|
27.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 323/101 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9473 — KIRKBI/Blackstone/CPPIB/Merlin)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 323/07)
1.
Fl-20 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
KIRKBI Invest A/S (“KIRKBI”, id-Danimarka), |
|
— |
The Blackstone Group Inc. (“Blackstone”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Kanada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada), |
|
— |
Merlin Entertainments PLC (“Merlin”, ir-Renju Unit). |
KIRKBI, Blackstone u CPPIB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Merlin kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— KIRKBI: kumpanija azzjonarja u tal-investiment li hija s-sid ta’ LEGO A/S u attiva fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ ġugarelli u materjali ta’ taħriġ ibbażat fuq il-logħob,
— Blackstone: ġestjoni ta’ assi dinjija,
— CPPIB: ġestjoni tal-investiment,
— Merlin: sid ta’ parks b’tema u ta’ divertiment u ta’ attrazzjoni għall-viżitaturi.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9473 — KIRKBI/Blackstone/CPPIB/Merlin
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).