|
15.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 283/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10283 — MEF 4/CDC/3i EOPF Topco/NGM)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 283/04)
1.
Fl-1 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mirova-Eurofideme 4 (“MEF 4”, Franza), ġestita minn Mirova (Franza) u finalment ikkontrollata minn BPCE (Franza) |
|
— |
Caisse des dépôts et consignations (is-“CDC”, Franza), |
|
— |
3i EOPF France Topc S.à.r.l (“3i EOPF Topco”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn 3i Group plc (“3i”, ir-Renju Unit) |
|
— |
NEOT Green Mobility (“NGM”, Franza), ikkontrollata minn Mitsubishi Corporation, EDF Pulse Growth u CDC |
3i EOPF Topco, MEF 4 u CDC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ NGM kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
MEF 4: kumpanija Franċiża mmexxija minn Mirova, kumpanija maniġerjali Franċiża li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata mill-BPCE li l-attivitajiet ta’ finanzjament u investiment tagħha ta’ Mirova għandhom fil-mira soluzzjonijiet ta’ żvilupp sostenibbli fis-setturi tal-mobilità, l-enerġija, il-bini u l-ibliet, il-konsum, ir-riżorsi, is-saħħa, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-finanzi. Il-BPCE hija attiva fis-setturi bankarji u tal-assikurazzjoni. |
|
— |
CDC: istituzzjoni pubblika Franċiża bi status legali speċjali, irregolata mill-Artikoli L. 518-2 et seq. tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju, li twettaq kompiti ta’ interess ġenerali b’appoġġ għall-politika pubblika mmexxija mill-Istat u mill-awtoritajiet lokali, li permezz tas-sussidjarji tagħha twettaq attivitajiet miftuħa għall-kompetizzjoni, f’dawn il-kopji: (i) l-ambjent u l-enerġija, (ii) id-djar u l-proprjetà immobbli, (iii) l-investiment u l-investiment kapitali, u (iv) is-servizzi (it-trasport tal-passiġġieri, l-inġinerija tal-infrastruttura, it-tħaddim tal-postijiet tal-iskijar u s-siti tad-divertiment, is-servizzi postali, il-banek u l-assikurazzjoni), |
|
— |
3i EOPF Topco: kumpanija Lussemburgiża kkontrollata aħħarija 3i, kumpanija tal-ġestjoni tal-investiment ibbażata fuq il-Borża ta’ Londra (FTSE 100) li tispeċjalizza fil-ġestjoni tal-infrastruttura u tal-assi tal-ekwità privata fl-Ewropa, l-Asja u l-Amerka ta’ Fuq, |
|
— |
NGM: kumpanija Franċiża attiva fl-iżvilupp, il-finanzjament u l-ġestjoni ta’ proġetti ta’ mobilità elettrika, prinċipalment fi Franza. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10283 — MEF 4/CDC/3i EOPF Topco/NGM
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles |
|
BELGIQUE |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).