02011D0072 — MT — 31.01.2026 — 022.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 028 2.2.2011, p. 62) |
Emendata bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/72/PESK
tal-31 ta’ Jannar 2011
dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
Artikolu 1
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, fil-każ tal-mewt ta’ persuna elenkata fl-Anness:
meta tkun ingħatat kundanna kriminali għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat kontra dik il-persuna qabel il-mewt tagħha, il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi li kienu jappartjenu lil dik il-persuna jew li kienu proprjetà tagħha, miżmuma jew ikkontrollati minnha, għandhom ikomplu jiġu ffriżati sakemm l-ordnijiet tal-qorti għall-irkupru tal-fondi tal-Istat miżapproprjati u l-ħlas ta’ multi jkunu ġew eżegwiti;
meta ma tkun ingħatat l-ebda kundanna kriminali bħal din kontra dik il-persuna qabel il-mewt tagħha, il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi li kienu jappartjenu lil dik il-persuna jew li kienu proprjetà tagħha, miżmuma jew ikkontrollati minnha, għandhom ikomplu jiġu ffriżati għal perijodu ta’ żmien raġonevoli, soġġett għall-paragrafu 4. Jekk azzjoni ċivili jew amministrattiva għall-irkupru ta’ fondi tal-Istat miżapproprjati titressaq f’dak il-perijodu, il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi li kienu jappartjenu lil dik il-persuna jew li kienu proprjetà tagħha, miżmuma jew ikkontrollati minnha, għandhom jibqgħu ffriżati sakemm tali azzjoni tiġi miċħuda jew, jekk tintlaqa’, sakemm tiġi eżegwita l-ordni tal-qorti għall-irkupru tal-fondi miżapproprjati.
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:
meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew dejn, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;
maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż magħmula li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;
maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ miżati jew ħlasijiet għal servizzi għaż-żamma jew manteniment ta’ rutina ta’ fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi; jew
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.
Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jkunu ssodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data meta l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmi fil-paragrafu 1 ġie elenkat fl-Anness jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva meħuda fl-Unjoni, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jissodisfaw pretensjonijiet ggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stipulati fil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li għandhom tali pretensjonijiet;
id-deċiżjoni mhix għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija bis-saħħa ta' dan il-paragrafu.
Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew
ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal din id-Deċiżjoni; jew
ħlasijiet dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fl-Unjoni jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat,
dment li tali imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.
Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li huma meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
in-Nazzjonijiet Uniti (NU), inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;
organizzazzjonijiet internazzjonali;
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-NU u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-NU, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati tan-NU, appelli oħra tan-NU jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-N U għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji;
organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tkun tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja jew li jkunu ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità ma’ proċeduri nazzjonali;
aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri; jew
l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet.
Artikolu 2
Artikolu 3
Artikolu 4
Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk imniżżla f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
ANNESS
A. Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
|
1. |
Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI |
Post tat-twelid: Hammam-Sousse Data tat-Twelid: 3 ta’ Settembru 1936 Nazzjonalità: Tuneżina Nru tal-ID: 00354671 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: mejjet, ex President tat-Tuneżija, iben Selma HASSEN, miżżewweġ lil Leïla TRABELSI |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u biex jikkawża ħsara lill-amministrazzjoni, l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra u għar-reat ta’ riċezzjoni minn uffiċjal pubbliku ta’ fondi pubbliċi li kien jaf ma kinux dovuti, u li ġew użati għall-benefiċċju personali tiegħu jew ta’ membri tal-familja tiegħu. |
|
2. |
Leïla Bent Mohamed Ben Rhouma TRABELSI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-Twelid: 24 ta’ Ottubru 1956 Nru tal-ID: 00683530 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: mara Informazzjoni oħra: bint Saida DHERIF, miżżewġa lil Zine El Abidine BEN ALI |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità fil-miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u biex jikkawża ħsara lill-amministrazzjoni, l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u għal kompliċità fir-reat ta’ riċezzjoni minn uffiċjal pubbliku ta’ fondi pubbliċi li kien jaf ma kinux dovuti, u li ġew użati għall-benefiċċju personali tiegħu jew ta’ membri tal-familja tiegħu. |
|
3. |
Moncef Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-twelid: 4 ta’ Marzu 1944 Nru tal-ID: 05000799 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: mejjet, direttur maniġerjali, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Yamina SOUIEI |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
▼M17 ————— |
|||
|
5. |
Fahd Mohamed Sakher Ben Moncef Ben Mohamed Hfaiez MATERI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-Twelid: 2 ta’ Diċembru 1981 Nru tal-ID:04682068 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: iben Naïma BOUTIBA, miżżewweġ lil Nesrine BEN ALI |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità fil-miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika (l-ex President Ben Ali) biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u biex jikkawża ħsara lill-amministrazzjoni, l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika (l-ex President Ben Ali) bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u għal kompliċità fir-reat ta’ riċezzjoni minn uffiċjal pubbliku ta’ fondi pubbliċi li kien jaf ma kinux dovuti, u li ġew użati għall-benefiċċju personali tiegħu jew ta’ membri tal-familja tiegħu. |
|
6. |
Nesrine Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-Twelid: 16 ta’ Jannar 1987 Nru tal-ID:00299177 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: mara Informazzjoni oħra: bint Leïla TRABELSI, miżżewġa lil Fahd Mohamed Sakher MATERI |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità fil-miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għal parti terza u biex jikkawża ħsara lill-amministrazzjoni, l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u għal kompliċità fir-reat ta’ riċezzjoni minn uffiċjal pubbliku ta’ fondi pubbliċi li kien jaf ma kinux dovuti, u li ġew użati għall-benefiċċju personali tiegħu jew ta’ membri tal-familja tiegħu. |
|
7. |
Halima Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-twelid: 17 ta’ Lulju 1992 L-aħħar indirizz magħruf: il-Palazz Presidenzjali, Tuneż, it-Tuneżija Nru tal-ID: 09006300 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: mara Informazzjoni oħra: bint Leïla TRABELSI |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u assoċjata ma’ Leila Trabelsi (Nru 2). |
|
8. |
Belhassen Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-Twelid: 5 ta’ Novembru 1962 L-aħħar indirizz magħruf: 32 rue Hédi Karray — El Menzah — Tunis, Tunisia Nru tal-ID:00777029 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: direttur maniġerjali, iben Saida DHERIF |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
9. |
Mohamed Naceur Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-twelid: 24 ta’ Ġunju 1948 L-aħħar indirizz magħruf: 20 rue El Achfat – Carthage – Tunis, Tunisia Nru tal-ID: 00104253 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: mejjet, aġent maniġer ta’ impriża agrikola, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Nadia MAKNI |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
10. |
Jalila Bent Mohamed Ben Rhouma TRABELSI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Radès Data tat-Twelid: 19 ta’ Frar 1953 L-aħħar indirizz magħruf: 21 rue d’Aristote — Carthage Salammbô Nru tal-ID:00403106 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: mara Informazzjoni oħra: direttur maniġerjali, bint Saida DHERIF, miżżewġa lil Mohamed MAHJOUB |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
11. |
Mohamed Imed Ben Mohamed Naceur Ben Mohamed TRABELSI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-Twelid: 26 ta’ Awwissu 1974 L-aħħar indirizz magħruf: 124 avenue Habib Bourguiba - Carthage presidence Nru tal-ID:05417770 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: negozjant, iben Najia JERIDI |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
12. |
Mohamed Adel Ben Mohamed Ben Rehouma TRABELSI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-twelid: 26 ta’ April 1950 Nru tal-ID: 00178522 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: mejjet, direttur maniġerjali, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Souad BEN JEMIA |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
13. |
Mohamed Mourad Ben Mohamed Ben Rehouma TRABELSI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-twelid: 25 ta’ Settembru 1955 L-aħħar indirizz magħruf: 20 rue Ibn Chabat – Salammbô – Carthage –Tunis, Tunisia Nru tal-ID: 05150331 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: mejjet, Uffiċjal kap eżekuttiv, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Hela BELHAJ |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
▼M20 ————— |
|||
|
15. |
Mohamed Montassar Ben Kbaier Ben Mohamed MEHERZI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: La Marsa Data tat-Twelid: 5 ta’ Mejju 1959 L-aħħar indirizz magħruf: 4 rue Taoufik EI Hakim — La Marsa Nru tal-ID: Nru tal-ID:00046988 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: Uffiċjal kap eżekuttiv, iben Fatma SFAR, miżżewweġ lil Samira TRABELSI |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
16. |
Nefissa Bent Mohamed Ben Rhouma TRABELSI |
Nazzjonalità: Tuneżina Data tat-Twelid: 1 ta’ Frar 1960 L-aħħar indirizz magħruf: 4 rue de la Mouette — Gammarth Supérieur , Nru tal-ID:00235016 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: mara Informazzjoni oħra: bint Saida DHERIF, miżżewġa lil Habib ZAKIR |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
17. |
Habib Ben Kaddour Ben Mustapha BEN ZAKIR |
Nazzjonalità: Tuneżina Data tat-Twelid: 5 ta’ Marzu 1957 L-aħħar indirizz magħruf: 4 rue Ennawras — Gammarth Supérieur Nru tal-ID:00547946 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: żviluppatur tal-proprjetà, iben Saida BEN ABDALLAH, miżżewweġ lil Nefissa TRABELSI |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
▼M21 ————— |
|||
|
▼M23 ————— |
|||
|
20. |
Mourad Ben Hédi Ben Ali MEHDOUI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-Twelid: 3 ta’ Mejju 1962 L-aħħar indirizz magħruf: 41 rue Garibaldi — Tuneż, it-Tuneżija Nru tal-ID:05189459 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: Uffiċjal kap eżekuttiv, iben Neila BARTAJI, miżżewweġ lil Lilia NACEF |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
▼M21 ————— |
|||
|
▼M13 ————— |
|||
|
▼M23 ————— |
|||
|
25. |
Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah CHIBOUB |
Nazzjonalità: Tuneżina Data tat-Twelid: 13 ta’ Jannar 1959 L-aħħar indirizz magħruf: rue du Jardin — Sidi Bousaid — Tuneż, it-Tuneżija Nru tal-ID:00400688 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: Uffiċjal kap eżekuttiv, iben Leïla CHAIBI, miżżewweġ lil Dorsaf BEN ALI |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika (l-ex President Ben Ali) biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
▼M20 ————— |
|||
|
▼M23 ————— |
|||
|
30. |
Slim Ben Mohamed Salah Ben Ahmed ZARROUK |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-Twelid: 13 ta’ Awwissu 1960 L-aħħar indirizz magħruf: 49 avenue Habib Bourguiba — Carthage Nru tal-ID:00642271 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: Uffiċjal kap eżekuttiv, iben Maherzia GUEDIRA, miżżewweġ lil Ghazoua BEN ALI |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
31. |
Farid Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Hammam-Sousse Data tat-Twelid: 22 ta’ Novembru 1949 L-aħħar indirizz magħruf: 11 rue Sidi el Gharbi — Hammam-Sousse Nru tal-ID:02951793 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: fotografu għall-istampa fil-Ġermanja, iben Selma HASSEN |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
32. |
Faouzi Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Hammam-Sousse Data tat-Twelid: 13 ta’ Marzu 1947 L-aħħar indirizz magħruf: rue El Moez — Hammam-Sousse Nru tal-ID:02800443 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: direttur maniġerjali, mejjet. miżżewweġ lil Zohra BEN AMMAR |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
33. |
Hayet Bent Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Hammam-Sousse Data tat-Twelid: 16 ta’ Mejju 1952 L-aħħar indirizz magħruf: 17 avenue de la République.- Hammam-Sousse Nru tal-ID:02914657 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: mara Informazzjoni oħra: rappreżentanta ta’ Tunisair, bint Selma HASSEN, miżżewġa lil Fathi REFAT |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
34. |
Najet Bent Haj Hamda Ben Raj Hassen BEN ALI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Sousse Data tat-Twelid: 18 ta’ Settembru 1956 L-aħħar indirizz magħruf: avenue de l’Imam Muslim- Khezama ouest-Sousse Nru tal-ID: 02804872 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: mara Informazzjoni oħra: manager ta’ kumpannija, bint Selma HASSEN, miżżewġa lil Sadok Habib MHIRI |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
35. |
Slaheddine Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI |
Nazzjonalità: Tuneżina Data tat-twelid: 28 ta’ Ottubru 1938 Nru tal-ID: 02810614 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: mejjet, iben Selma HASSEN, armel ta’ Selma MANSOUR |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
▼M17 ————— |
|||
|
40. |
Douraied Ben Hamed Ben Taher BOUAOUINA |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Hammam-Sousse Data tat-Twelid: 8 ta’ Ottubru 1978 L-aħħar indirizz magħruf: 17 avenue de la République — Hammam-Sousse Nru tal-ID:05590835 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: direttur ta’ kumpannija, iben Hayet BEN ALI |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
▼M13 ————— |
|||
|
42. |
Ghazoua Bent Hamed Ben Taher BOUAOUINA |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Monastir Data tat-twelid: 30 ta’ Awwissu 1982 Nru tal-ID: 08434380 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: mara Informazzjoni oħra: bint Hayet BEN ALI, miżżewġa lil Badreddine BENNOUR |
Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra, u assoċjata ma’ Hayet Ben Ali (Nru 33). |
|
▼M17 ————— |
|||
|
▼M16 ————— |
|||
|
46. |
Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI |
Nazzjonalità: Tuneżina, Franċiża Post tat-twelid: Pariġi, Franza Data tat-twelid: 27 ta’ Ottubru 1966 Nru tal-ID: 05515496 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: mejjet, direttur ta’ kumpannija, iben Paulette HAZAT |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika (l-ex President Ben Ali) biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
|
▼M13 ————— |
|||
|
48. |
Sofiene Ben Habib Ben Haj Hamda BEN ALI |
Nazzjonalità: Tuneżina Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija Data tat-twelid: 28 ta’ Awwissu 1974 L-aħħar indirizz magħruf: 23 rue Ali Zlitni, El Manar 2-Tunis, Tunisia Nru tal-ID: 04622472 Pajjiż tal-ħruġ: it-Tuneżija Sess: raġel Informazzjoni oħra: mejjet, direttur tal-bejgħ, iben Leila DEROUICHE |
Persuna (mejta) li l-attivitajiet tagħha huma soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji, jew proċess ta’ rkupru tal-assi wara sentenza finali tal-qorti, mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f’miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi minn detentur ta’ kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta’ kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil parti terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta’ influwenza ħażina fuq detentur ta’ kariga pubblika bil-ħsieb li jikseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
B. Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-liġi Tuneżina:
Id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva
Jirriżulta mill-Artikoli 20, 27, 29 u 108 tal-Kostituzzjoni Tuneżina, l-Artikoli 13, 47, 50, 59, 66 u175 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali u mil-Liġi Nru 2002-52 tat-3 ta’ Ġunju 2002 li d-drittijiet li ġejjin huma garantiti skont il-liġi Tuneżina:
id-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju ta’ kwalunkwe att jew deċiżjoni amministrattiva;
id-dritt li jiddefendi ruħu personalment jew permezz ta’ assistenza legali magħżula minnu stess jew, jekk ma jkollux mezzi biżżejjed biex iħallas għall-assistenza legali, din għandha tingħata lilu b’xejn meta l-interessi tal-ġustizzja jeħtieġu hekk;
id-dritt li jkun infurmat minnufih, b’lingwa li jifhem u fid-dettal, dwar in-natura u r-raġuni tal-akkuża kontra tiegħu;
id-dritt li jkollu żmien u faċilitajiet xierqa għall-preparazzjoni tad-difiża tiegħu;
id-dritt li jeżamina jew li jara li jiġu eżaminati xhieda kontra tiegħu u li jottjeni l-attendenza u l-eżami ta’ xhieda favur tiegħu taħt l-istess kondizzjonijiet bħax-xhieda kontra tiegħu;
id-dritt li jkollu assistenza b’xejn ta’ interpretu jekk ma jkunx jifhem jew jitkellem il-lingwa użata fil-qorti.
L-applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva
Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi kontra l-werrieta tiegħu għadhom għaddejjin.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li qabel mewtu, inħatar avukat mill-Qorti biex jiddefendi l-interessi tas-Sur Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali meta ġie pproċessat in absentia; fil-kawża 24310, tnejn mill-werrieta tas-Sur Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali kienu rappreżentati minn avukat; fl-2025 il-Qorti ddeċidiet fl-ewwel istanza, fil-kawża 24310, favur il-werrieta tas-Sur Ben Ali.
Leïla Bent Mohamed Ben Rhouma TRABELSI
Din il-persuna qed taħrab u m’għadhiex preżenti fit-Tuneżija. L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mill-fatt li waqt il-proċess in absentia nħatar avukat mill-Qorti biex jiddefendi l-interessi tas-Sa Trabelsi.
Moncef Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi kontra l-werrieta tiegħu għadhom għaddejjin.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li qabel mewtu, fil-5 ta’ Marzu 2012, is-Sur Moncef Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu; inħatar avukat biex jirrappreżenta lill-werrieta tas-Sur Moncef Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi fl-azzjoni ċivili kontrihom fil-kawża 9058; fl-2025, il-Qorti ddeċidiet fl-ewwel istanza, fil-kawża 9058, favur il-werrieta tas-Sur Moncef Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi.
▼M17 —————
Fahd Mohamed Sakher Ben Moncef Ben Mohamed Hfaiez EL MATERI
Din il-persuna qed taħrab u m’għadhiex preżenti fit-Tuneżija. L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi ew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mill-fatt li waqt il-proċess in absentia nħatar avukat mill-Qorti biex jiddefendi l-interessi tas-Sur Materi.
Nesrine Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI
Din il-persuna qed taħrab u m’għadhiex preżenti fit-Tuneżija. L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mill-fatt li waqt il-proċess in absentia s-Sa Ben Ali kienet irrappreżentata minn avukat.
Halima Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI
Din il-persuna qed taħrab u m’għadhiex preżenti fit-Tuneżija. L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li s-Sa Halima Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Ali, irrappreżentata mill-avukat tagħha, appellat is-sentenza 1850 tal-25 ta’ Jannar 2021; il-Qorti, fl-2022 ċaħdet, fl-ewwel istanza fil-kawża 32265, azzjoni ċivili kontra s-Sa Halima Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Ali.
Belhassen Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI
Din il-persuna qed taħrab u m’għadhiex preżenti fit-Tuneżija. L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, b’impenn bil-miktub li sar mill-awtoritajiet Tuneżini lill-awtoritajiet Żvizzeri fis-7 ta’ April 2014, fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ ittra rogatorja, li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tas-Sur Belhassen Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi u d-drittijiet tad-difiża tiegħu; mill-fatt li, matul il-proċessi in absentia, is-Sur Belhassen Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi kien rappreżentat minn avukat. Barra minn hekk, dan jidher mill-fatt li s-Sur Belhassen Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi, permezz tal-avukat tiegħu, eżerċita d-drittijiet tad-difiża tiegħu billi appella s-sentenzi 869/32 tal-24 ta’ Novembru 2021 u s-sentenza 1134 tal-20 ta’ Mejju 2023.
Mohamed Naceur Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi kontra l-werrieta tiegħu għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li qabel mewtu, is-Sur Mohamed Naceur Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu fit-13 ta’ Marzu 2012 u s-16 ta’ Marzu 2012.
Jalila Bent Mohamed Ben Rhouma TRABELSI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fil-5 ta’ Jannar 2012, il-5 ta’ Lulju 2012 u s-27 ta’ Frar 2013 is-Sa Jalila Bent Mohamed Ben Rhouma Trabelsi nstemgħet minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tagħha; Is-Sa Jalila Bent Mohamed Ben Rhouma Trabelsi, permezz tal-avukat tagħha, eżerċitat id-drittijiet tad-difiża tagħha billi appellat sentenza tal-ewwel istanza fl-2025.
Mohamed Imed Ben Mohamed Naceur Ben Mohamed TRABELSI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fis-27 ta’ Ottubru 2016 is-Sur Mohamed Imed Ben Mohamed Naceur Ben Mohamed Trabelsi nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu; fl-2025, is-Sur Mohamed Imed Ben Mohamed Naceur Ben Mohamed Trabelsi, permezz tal-avukat tiegħu, eżerċita d-drittijiet tad-difiża tiegħu billi appella sentenza tal-qorti tal-kassazzjoni (kawża nru 21775).
Mohamed Adel Ben Mohamed Ben Rehouma TRABELSI
Din il-persuna qed taħrab u m’għadhiex preżenti fit-Tuneżija. L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi kontra l-werrieta tiegħu għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li l-werrieta tas-Sur Mohamed Adel Ben Mohamed Ben Rehouma Trabelsi ħatru avukat biex jiddefendihom fl-azzjoni ċivili kontrihom (kawża nru 9099).
Mohamed Mourad Ben Mohamed Ben Rehouma TRABELSI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fit-23 ta’ Frar 2012, qabel mewtu, is-Sur Mohamed Mourad Ben Mohamed Ben Rehouma Trabelsi nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu; il-werrieta tas-Sur Mohamed Mourad Ben Mohamed Ben Rehouma Trabelsi ħatru avukat biex jiddefendihom fl-azzjoni ċivili pendenti kontrihom (kawża nru 16277).
▼M20 —————
Mohamed Montassar Ben Kbaier Ben Mohamed MAHERZI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fl-20 ta’ Awwissu 2011 u t-2 ta’ Ottubru 2012 u l-31 ta’ Mejju 2013, is-Sur Mohamed Montassar Ben Kbaier Ben Mohamed Maherzi nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukati tiegħu; fl-2025, is-Sur Mohamed Montassar Ben Kbaier Ben Mohamed Maherzi, permezz tal-avukat tiegħu, eżerċita d-drittijiet tad-difiża tiegħu billi appella sentenza tal-ewwel istanza (kawża nru 51174).
Nefissa Bent Mohamed Ben Rhouma TRABELSI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fl-24 ta’ Jannar 2012, is-Sa Nefissa Bent Mohamed Ben Rhouma Trabelsi nstemgħet minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tagħha; fl-2018, is-Sa Nefissa Bent Mohamed Ben Rhouma Trabelsi eżerċitat id-drittijiet tad-difiża tagħha billi appellat sentenza tal-ewwel istanza (kawża nru 35666).
Habib Ben Kaddour Ben Mustapha BEN ZAKIR
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fl-24 ta’ Jannar 2012, is-Sur Habib Ben Kaddour Ben Mustapha Ben Zakir instema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu; Is-Sur Habib Ben Kaddour Ben Mustapha Ben Zakir kien rappreżentat minn avukat fl-azzjoni kriminali pendenti kontrih u permezz tal-avukat tiegħu eżerċita d-drittijiet ta’ difiża tiegħu billi appella deċiżjonijiet tal-maġistrat istruttur.
▼M21 —————
▼M23 —————
Mourad Ben Hédi Ben Ali MEHDOUI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fit-13 ta’ Frar 2012 is-Sur Mourad Ben Hédi Ben Ali Mehdoui nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu; fl-2019, is-Sur Mourad Ben Hédi Ben Ali Mehdoui eżerċita d-drittijiet tad-difiża tiegħu billi appella sentenza tal-ewwel istanza (kawża nru 41245).
▼M21 —————
▼M13 —————
▼M23 —————
Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah CHIBOUB
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji jew fil-proċess ta’ rkupru tal-assi li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mill-fatt li (i) fl-24 ta’ Novembru 2014, it-12 ta’ Jannar 2015, l-10 ta’ April 2015 u t-2 ta’ Diċembru 2015, is-Sur Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub instema’ fuq diversi kawżi minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukati tiegħu; (ii) l-investigazzjoni kontra s-Sur Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub fil-Kawża 27638/6 intemmet fit-30 ta’ Marzu 2018 minħabba nuqqas ta’ evidenza u d-deċiżjoni li tintemm l-investigazzjoni ġiet ikkonfermata aktar tard fl-appell; u (iii) is-Sur Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub kien assistit minn avukat matul il-proċedimenti ta’ arbitraġġ quddiem il-Kumitat tal-Arbitraġġ tal-Instance de la Vérité et de la Dignité (IVD). Fil-15 ta’ Frar 2021 u l-10 ta’ Marzu 2021, is-Sur Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub instema’ minn maġistrat istruttur fil-kawża 19592/1. Fil-31 ta’ Marzu 2021, l-imħallef inkwirenti ddeċieda li jaqtal-kawża tiegħu mill-kawża ġenerali 19592/1. Il-kawża 1137/2 għadha pendenti. Dan jidher ukoll mill-fatt li fl-2025 is-Sur Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah Chiboub ressaq appell kontra s-sentenza 36166.
▼M20 —————
▼M23 —————
Slim Ben Mohamed Salah Ben Ahmed ZARROUK
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. Wara r-rikors tas-Sur Zarrouk, il-Kumitat tal-Arbitraġġ tal-Instance de la Vérité et de la Dignité (IVD) ta d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ li ġiet ikkonfermata mill-Conseil de l’IVD fl-24 ta’ Diċembru 2018. Din id-deċiżjoni ġiet ikkontestata quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni. Il-kawża għadha pendenti. Sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Tuneż bid-data tal-15 ta’ April 2021 fil-kawża 29443 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji jew fil-proċess ta’ rkupru tal-assi li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fis-16 ta’ Jannar 2012, l-1 ta’ Frar 2012 u t-22 ta’ Ġunju 2017, is-Sur Slim Ben Mohamed Salah Ben Ahmed Zarrouk instema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu; fl-2023, is-Sur Slim Ben Mohamed Salah Ben Ahmed Zarrouk kien rappreżentat minn avukat fil-kawża 37344.
Farid Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. Sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Tuneż bid-data tal-1 ta’ Novembru 2018 fil-kawża 27658 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fit-3 ta’ Ottubru 2011, is-Sur Farid Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu; fl-2019, is-Sur Farid Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali permezz tal-avukat tiegħu, eżerċita d-drittijiet tad-difiża tiegħu billi appella s-sentenza ta’ kundanna datata l-1 ta’ Novembru 2018 fil-kawża 27658 u sussegwentement kien rappreżentat minn avukat fil-kawża 82970.
Faouzi Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi kontra l-werrieta tiegħu għadhom għaddejjin. Il-Kunsill ma sab l-ebda indikazzjoni li d-drittijiet tad-difiża jew id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Faouzi Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali ma kinux rispettati.
Hayet Bent Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mill-fatt li fid-19 ta’ Ottubru 2011, is-Sa Hayet Bent Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali nstemgħet minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tagħha. Sentenza bid-data tal-14 ta’ Marzu 2019 fil-kawża 40800 ikkundannatha għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi. Din il-persuna qed taħrab u m’għadhiex preżenti fit-Tuneżija, għalhekk is-sentenza kontriha ngħatat in absentia.
Najet Bent Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. Sentenza bid-data tas-7 ta’ Jannar 2016 fil-kawża 28264 ikkundannatha għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fil-21 ta’ Novembru 2011 is-Sa Najet Bent Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali nstemgħet minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tagħha.
Slaheddine Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi kontra l-werrieta tiegħu għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fit-13 ta’ Jannar 2012, is-Sur Slaheddine Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu.
▼M17 —————
Douraied Ben Hamed Ben Taher BOUAOUINA
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. Sentenza tal-Qorti tal-Appell ta’ Tuneż datata 25 ta’ Ottubru 2018 fil-kawża 25421 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fil-21 ta’ April 2012 is-Sur Douraied Ben Hamed Ben Taher Bouaouina nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tiegħu; fl-2018, is-Sur Bouaouina kien rappreżentat minn avukat fil-kawża 25421.
▼M13 —————
Ghazoua Bent Hamed Ben Taher BOUAOUINA
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin. Sentenza datata 21 ta’ Novembru 2022 fil-kawża 46396 ikkundannatha għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li, fl-2011, is-Sa Ghazoua Bent Hamed Ben Taher Bouaouina nstemgħet minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukat tagħha.
▼M17 —————
▼M16 —————
Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi kontra l-werrieta tiegħu għadhom għaddejjin. Qabel mewtu, sentenza tal-Qorti tal-ewwel istanza ta’ Tuneż datata 21 ta’ Marzu 2019 fil-kawża 41328/19 ikkundannatu għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi.
Il-Kunsill ma sab l-ebda indikazzjoni li d-drittijiet tad-difiża jew id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali ma kinux rispettati.
▼M13 —————
Sofiene Ben Habib Ben Haj Hamda BEN ALI
L-investigazzjoni jew il-proċess dwar il-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi kontra l-werrieta tiegħu għadhom għaddejjin. L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ġew rispettati fil-proċedimenti ġudizzjarji li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher, b’mod partikolari, mill-fatt li fit-22 ta’ Marzu 2012, is-Sur Sofiene Ben Habib Ben Haj Hamda Ben Ali nstema’ minn maġistrat istruttur fil-preżenza tal-avukati tiegħu. Dan jidher ukoll mill-fatt li l-werrieta tas-Sur Sofiene Ben Habib Ben Haj Hamda Ben Ali kienu rappreżentati minn avukat fil-kawża 8803.