<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑345/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0345</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:784">EU:C:2015:784</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20151126">26.11.2015</DATE> – KAWŻA C‑345/14</P><P>MAXIMA LATVIJA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20151126">26 ta’ Novembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 101(1) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali analoga</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ftehim li għandu bħala għan ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti ta’ kiri kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Ċentri kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-kerrej prinċipali li jopponi l-kiri mill-proprjetarju ta’ spazji kummerċjali lil terzi</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑345/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Augstākā tiesa (qorti suprema, il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20140711">11 ta’ Lulju 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">SIA <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Maxima Latvija<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Konkurences padome,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tat-Tielet Awla, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, J. Malenovský, M. Safjan, A. Prechal u K. Jürimäe (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20150625">25 ta’ Ġunju 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal SIA <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Maxima Latvija<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, minn M. Gailis u L. Mervina, advokāti, kif ukoll minn A. Šteinmanis,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, minn I. Kalniņš u J. Treijs-Gigulis, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Eberhard, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn N. Khan u F. Ronkes Agerbeek kif ukoll minn I. Rubene, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn SIA <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Maxima Latvija<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Maxima Latvija<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u l-Konkurences padome (kunsill tal-kompetizzjoni) dwar multa imposta minnu fuq Maxima Latvija talli kkonkludiet sensiela ta’ kuntratti ta’ kiri kummerċjali ma’ xi ċentri kummerċjali, li jinkludu klawżola li għandha għan antikompetittiv.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11(1) tal-Liġi dwar il-kompetizzjoni (Konkurences likums):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Huma pprojbiti u huma invalidi sa mill-konklużjoni tagħhom il-ftehimiet bejn operaturi li jkollhom bħala għan jew effett il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fit-territorju tal-Latvja, inklużi l-ftehimiet li jirrigwardaw:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>atti (jew astensjoni) li jobbligaw lil operatur ieħor li jabbanduna suq partikolari jew li jipprevjenu l-wasla ta’ operatur ieħor potenzjali f’suq partikolari.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Maxima Latvija, attur Latvjan tas-settur u tal-kummerċ bl-imnut b’dominanza alimentari, topera supermarkets. Din il-kumpannija kkonkludiet sensiela ta’ kuntratti ta’ kiri kummerċjali ma’ xi ċentri kummerċjali li jinsabu fil-Latvja, li jirrigwardaw il-kiri ta’ spazji kummerċjali f’dawn iċ-ċentri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Wara li analizza 119 minn dawn il-kuntratti, il-kunsill tal-kompetizzjoni kkonstata li 12 fosthom kellhom klawżola li kienet tagħti lil Maxima Latvija, fil-kwalità tagħha ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>kerrej prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, id-dritt li tawtorizza l-kiri, minn sid ta’ proprjetà immobbli, lil terzi, ta’ spazji kummerċjali mhux mikrija lil Maxima Latvija. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kerrej prinċipali huwa s-supermarket li joffri beni intiżi għall-konsumatur finali li jiġu kkonsmati b’mod regolari li, fi ħdan ċentru kummerċjali, normalment jieħu l-ikbar parti jew parti essenzjali minn dan iċ-ċentru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Peress li qies li l-kuntratti ta’ kiri kummerċjali li jinkludu l-klawżola inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu ftehimiet vertikali li għandhom bħala għan il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-kunsill tal-kompetizzjoni adotta deċiżjoni, li fiha kkonkluda li dawn il-ftehimiet kienu jiksru l-Artikolu 11(1)(7) tal-Liġi dwar il-kompetizzjoni, mingħajr ma jkun effettiv li jintwera li fil-prattika dawn kienu jirrendu diffiċli l-aċċess għas-suq ta’ xi operaturi partikolari. Konsegwentement, il-kunsill tal-kompetizzjoni impona fuq Maxima Latvija multa ta’ <FT TYPE="NUMBER">25000</FT> lats Latvjani (LVL) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">35770</FT>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Maxima Latvija ppreżentat rikors għal annullament kontra din id-deċiżjoni quddiem l-Administratīvā apgabaltiesa (qorti amministrattiva reġjonali) li ċaħditu permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130628">28 ta’ Ġunju 2013</DATE>. Din il-qorti qieset li, fir-rigward tas-saħħa fis-suq miżmuma minn Maxima Latvija fis-suq tal-bejgħ bl-imnut, l-għan tal-ftehimiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien il-prevenzjoni tal-kompetizzjoni u li, għaldaqstant, ma kienx neċessarju li jintwerew l-effetti possibbli ta’ dan fuq il-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Maxima Latvija ippreżentat appell ta’ kassazzjoni kontra din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju. Hija sostniet, essenzjalment, li l-Administratīvā apgabaltiesa (qorti amministrattiva reġjonali) wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat l-analiżi tal-kunsill tal-kompetizzjoni li tgħid li l-ftehimiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali kellhom bħala għan ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju osservat, l-ewwel nett, li ma huwiex ikkontestat bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali li l-imsemmija ftehimiet ma jistgħux jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Madankollu hija tqis li l-kliem tal-Artikolu 11(1) tal-Liġi dwar il-kompetizzjoni huwa essenzjalment analogu għal dak tal-Artikolu 101(1) TFUE u li din il-liġi għandha tiġi applikata b’mod konformi ma’ dak li jirrikjedi d-dritt tal-Unjoni. Din il-qorti tenfasizza, barra minn hekk, li jeżisti interess manifest li d-dispożizzjonijiet jew il-kunċetti naxxenti mid-dritt tal-Unjoni jkunu suġġetti għal interpretazzjoni uniformi. L–imsemmija ġurisdizzjoni tikkonstata, it-tieni nett, li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 101(1) TFUE ma tippermettix li jiġi ddeterminat b’ċertezza jekk ftehimiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħux jiġu kklassifikati bħala ftehimiet li għandhom bħala għan ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Augstākā tiesa (qorti suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1)</NO.P><TXT>Il-ftehim li qiegħed jiġi eżaminat f’din il-kawża, konkluż bejn is-sid ta’ proprjetà immobbli kummerċjali u bejjiegħ bl-imnut (kerrej prinċipali), li jillimita d-dritt tas-sid li jiddeċiedi waħdu, mingħajr il-kunsens tal-imsemmi kerrej prinċipali, li jikri proprjetà immobbli kummerċjali oħra lil kompetituri potenzjali tal-kerrej prinċipali, jista’ jitqies bħala ftehim bejn impriżi li s-suġġett tiegħu huwa li jimpedixxi, jillimita jew joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(1) [TFUE]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Huwa meħtieġ li titwettaq analiżi tal-istruttura tas-suq sabiex tiġi evalwata l-kompatibbiltà ta’ dan il-ftehim mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101(1) [TFUE] u, jekk hija meħtieġa, x’għandha tkopri tali analiżi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ dan il-ftehim mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101(1) [TFUE], għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni s-saħħa fis-suq tal-parteċipanti fil-ftehim li qiegħed jiġi eżaminat f’dan il-kawża kif ukoll il-possibbiltà li tiżdied din is-saħħa?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fl-eventwalità li sabiex tiġi stabbilita n-natura tal-ftehim u sabiex jiġi stabbilit li jeżistu l-elementi meħtieġa sabiex ikun hemm ftehim ipprojbit ikun meħtieġ li jiġi evalwat jekk tali ftehim jaffettwax is-suq, tali possibbiltà ta’ impatt fuq is-suq tista’ tkun suffiċjenti sabiex fl-istess ħin jiġi ddikjarat li dan il-ftehim jaqa’ taħt il-kunċett ta’ ftehim ipprojbit, mingħajr ma jiġi evalwat jekk fil-verità kienx hemm effetti negattivi?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Għandu jiġi vverifikat jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula. Fil-fatt, l-Augstākā tiesa (qorti suprema) tirrileva, fid-deċiżjoni tar-rinviju, li l-ftehimiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkonċernaw sitwazzjoni purament interna u ma għandhomx effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Konsegwentement, l-Artikolu 101 TFUE ma japplikax għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja kemm-il darba ddikjarat li għandha ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi dwar it-talbiet għal deċiżjoni preliminari li jirrigwardaw dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet li fihom il-fatti fil-kawża prinċipali kienu jinsabu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni diretta ta’ dan id-dritt, sakemm l-imsemmija dispożizzjonijiet kienu saru magħmula applikabbli mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li kienet tikkonforma ruħha, għas-soluzzjonijiet għal sitwazzjonijiet purament interni, ma’ dawk adottati mid-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, f’tali każijiet, skont ġurisprudenza stabbilita tal-qorti tal-Ġustizzja jeżisti interess ċert tal-Unjoni Ewropea li, sabiex jiġu evitati differenzi fl-interpretazzjonijiet fil-futur, id-dispożizzjonijiet jew il-kunċetti meħuda mid-dritt tal-Unjoni jirċievu interpretazzjoni uniformi, ikunu xi jkunu l-kundizzjonijiet fejn ikollhom japplikaw (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Allianz Hungária Biztosító <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑32/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:160">EU:C:2013:160</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>FNV Kunsten Informatie en Media,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑413/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2411">EU:C:2014:2411</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, dan huwa l-każ tal-Artikolu 11(1) tal-Liġi dwar il-kompetizzjoni sa fejn din id-dispożizzjoni tirriproduċi l-kontenut essenzjali tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet għandu jiġi konkluż li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 101(1) TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li s-sempliċi ċirkustanza li kuntratt ta’ kiri kummerċjali li jirrigwarda l-kiri ta’ supermarket li jinsab f’ċentru kummerċjali li jinkludi klawżola li tagħti lill-kerrej id-dritt li jopponi l-kiri, minn sid ta’ proprjetà immobbli, ta’ spazji kummerċjali f’dan iċ-ċentru lil kerrejja oħra, ifissirx li dan il-kuntratt għandu l-għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, sabiex jaqa’ taħt il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(1) TFUE, ftehim għandu jkollu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>għan jew riżultat [għan jew effett]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern. Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja sa mis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>LTM</NAME.CASE> (<NO.CASE>56/65</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1966:38">EU:C:1966:38</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), in-natura alternattiva ta’ din il-kundizzjoni, ikkaratterizzata mill-konġunzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, għandha twassal sabiex qabel kollox jiġi kkunsidrat l-għan innifsu tal-ftehim, fid-dawl tal-kuntest ekonomiku li fih dan għandu jiġi applikat. (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pierre Fabre Dermo-Cosmétique</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:649">EU:C:2011:649</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Allianz Hungária Biztosító <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑32/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:160">EU:C:2013:160</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Għalhekk, meta jiġi stabbilit l-għan antikompetittiv ta’ ftehim, ma jkunx hemm lok li jiġu mistħarrġa l-effetti tiegħu fuq il-kompetizzjoni. Madankollu, fil-każ li l-analiżi tal-kontenut tal-ftehim ma turix grad suffiċjenti ta’ ħsara għall-kompetizzjoni, ikun meħtieġ għalhekk li jiġu eżaminati l-effetti tiegħu u, sabiex dan jiġi pprojbit, li jiġu sodisfatti l-elementi li jistabbilixxu li kien hemm, fil-fatt, prevenzjoni jew restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni b’mod sostanzjali (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi<?PAGE NO="5"?> <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Allianz Hungária Biztosító <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑32/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:160">EU:C:2013:160</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CB vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑67/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2204">EU:C:2014:2204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑286/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:184">EU:C:2015:184</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>minħabba l-għan<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv u jista’ japplika biss għal ċerti tipi ta’ koordinazzjoni bejn impriżi li juru livell suffiċjenti ta’ ħsara għall-kompetizzjoni sabiex ikun jista’ jitqies li l-eżami tal-effetti tagħhom ma huwiex neċessarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CB vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑67/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2204">EU:C:2014:2204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Din il-ġurisprudenza tirriżulta mill-fatt li ċerti għamliet ta’ koordinazzjoni bejn impriżi jistgħu jiġu kkunsidrati, minħabba n-natura tagħhom stess, bħala ta’ ħsara għall-funzjonament tajjeb tal-kompetizzjoni (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CB vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑67/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2204">EU:C:2014:2204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward huwa preżunt li ċertu aġir kollużiv, bħal dak li jwassal għall-iffissar orizzontali tal-prezzijiet permezz ta’ kartelli, jista’ jitqies bħala li min-natura tiegħu stess jista’ jkollu effetti negattivi fuq, b’mod partikolari, il-prezz, il-kwantità jew il-kwalità tal-prodotti u tas-servizzi, b’mod li jista’ jitqies inutli, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE, li jintwera li dan għandu effetti konkreti fuq is-suq (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Clair</NAME.CASE>, <NO.CASE>123/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:33">EU:C:1985:33</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, l-esperjenza turi li tali aġir iwassal għal tnaqqis tal-produzzjoni u għal żidiet fil-prezzijiet, li jirriżultaw fi tqassim żbaljat tar-riżorsi għad-detriment, b’mod partikolari, tal-konsumaturi (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CB vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑67/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2204">EU:C:2014:2204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ġurisprudenza li għadha kif tfakkret, il-kriterju ġuridiku essenzjali sabiex jiġi ddeterminat jekk ftehim fihx restrizzjoni tal-kompetizzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>minħabba l-għan<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> għaldaqstant jinsab fil-konstatazzjoni li tali ftehim għandu, fih nnifsu, livell suffiċjenti ta’ ħsara għall-kompetizzjoni sabiex jitqies li ma hemmx bżonn li jitfittxu l-effetti tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CB vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑67/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2204">EU:C:2014:2204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li Maxima Latvija ma tinsabx f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni maċ-ċentri kummerċjali li magħhom hija kkonkludiet il-kuntratti inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Minkejja li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li fatt ta’ din in-natura bl-ebda mod ma jostakola milli ftehim ikun jista’ jkollu restrizzjoni għall-kompetizzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>minħabba l-għan<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Allianz Hungária Biztosító <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑32/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:160">EU:C:2013:160</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), madankollu għandu jiġi kkonstatat li l-ftehimiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma humiex uħud mill-ftehimiet li fir-rigward tagħhom huwa preżunt li jistgħu jitqiesu, min-natura tagħhom stess, bħala li huma ta’ ħsara għall-funzjonament tajjeb tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Minkejja li l-klawżola fil-kawża prinċipali potenzjalment għandha bħala effett ir-restrizzjoni tal-aċċess tal-kompetituri ta’ Maxima Latvija għal uħud miċ-ċentri kummerċjali fejn din il-kumpannija topera supermarket, tali fatt, jekk jiġi stabbilit, ma jfissirx b’mod manifest li l-kuntratti li jinkludu din il-klawżola jipprevjenu, jirrestrinġu jew joħolqu distorsjoni, min-natura stess ta’ din tal-aħħar, tal-kompetizzjoni fis-suq ta’ referenza, jiġifieri s-suq lokali tal-bejgħ bl-imnut alimentari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-fatt, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest ekonomiku li fih ftehimiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhom jiġu applikati, l-analiżi tal-kontenut ta’ dawn il-ftehimiet ma tippermettix li, fir-rigward tal-elementi kkomunikati mill-qorti tar-rinviju, jiġi żvelat b’mod manifest livell ta’ ħsara għall-kompetizzjoni suffiċjenti sabiex l-imsemmija ftehimiet ikunu jistgħu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sempliċi fatt li kuntratt ta’ kiri kummerċjali li jirrigwarda l-kiri ta’ supermarket li jinsab f’ċentru kummerċjali jkun fih klawżola li tagħti lill-kerrej<?PAGE NO="6"?> id-dritt li jopponi għall-kiri mis-sid tal-proprjetà immobbli, f’dan iċ-ċentru, ta’ spazji kummerċjali lil kerrejja oħra, ma jfissirx li dan il-kuntratt għandu bħala għan ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni sar-raba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ domandi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni sar-raba’ domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi f’liema kundizzjonijiet kuntratti ta’ kiri kummerċjali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistgħu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu ftehim li għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>bħala effett<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-evalwazzjoni tal-effetti ta’ ftehim fuq il-kompetizzjoni tinvolvi n-neċessità li jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest ekonomiku u ġuridiku li fi ħdanu jinsab dan il-ftehim u fejn jista’ jkollu, flimkien ma’ oħrajn, effett kumulattiv fuq il-kompetizzjoni (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Delimitis</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑234/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:91">EU:C:1991:91</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Unilever Bestfoods vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑552/03 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:607">EU:C:2006:607</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-evalwazzjoni tal-effetti tal-kuntratti inkwistjoni fil-kawża prinċipali fuq il-kompetizzjoni jinvolvi, l-ewwel nett, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi kollha li jiddeterminaw l-aċċess għas-suq ta’ referenza, għall-finijiet li jiġi evalwat jekk, fiż-żoni li minnhom jiġu l-konsumaturi ta’ negozju (catchment areas) ta’ fejn jinsabu ċ-ċentri kummerċjali koperti minn dawn il-kuntratti, jeżistu possibbiltajiet reali u konkreti sabiex kompetitur jinstalla ruħu hemmhekk, b’mod partikolari bis-saħħa tal-okkupazzjoni ta’ spazji kummerċjali li jinsabu f’ċentri kummerċjali oħra stabbiliti f’dawn iż-żoni jew permezz tal-okkupazzjoni ta’ spazji kummerċjali oħra barra miċ-ċentri kummerċjali. Għal dan l-għan, b’mod partikolari għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-immobbli kummerċjali fiż-żoni li minnhom jiġu l-konsumaturi ta’ negozju, kif ukoll l-eżistenza ta’ barrieri ekonomiċi, amministrattivi jew regolamentarji li jipprekludu l-wasla ta’ kompetituri ġodda f’dawn iż-żoni (ara, b’analoġija, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Delimitis</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑234/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:91">EU:C:1991:91</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandhom jiġu evalwati l-kundizzjonijiet li fihom isseħħ il-kompetizzjoni fis-suq ta’ referenza. F’dan ir-rigward wieħed għandu jkun jaf mhux biss in-numru u d-daqs tal-operaturi preżenti f’dan is-suq, iżda wkoll il-livell ta’ konċentrazzjoni tal-imsemmi suq, il-lealtà tal-konsumaturi għad-ditti eżistenti u d-drawwiet ta’ konsum (ara, b’analoġija, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Delimitis</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑234/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:91">EU:C:1991:91</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa biss jekk, fi tmiem analiżi fil-fond tal-kuntest ekonomiku u ġuridiku, li fih jaqgħu il-kuntratti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kif ukoll tal-ispeċifiċitajiet tas-suq ta’ referenza, jiġi kkonstatat li l-aċċess għal dan is-suq isir diffiċli minħabba l-kuntratti kollha simili li jinsabu fis-suq, li sussegwentement ikun jaqbel li ssir analiżi dwar sa fejn dawn jikkontribwixxu għal eventwali għeluq tal-aċċess għal dan is-suq, mifhum li huma pprojbiti biss il-ftehimiet li jikkontribwixxu b’mod sinjifikattiv għal dan l-għeluq tal-aċċess (ara, b’analoġija, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Delimitis</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑234/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:91">EU:C:1991:91</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). L-importanza tal-kontribuzzjoni ta’ kull wieħed mill-kuntratti inkwistjoni fil-kawża prinċipali għal dan l-effett ta’ bblukkar kumulattiv jiddependi mill-pożizzjoni tal-partijiet kontraenti fis-suq inkwistjoni u mit-tul tal-kuntratti (ara, b’analoġija, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Delimitis</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑234/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:91">EU:C:1991:91</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk għandu jiġi ppreċiżat li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 101(1) TFUE ma jillimitax tali evalwazzjoni biss għall-effetti attwali, peress li din għandha wkoll tieħu inkunsiderazzjoni l-effetti potenzjali tal-ftehim jew tal-prattika inkwistjoni fuq il-kompetizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Asnef‑Equifax u Administración del Estado</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑238/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:734">EU:C:2006:734</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, ir-risposta għat-tieni sar-raba’ domandi għandha tkun li jistgħu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu ftehim li għandu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>bħala effett<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE, il-kuntratti ta’ kiri kummerċjali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn fir-rigward tagħhom, wara analiżi fil-fond tal-kuntest ekonomiku u ġuridiku li jaqgħu fih, kif ukoll tal-ispeċifiċitajiet tas-suq ta’ referenza kkonċernat, jirriżulta li dawn jikkontribwixxu b’mod sinjifikattiv għal eventwali għeluq tal-aċċess għal dan is-suq. L-importanza tal-kontribuzzjoni ta’ kull kuntratt għal dan l-għeluq tal-aċċess tiddependi, b’mod partikolari, mill-pożizzjoni tal-partijiet kontraenti fl-imsemmi suq inkwistjoni u mit-tul ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sempliċi fatt li kuntratt ta’ kiri kummerċjali li jirrigwarda l-kiri ta’ supermarket li jinsab f’ċentru kummerċjali jkun fih klawżola li tagħti lill-kerrej id-dritt li jopponi għall-kiri mis-sid tal-proprjetà immobbli, f’dan iċ-ċentru, ta’ spazji kummerċjali lil kerrejja oħra, ma jfissirx li dan il-kuntratt għandu bħala għan ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Jistgħu jitqiesu bħala li jikkostitwixxu ftehim li għandu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>bħala effett<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE, il-kuntratti ta’ kiri kummerċjali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn fir-rigward tagħhom, wara analiżi fil-fond tal-kuntest ekonomiku u ġuridiku li jaqgħu fih, kif ukoll tal-ispeċifiċitajiet tas-suq ta’ referenza kkonċernat, jirriżulta li dawn jikkontribwixxu b’mod sinjifikattiv għal eventwali għeluq tal-aċċess għal dan is-suq. L-importanza tal-kontribuzzjoni ta’ kull kuntratt għal dan l-għeluq tal-aċċess tiddependi, b’mod partikolari, mill-pożizzjoni tal-partijiet kontraenti fl-imsemmi suq inkwistjoni u mit-tul ta’ dan il-kuntratt.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>