|
28.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 57/2011
tal-20 ta’ Mejju 2011
li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/646/KE tas-17 ta’ Awwissu 2005 dwar it-twaqqif ta’ reġistru ta’ siti biex jiffurmaw in-netwerk ta’ interkalibrazzjoni skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata f’dan il-Ftehim, |
|
(3) |
Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi inkorporata f’dan il-Ftehim. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma (4) għandha tiġi inkorporata f’dan il-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2008/105/KE tħassar, b’effett mit-22 ta’ Diċembru 2012, id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE (5), 83/513/KEE (6), 84/156/KEE (7), 84/491/KEE (8) u 86/280/KEE (9), li huma inkorporati mal-Ftehim u li għalhekk iridu jiġu mħassra skont l-istess Ftehim b’effett mit-22 ta’ Diċembru 2012, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Li ġej għandu jiżdied mal-Punti 8 (id-Direttiva tal-Kunsill 82/176/KEE), 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 83/513/KEE), 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 84/156/KEE) u 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 84/491/KEE): “, kif emendat permezz ta’:
|
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-Punti 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE) u 13ca (id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
3. |
Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-Punt 13cab (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/915/KE):
|
|
4. |
It-test tal-Punti 8 (id-Direttiva tal-Kunsill 82/176/KEE), 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 83/513/KEE), 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 84/156/KEE), 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 84/491/KEE) u 12 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE) għandu jkun imħassar b’effett mit-22 ta’ Diċembru 2012. |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2005/646/KE u tad-Direttivi 2008/105/KE u 2009/90/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 171, 30.6.2011, p. 44.
(2) ĠU L 243, 19.9.2005, p. 1.
(3) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84.
(4) ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36.
(5) ĠU L 81, 27.3.1982, p. 29.
(6) ĠU L 291, 24.10.1983, p. 1.
(7) ĠU L 74, 17.3.1984, p. 49.
(8) ĠU L 274, 17.10.1984, p. 11.
(9) ĠU L 181, 4.7.1986, p. 16.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.