludi, minn naħa, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>servizzi li jipprovdu, b’eżerċizzu ta’ kontroll editorjali fuq, kontenut trasmess bl-użu ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> u ma jinkludux, min-naħa l-oħra, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>servizzi tas-soċjeta ta’ l-informazzjoni, kif definiti f’Artikolu 1 tad-[Direttiva 98/34], li ma jikkonsistux kollha kemm huma jew fil-parti l-kbira tagħhom għat-twassil ta’ sinjali b’networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-premessa 5 tad-Direttiva Qafas tindika, f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, li l-konverġenza tas-setturi tat-telekomunikazzjonijiet, tal-media u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni tfisser li n-networks kollha ta’ trasmissjoni u s-servizzi assoċjati għandhom ikunu koperti mill-istess qafas regolatorju wieħed u li, fil-kuntest tat-twaqqif ta’ dan il-qafas huwa meħtieġ li ssir separazzjoni bejn ir-regolament tat-trażmissjoni u r-regolament tal-kontenut.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Kif diġà rrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja, id-direttivi differenti li jikkomponu il-qafas regolatorju l-ġdid applikabbli għas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, b’mod partikolari id-Direttiva-Qafas u d-Direttiva 2002/77, jistabbilixxu distinzjoni ċara bejn il-produzzjoni tal-kontenut, li timplika responsabbiltà editorjali, u t-twassil tal-kontenut, mingħajr l-ebda responsabbiltà editorjali, billi l-kontenuti u t-trażmissjoni tagħhom jaqgħu taħt leġiżlazzjonijiet separati li jsegwu għanijiet li huma proprji għalihom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>UPC Nederland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-518/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:709">EU:C:2013:709</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>UPC DTH</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-475/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:285">EU:C:2014:285</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li, sabiex jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, servizz kellu jinkludi t-trażmissjoni ta’ sinjali, filwaqt li huwa speċifikat li l-fatt li t-trażmissjoni tas-sinjali seħħet permezz ta’ infrastruttura li ma tappartjenix lill-fornitur tas-servizz huwa irrilevanti għall-klassifikazzjoni tan-natura tas-servizz, peress li f’dan ir-rigward huwa biss rilevanti l-fatt li dan il-fornitur huwa responsabbli lejn l-utenti finali tat-trażmissjoni tas-sinjal li tiżgura li dawn tal-aħħar jirċievu s-servizz li abbonaw ruħhom għalih (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>UPC DTH</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-475/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:285">EU:C:2014:285</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-każ odjern, jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju kif ukoll mill-osservazzjonjiet bil-miktub ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li Google toffri, fost servizzi oħra, servizz ta’ posta elettronika (Gmail), li jippermetti lill-persuna li jkollha kont ta’ posta Gmail li tibgħat u li tirċievi ittri elettroniċi jew permezz ta’ softwer ta’ navigazzjoni fuq l-Internet, billi tuża l-interfaċċja fis-sit tal-Internet ipprovduta għad-dispożizzjoni tiegħu minn Google, jew permezz ta’ softwer <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>e-Mail client<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>. Madankollu huwa biss is-servizz ta’ posta fuq l-Internet li huwa mistħarreġ fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li l-fornitur ta’ servizz ta’ posta fuq l-Internet, bħal Gmail, iwettaq trażmissjoni ta’ sinjali. B’hekk, Google ikkonfermat, matul is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li, fil-kuntest tal-provvista tas-servizz tagħha ta’ posta, hija tipproċedi, permezz tas-servers tagħha ta’ posta, bl-introduzzjoni fi u bir-riċezzjoni mill-Internet miftuħ ta’ pakketti ta’ data marbuta ma’ ittri elettroniċi rispettivament mibgħuta jew riċevuti mill-persuni li jkollhom kont ta’ posta Google.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu minn dan ma jistax jiġi konkluż li l-operazzjonijiet imwettqa minn Google sabiex tiżgura l-funzjonament tas-servizz tagħha ta’ posta fuq l-Internet jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva-Qafas, peress li dan is-servizz ma jikkonsistix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>kollu kemm hu jew fil-parti l-kbira tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> fit-trażmissjoni ta’ sinjali fuq netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif sostniet b’mod partikolari, il-Kummissjoni Ewropea, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, huma, minn naħa, il-FAI tal-mettenti u tad-destinatarji ta’ ittri kif ukoll, fejn applikabbli, il-fornituri ta’ servizzi ta’ posta fuq l-Internet u, min-naħa l-oħra, l-operaturi ta’ netwerks differenti li jikkostitwixxu l-Internet miftuħ li essenzjalment jiżguraw it-trażmissjoni ta’ sinjali neċessarji għall-funzjonament ta’ kull servizz ta’ posta fuq l-Internet u li jassumu r-responsabbiltà fis-sens tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>UPC DTH</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-475/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:285">EU:C:2014:285</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-fatt li l-fornitur ta’ servizz ta’ posta fuq l-Internet jintervjeni attivament fl-operazzjonijiet ta’ trażmissjoni u ta’ riċezzjoni ta’ messaġġi, kemm jekk dan isir bl-attribuzzjoni tal-indirizzi tal-IP tat-tagħmir terminali korrispondenti għall-indirizzi tal-posta elettronika jew bid-diviżjoni tal-imsemmija messaġġi f’pakketti ta’ data u bl-introduzzjoni tagħhom fl-Internet miftuħ, jew bir-riċezzjoni tagħhom fl-Internet miftuħ, bil-ħsieb li jitwasslu għand id-destinatarji tagħhom, ma jidhirx li huwa suffiċjenti sabiex l-imsemmi servizz ikun jista’, fuq il-pjan tekniku, jitqies bħala li jikkonsisti kollu kemm hu jew fil-parti l-kbira tiegħu, fit-trażmissjoni ta’ sinjali fuq in-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fis-sens tal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva-Qafas.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-servizz ta’ posta elettronika Gmail ma jistax, fl-assenza ta’ kull element ta’ natura li jistabbilixxi r-responsabbiltà ta’ Google fir-rigward tal-persuni li għandhom kont Gmail fit-trażmissjoni tas-sinjali neċessarji għall-funzjonament tiegħu, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(c), tad-Direttiva-Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-aħħar, iċ-ċirkustanza li Google tuża, barra minn hekk, in-netwerks tagħha ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Ġermanja ma hijiex ta’ natura tpoġġi f’dubju din il-konklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-fatt li Google għandha titqies bħala fornitur tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi bħala operatur tan-netwerks proprji tagħha ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u tista’, bħala tali, tkun suġġetta għall-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikolu 3(2) u (3) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE> dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337), hekk kif immodifikat bid-Direttiva 2009/140, ma jistax jimplika li s-servizzi kollha li hija tipprovdi fuq l-Internet għandhom ukoll jitqiesu bħala tali, anki jekk dawn ma jikkonsistux kollha kemm huma jew fil-parti l-kbira tagħhom, fit-trażmissjoni ta’ sinjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għall-ewwel u t-tieni domanda li l-Artikolu 2(c) tad-Direttiva-Qafas għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz ta’ posta elettronika fuq l-Internet li ma jinkludix aċċess għall-Internet, bħas-servizz Gmail ipprovdut minn Google, ma jikkonsistix kollu kemm hu jew fil-parti l-kbira tiegħu, fit-trażmissjoni ta’ sinjali fuq netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u għaldaqstant ma jikkostitwixxix servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta li ngħatat għall-ewwel żewġ domandi, ma hemmx lok li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta għat-tielet domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz ta’ posta elettronika fuq l-Internet li ma jinkludix aċċess għall-Internet, bħas-servizz Gmail ipprovdut minn Google, ma jikkonsistix kollu kemm hu jew fil-parti l-kbira tiegħu, fit-trażmissjoni ta’ sinjali fuq netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u għaldaqstant ma jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>