<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑681/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0681</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:404">EU:C:2013:404</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130618">18.6.2013</DATE> — KAWŻA C-681/11</P><P>SCHENKER &amp; CO. <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20130618">18 ta’ Ġunju 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 101 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1/2003</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 5 u 23(2)</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet suġġettivi ta’ impożizzjoni ta’ multa</KEYWORD><KEYWORD>Impatt ta’ parir legali jew ta’ deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Fakoltà ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li tikkonstata l-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma timponi multa</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-681/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija), permezz ta’ Deċiżjoni tal-<DATE ISO="20111205">5 ta’ Diċembru 2011</DATE>, li waslet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20111227">27 ta’ Diċembru 2011</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Bundeswettbewerbsbehörde,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Bundeskartellanwalt</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Schenker &amp; Co. AG,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ABX Logistics (Austria) GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Alpentrans Spedition und Transport GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Logwin Invest Austria GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">DHL Express (Austria) GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">G. Englmayer Spedition GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Express-Interfracht Internationale Spedition GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">A. Ferstl Speditionsgesellschaft mbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Spedition, Lagerei und Beförderung von Gütern mit Kraftfahrzeugen Alois Herbst GmbH &amp; Co. KG,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Johann Huber Spedition und Transportgesellschaft mbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Kapeller Internationale Spedition GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Keimelmayr Speditions- u. Transport GmbH,</HT></P><?PAGE NO="2"?><P><HT TYPE="BOLD">Koch Spedition GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Maximilian Schludermann</HT>, fil-kwalità ta’ stralċjarju ta’ Kubicargo Speditions GmbH,</P><P><HT TYPE="BOLD">Kühne + Nagel GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Lagermax Internationale Spedition Gesellschaft mbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Morawa Transport GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Johann Ogris Internationale Transport- und Speditions GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Logwin Road + Rail Austria GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Internationale Spedition Schneckenreither Gesellschaft mbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Leopold Schöffl GmbH &amp; Co. KG,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Spedpack<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>-Speditions- und Verpackungsgesellschaft mbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Johann Strauss GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Thomas Spedition GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Traussnig Spedition GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Treu SpeditionsgesmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Spedition Anton Wagner GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Gebrüder Weiss GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Wildenhofer Spedition und Transport GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Marehard u. Wuger Internat. Speditions- u. Logistik GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Rail Cargo Austria AG,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, viċi-president, A. Tizzano, R. Silva de Lapuerta, M. Ilešič u M. Berger, Presidenti ta’ Awla, E. Juhász (Relatur), U. Lõhmus, E. Levits, A. Ó Caoimh, J.-C. Bonichot, J.-J. Kasel, M. Safjan, D. Šváby u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20130115">15 ta’ Jannar 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Bundeswettbewerbsbehörde, minn MM. T. Thanner u K. Frewein kif ukoll minn N. Harsdorf Enderndorf, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>għal Bundeskartellanwalt, minn A. Mair, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għal Schenker &amp; Co. AG, minn A. Reidlinger u F. Stenitzer, Avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal ABX Logistics (Austria) GmbH, Logwin Invest Austria GmbH u Logwin Road + Rail Austria GmbH, minn A. Ablasser-Neuhuber u G. Fussenegger, Avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Alpentrans Spedition und Transport GmbH, Kapeller Internationale Spedition GmbH, Johann Strauss GmbH u Wildenhofer Spedition und Transport GmbH, minn N. Gugerbauer, Avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal DHL Express (Austria) GmbH, minn F. Urlesberger, Avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal G. Englmayer Spedition GmbH, Internationale Spedition Schneckenreither Gesellschaft mbH u Leopold Schöffl GmbH &amp; Co. KG, minn M. Stempkowski u M. Oder, Avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Express-Interfracht Internationale Spedition GmbH, minn D. Thalhammer, Avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Kühne + Nagel GmbH, minn M. Fellner, Avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Lagermax Internationale Spedition Gesellschaft mbH, minn K. Wessely, Avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Johann Ogris Internationale Transport- und Speditions GmbH u Traussnig Spedition GmbH, minn M. Eckel, Avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Gebrüder Weiss GmbH, minn I. Hartung, Avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistit minn L. D’Ascia, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar u B. Majczyna, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn N. von Lingen, M. Kellerbauer u L. Malferrari, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Bundeswettbewerbsbehörde (Awtorità Federali tal-Kompetizzjoni) u l-Bundeskartellanwalt (Aġent Federali tal-akkordji) u 31 impriża, fosthom Schenker &amp; Co. AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Schenker<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar il-konstatazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar impriżi kif ukoll tal-kundanna għal multa taħt dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Sabiex jistabbilixxi sistema li tiżgura li l-kompetizzjoni fis-suq komuni ma tiġix distorta, l-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] irridu jiġu applikati effetivament u b’mod uniformi fil-Komunità. […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Il-poteri ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri għandhom ikollhom is-setgħa li japplikaw l-Artikolu [101 TFUE] u [102 TFUE] f’każijiet individwali. Għal dan il-għan, jaggixxu fuq l-inizjattiva proprja tagħha jew fuq xi ilment, dawn jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>jirrikjedu li xi ksur jiġi mitmum,</P></ITEM><ITEM><P>jordnaw miżuri ntermedjarji [provviżorji],</P></ITEM><ITEM><P>jaċċettaw rbit [ħatriet],</P></ITEM><ITEM><P>jimponu multi, perjodu ta’ pagamenti penali jew xi pieni oħra previsti mil-liġijiet nazzjonali tagħhom.</P></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Fejn fuq bażi ta’ l-informazzjoni li għandhom fil-pussess tagħhom il-kondizzjonijiet għal projbizzjoni m’humiex milħuqa huma għandhom jiddeċiedu li ma hemmx każ li jkun hemm azzjoni mil-parti tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1/2003, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Is-sejba u t-temm tal-ksur<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Fejn il-Kummissjoni, taggixxi fuq ilment jew fuq l-inizjattiva proprja tagħha, issib li hemm ksur ta’ l-Artikolu [101 TFUE] jew ta’ l-Artikolu [102 TFUE], tista’ b’deċiżjoni tirrikjedi l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża konċernata li itemm dan il-ksur. [...] Jekk il-Kummissjoni għandha interessi legitimi li tagħmel hekk, hi tista issib li kien hemm xi ksur li sar fil-passat.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Sejba ta’ inapplikabilità<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi fl-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Fejn l-interess pubbliku tal-Komunità b’relazzjoni għal applikazzjoni ta’ l-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] jirrikjedi hekk, il-Kummissjoni, tagixxi fuq l-iniżjattiva tagħha, tista’ b’deċiżjoni issib lill-Artikolu [101 TFUE] mhux applikabli għal xi ftehim, deċiżjoni minn assoċjazzjoni ta’ l-impriża jew prattiċi miftiehma, sew għax il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu [101](1) tat-Trattat mhux imwettqa, jew għax il-kondizzjonijiet ta’ l-Artiklu [101](3) tat-Trattat mhux sodisfatt.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament Nru 1/2003 jipprovdi hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri, jaggixxu fuq l-inizjativa proprju tagħhom, jistgħu jagħtu l-osservazzjonijiet bil-miktub lil qrati nazzjonali ta’ l-Istat Membru tagħhom fuq kwistjonijiet li jirrelataw ma l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [101 TFUE] jew l-Artikolu [102 TFUE]. Bil-permess<?PAGE NO="5"?> tal-qorti partikolari, jistgħu jagħtu ukoll l-osservazzjonijiet b’mod orali lil qrati nazzjonali ta’ l-Istat Membru. Fejn l-applikazzjoni koerenti ta’ l-Artikolu [101 TFUE] u l-Artikolu [102 TFUE] jirrikjedi hekk, il-Kummissjoni, tagixxi fuq l-iniżjattiva proprja tagħha, tista tagħti osservazzjonijiet bil-miktub lil qrati ta’ Stati Membri. Bil-permess tal-qorti partikolari, hi tista’ tagħmel ukoll osservazzjonijiet orali.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(2) ta’ dan ir-regolament jipprovdi li l-Kummissjoni tista’, permezz ta’ deċiżjoni, timponi multi fuq impriżi u assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, meta jwettqu ksur, intenżjonalment jew b’mod negliġenti, għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 101 TFUE jew 102 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23(5) tal-istess regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[d]eċiżjonijiet meħuda skond paragrafi 1 u 2 ma humiex ser ikunu ta’ natura tal-liġi kriminali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-liġi tal-1988 dwar l-akkordji (Kartellgesetz 1988, BGBl. 600/1988), fis-seħħ mill-<DATE ISO="19890101">1 ta’ Jannar 1989</DATE> sal-<DATE ISO="20051231">31 ta’ Diċembru 2005</DATE>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-akkordji ta’ importanza minuri huma akkordji li s-sehem tagħhom mill-provvista, fil-mument meta jidħlu fis-seħħ,</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>ikun inqas minn 5 % tas-suq nazzjonali kollu u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>ikun inqas minn 25 % ta’ suq sussidjarju li jista’ jkun jeżisti fis-suq nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 18(1) tal-Liġi tal-1988 dwar l-akkordji jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-implimentazzjoni ta’ akkordji, anki parzjali, hija pprojbita fil-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>sakemm l-awtorizzazzjoni ma hijiex definittivament valida (Artikoli 23 u 26); il-prattiki miftiehma, l-akkordji mhux intenzjonati kif ukoll l-akkordji ta’ importanza żgħira ma humiex esklużi minn din ir-regola, sakemm il-limitu definit fl-Artikolu 16 ma jkunx intlaħaq sussegwentement għall-adeżjoni ta’ impriża<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tal-Liġi tal-2005 dwar l-akkordji (Kartellgesetz 2005, BGBl. I, 61/2005), fis-seħħ minn l-<DATE ISO="20060101">1 ta’ Jannar 2006</DATE>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Huwa pprojbit kull ftehim bejn impriżi, kull deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi u kull prattiki miftiehma, li għandhom bħala għan jew effett li jwaqqfu, li jirrestrinġu jew ixekklu l-kompetizzjoni (akkordji).<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2), punt 1 tal-Liġi tal-2005 dwar l-akkordji jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-akkordji segwenti huma f’kull każ esklużi mill-projbizzjoni prevista fil-paragrafu 1:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-akkordji li għalihom jipparteċipaw l-impriżi li l-parti komuni hija iktar baxxa minn 5 % fis-suq nazzjonali kollu u għal 25 % f’eventwali sub-suq lokali li teżisti fis-suq nazzjonali (akkordji ta’ importanza żgħira)<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 29(1)(a) u (d) tal-Liġi tal-2005 dwar l-akkordji jipprovdi hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Il-Kartellgericht [qorti fil-qasam tal-akkordji] hija marbuta timponi multi</P><?PAGE NO="6"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>lil impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi sa 10 % tad-dħul mill-bejgħ totali mwettaq matul is-sena finanzjarja preċedenti, meta, deliberatament jew b’negliġenza,</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>tikser il-projbizzjoni ta’ akkordji (Artikolu 1), il-projbizzjoni tal-prattiki abbużivi (Artikolu 5), […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>jew</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>twettaq ksur għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu [101 TFUE] jew [102 TFUE]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-konvenuti fil-kawża prinċipali kienu membri tas-Spediteur-Sammelladungs-Konferenz (għaqda ta’ trasportaturi tal-pakketti aggruppati) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>SSK<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). L-SSK kienet komunità ta’ interessi li tiġbor fiha parti tal-membri normali taż-Zentralverband der Spediteure (assoċjazzjoni ċentrali tat-trasportaturi) (iktar ’il quddiem iz-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Zentralverband<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>). Iz-Zentralverband, tammonta għal assoċjazzjoni, li tirrapreżenta l-interessi kollettivi tat-trasportaturi kif ukoll fornituri loġistiċi li għandhom liċenzja tat-trasport.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19940530">30 ta’ Mejju 1994</DATE>, l-SSK ġiet stabbilita fil-forma ta’ soċjetà ċivili, taħt il-kundizzjoni sospensiva tal-awtorizzazzjoni tagħha mill-Kartellgericht. Skont il-punti 1 u 7.1 tal-ftehim qafas tal-SSK, din tal-aħħar kellha bħala għan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>li toffri lill-burdnara u lill-konsomaturi finali tariffi iktar vantaġġużi fil-qasam tat-trasport bit-toroq u bit-tren ta’ pakketti aggruppati (fir-rigward tat-tariffi tal-kumpanniji ferrovjarji applikabbli għat-trasport ta’ imnut) u, billi jiġu kkreati kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni identiċi, li jiffavorixxu kompetizzjoni leali bejn il-membri tagħha, dan l-għan […] qabel ma jkunu mħaddna, billi josservaw b’mod partikolari l-osservanza tal-liġi Awstrijaka dwar l-akkordji, ta[l-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19940628">28 ta’ Ġunju 1994</DATE>, ġiet ippreżentata applikazzjoni quddiem il-Kartellgericht sabiex l-SSK tiġi awtorizzata taħt il-forma ta’ akkordju konvenzjonali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Vereinbarungskartell<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>). Din l-applikazzjoni kienet tesponi d-dispożizzjonijiet essenzjali tal-imsemmija ftehim qafas u kienet tanalizza s-sitwazzjoni fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni u taż-ŻEE. Ġie spjegat li l-SSK kienet tirrigwarda biss l-operazzjonijiet ta’ trasport tal-pakketti aggruppati ġewwa l-Awstrija u li t-trasport bejn l-Awstrija u l-Istati taż-ŻEE ma ġiex affettwat. Barra minn hekk, ġie ppreċiżat li, minħabba ċ-ċokon tas-sehem mis-suq ikkonċernat, jiġifieri inqas minn 2 % tas-suq Awstrijak tat-trasport tal-merkanzija, ebda restrizzjoni tal-kompetizzjoni ma kienet sinjifikanti, li s-suq ma ngħalaqx u li, barra minn hekk, dan ma kienx miftuħ għall-fornituri barranin. Il-paritätischer Ausschuss für Kartellangelegenheiten (kumitat paritarju għall-akkordji) kkunsidra li l-eżistenza tal-SSK ma kinitx ġustifikata ekonomikament, li wasslet għar-revoka tal-imsemmija applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota tas-<DATE ISO="19950206">6 ta’ Frar 1995</DATE>, iz-Zentralverband talbet lill-Kartellgericht li tikkonstata li l-SSK kien akkordju minuri (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Bagatellkartell<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) fis-sens tal-Artikolu 16 tal-Liġi tal-1988 dwar l-akkordji u b’hekk seta’ jkun implementat mingħajr awtorizzazzjoni. Il-kostituzzjoni tal-SSK, il-konklużjoni tal-ftehim qafas tagħha, il-mudell tat-tariffi futuri komuni kif ukoll tas-sistema applikabbli għall-klijenti eċċezzjonali ġew komunikati kollha kemm huma f’din in-nota. Permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="19960202">2 ta’ Frar 1996</DATE>, il-Kartellgericht ikkonstata li l-SSK kien akkordju minuri fis-sens tal-Artikolu 16 tal-imsemmija liġi. Fin-nuqqas ta’ rikors, dan id-digriet sar <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-uffiċċju tal-avukati li ntalab jagħti parir mill-Kartellbevollmächtigte (rappreżentant inkarigat mill-akkordji) tal-SSK ukoll ikkunsidra li l-SSK kien jirrapreżenta akkordju minuri. F’ittra tal-<DATE ISO="19960311">11 ta’ Marzu 1996</DATE>, huwa għadda l-punti li kienu xierqa li jiġu osservati għall-implementazzjoni tal-SSK bħala akkordju minuri. Min-naħa l-oħra, din l-ittra ma ttrattatx il-kwistjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ dan l-akkordju minuri mad-dritt tal-Unjoni dwar l-akkordji.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda d-dħul fis-seħħ, fl-<DATE ISO="20060101">1 ta’ Jannar 2006</DATE>, il-Liġi tal-2005 dwar l-akkordji, iz-Zentralverband talbet lill-imsemmi uffiċċju tal-avukati jeżamina r-riperkussjonijiet li din il-liġi ġdida kien ikollha fuq l-SSK. Fir-risposta tiegħu tal-<DATE ISO="20050715">15 ta’ Lulju 2005</DATE>, dan l-istess uffiċċju tal-avukati kkunsidra li jeħtieġ li jiġi vverifikat jekk is-sehem mis-suq tal-SSK kien jaqbeż il-limitu ta’ 5 % tas-suq nazzjonali u, fil-każ fejn dan il-limitu jkun inqabeż, jekk l-akkordji adottati fil-kuntest tal-SSK ma jkunux ikkonċernati mill-projbizzjoni ta’ akkordji. Din ir-risposta ma ttrattatx il-kwistjoni dwar il-kompatibbiltà tal-SSK mad-dritt tal-Unjoni dwar l-akkordji.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Iz-Zentralverband identifikat, permezz ta’ investigazzjoni li saret permezz tal-posta elettronika, l-ismha tas-suq tal-membri tal-SSK fil-qasam tat-trasport aggruppat tal-pakketti bl-imnut fl-Awstrija għas-snin 2004, 2005 u 2006. Għall-kalkolu tal-ishma differenti tas-suq, hija mxiet mal-prinċipji li jirrigwardaw id-delimitazzjoni tas-suq u mal-kalkolu tal-ishma tas-suq li ġew użati fit-talba għall-konstatazzjoni ppreżentata miz-Zentralverband u d-digriet mogħti fuq dan il-bażi mill-Kartellgericht sussegwentement għall-imsemmija talba. Minn din l-investigazzjoni jirriżulta li l-ishma tas-suq tal-SSK kienu ta’ 3.82 % fl-2005 u ta’ 3.23 % fl-2006. Il-fatt li l-SSK tibqa’ tidher taħt il-livell ta’ 5 % għal dawn is-snin ġiet ikkomunikata għall-inqas lill-membri l-iktar importanti tal-SSK. Skont il-qorti tar-rinviju, huwa eskluż li, sal-2004 inkluż, il-limitu ta’ 5 % kien inqabeż minħabba adeżjonijiet ġodda.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, il-Kummissjoni sostniet li, lejliet, xi aġenti tagħha kienu wettqu kontrolli mingħajr preavviż fil-bini kummerċjali ta’ diversi fornituri ta’ trasport internazzjonali u li kellha suspetti li l-impriżi kkonċernati setgħu kisru dispożizzjonijiet tat-Trattat KE li jipprojbixxu l-prattiki kummerċjali li jirrestrinġu l-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE>, id-diskussjonijiet seħħew bejn il-Bord eżekuttiv tal-SSK u l-presidenza taz-Zentralverband kif ukoll ma’ rappreżentant tal-uffiċċju tal-avukati mqabbad bħala konsulent mill-SSK, dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni Awstrijaka u tad-dritt tal-kompetizzjoni Ewropea għall-kollaborazzjoni fi ħdan l-SSK u taz-Zentralverband. Għall-ewwel darba, ġew espressi riżervi fir-rigward tal-legalità tal-istatut tal-akkordju minuri tal-SSK. Ir-riskju tal-applikabbiltà tad-dritt tal-Unjoni dwar l-akkordji ġie mqajjem, b’kunsiderazzjoni tad-diffikultajiet li għandhom jiġu kkonstatati jekk ftehimiet jew akkordji huma effettivament ta’ natura li jaffettwaw il-kummerċ interstatali. Il-Bord eżekuttiv tal-SSK b’hekk iddeċieda b’mod unanimu li jxolji immedjatament l-SSK.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20100218">18 ta’ Frar 2010</DATE>, il-Bundeswettbewerbsbehörde talbet lill-Oberlandesgericht Wien, meta kienet qeda tisma’ kawża fil-kwalità ta’ qorti li tiddeċiedi dwar akkordji, li tikkonstata li Schenker kienet kisret b’mod partikolari l-Artikolu 101 TFUE, mingħajr madankollu ma kkundannat lil din tal-aħħar għal multa, u li tikkundanna, min-naħa l-oħra, il-konvenuti l-oħra għal multa għall-ksur fl-Artikolu 101 TFUE. Hija sostniet li, mill-1994 sad-<DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE>, billi ftehmu dwar it-tariffi tat-trasport nazzjonali ta’ pakketti aggruppati fl-Awstrija, il-konvenuti kienu pparteċipaw għal ksur uniku, kumpless u multiformi għad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-akkordji.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-konvenuti talbu ċ-ċaħda tat-talba tal-Bundeswettbewerbsbehörde u, bl-eċċezzjoni ta’ Schenker, huma kkontestaw b’mod partikolari li wettqu nuqqas, billi sostnew li l-Kartellgericht kienet ikkonstatat li l-SSK kienet akkordju minuri, li dan il-fatt kien magħruf sew u li huma kienu rrikorrew għal konsulenza ta’ uffiċċju tal-avukati affidabbli u b’esperjenza fid-dritt tal-kompetizzjoni. Huma jsostnu li peress li d-dritt tal-Unjoni ma kienx applikabbli, ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni ma kelliex effetti fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20110222">22 ta’ Frar 2011</DATE>, l-Oberlandesgericht Wien ċaħdet din it-talba tal-Bundeswettbewerbsbehörde.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>L-Oberlandesgericht Wien immotivat iċ-ċaħda tal-imsemmija talba billi kkunsidrat b’mod partikolari li l-impriżi inkwistjoni ma kinux wettqu nuqqas meta ftehmu dwar il-prezzijiet, peress li huma setgħu jinvokaw id-digriet tat-<DATE ISO="19960202">2 ta’ Frar 1996</DATE> li permezz tiegħu il-Kartellgericht kien ikkonstata li l-ftehim tagħhom kien jammonta għal akkordju minuri. Skont l-Oberlandesgericht Wien, dan id-digriet jimplika li l-SSK ma kellhiex effetti fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li b’hekk ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 101 TFUE. L-Oberlandesgericht Wien tikkunsidra, min-naħa l-oħra, li n-nuqqas ta’ tort tal-impriżi kkonċernati jista’ jiġi spjegat ukoll mill-fatt li l-impriżi parteċipanti fl-akkordju kienu talbu qabel il-parir legali fuq il-legalità tal-aġir tagħhom lil uffiċċju tal-avukati speċjalizzat fid-dritt tal-akkordji.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ Schenker, li kienet ippreżentat talba għall-klemenza u kooperat mal-amministrazzjoni fil-proċeduri ta’ investigazzjoni dwar id-dritt tal-akkordji, il-Bundeswettbewerbsbehörde kienet talbet il-konstatazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tad-dritt Awstrijak tal-akkordji mingħajr kundanna ta’ multa. Din it-talba ġiet miċħuda mill-Oberlandesgericht Wien peress li, skont l-Artikoli 5, 7 u 10 tar-Regolament Nru 1/2003, hija biss il-Kummissjoni li għandha tikkostata ksur mingħajr ma timponi multi.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Bundeswettbewerbsbehörde u l-Bundeskartellanwalt appellaw digriet tal-Oberlandesgericht Wien. Permezz ta’ nota tat-<DATE ISO="20110912">12 ta’ Settembru 2011</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat osservazzjonijiet bil-miktub fuq il-kawża pendenti quddiem l-Oberster Gerichtshof, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Oberster Gerichtshof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1)</NO.P><TXT>Impriża li tkun kisret l-Artikolu 101 TFUE tista’ tingħata multa, meta l-ksur inkwistjoni jkun seħħ bħala riżultat ta’ żball mill-impriża fir-rigward tal-legalità tal-aġir tagħha u meta dan l-iżball ma jistax jiġi attribwit lilha?</TXT><P>F’każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Jista’ jitqies li żball minn impriża fir-rigward tal-legalità tal-aġir tagħha ma jistax jiġi attribwit lilha meta din l-impriża tkun aġixxiet b’mod konformi mal-parir li jkun ingħatalha minn konsulent legali b’esperjenza fil-liġi tal-kompetizzjoni, u meta l-ineżattezza ta’ dan il-parir ma kinitx manifesta u lanqas ma setgħet tinstab mill-impriża bit-twettiq ta’ verifika raġonevoli?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Jista’ jitqies li żball minn impriża fir-rigward tal-legalità tal-aġir tagħha ma jistax jiġi attribwit lilha meta din l-impriża tkun fdat fl-eżattezza ta’ deċiżjoni adottata minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, li eżaminat l-aġir attribwit lilha biss fid-dawl tal-liġi nazzjonali tal-kompetizzjoni u li kkunsidrat l-aġir imsemmi bħala legali?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jistgħu jikkonstataw li impriża pparteċipat f’akkordju li jikser il-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, meta ebda multa ma għandha tiġi imposta fuq l-impriża, minħabba l-fatt li din talbet l-applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tikseb informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet suġġettivi dwar l-impożizzjoni ta’ multa lil persuna li tkun wettqet ksur għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari fuq ir-riperkussjonijiet li parir legali jew deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni jista’ jkollha fuq dawn il-kundizzjonijiet. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tfittex<?PAGE NO="9"?> li tistabbilixxi jekk awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tista’ tikkonstata ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni mingħajr ma timponi multa fuq l-awtur ta’ dan il-ksur f’każ ta’ parteċipazzjoni tal-impriża inkwistjoni għall-program ta’ klemenza.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Dawn id-domandi saru fil-kuntest ta’ proċedura nazzjonali tal-kompetizzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-qrati nazzjonali matul perijodu bejn is-sena 1994 u d-<DATE ISO="20071129">29 ta’ Novembru 2007</DATE>, jiġifieri inparti wara l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, data li minnha r-Regolament Nru 1/2003 huwa applikabbli. Barra minn hekk, fl-ispjegazzjoni tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tirreferi, minbarra għad-dispożizzjoni rilevanti tat-trattat, għal dan ir-regolament bħala bażi ġuridika tad-domandi tagħha.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk l-Artikolu 101 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li impriża li kisret din id-dispożizzjoni tista’ tevita l-impożizzjoni ta’ multa meta l-imsemmi ksur huwa r-riżultat ta’ żball ta’ din l-impriża fuq il-legalità tal-aġir tagħha minħabba l-kontenut ta’ parir legali ta’ avukat jew dik ta’ deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>B’mod konformi mal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ deċiżjoni, timponi multi fuq impriżi u assoċjazzjonijiet ta’ impriżi meta, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>jew b’intenżjoni jew b’negligenza<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, meta huma jwettqu ksur għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 101 TFUE jew 102 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1/2003 jiddefinixxi l-kompetenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE u jipprovdi li dawn l-awtoritajiet jistgħu, b’mod partikolari, jimponu multi, penali jew kwalunkwe sanzjoni oħra prevista mid-dritt nazzjonali tagħhom. Issa, ma jirriżultax mill-kliem ta’ dan l-artikolu li l-adozzjoni tal-miżuri ta’ applikazzjoni previsti minn dan ir-regolament teżiġi li jkunu ssodisfatti xi kundizzjonijiet ta’ natura suġġettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, jekk, fl-interess ġenerali ta’ applikazzjoni uniformi tal-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE fl-Unjoni, l-Istati Membri jintroduċu kundizzjonijiet ta’ natura suġġettiva fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1/2003, jeħtieġ, sabiex ma tiġix ikkontestata l-effettività tad-dritt tal-Unjoni, li dawn il-kundizzjonijiet ikunu għall-inqas stretti daqs dawk previsti fl-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-domanda dwar jekk ksur twettaqx deliberatament jew b’negliġenza u, minħabba dan il-fatt, jista’ jiġi sanċit b’multa skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li din il-kundizzjoni hija ssodisfatta peress li l-impriża inkwistjoni ma tistax tinjora l-karattru antikompetittiv tal-aġir tagħha, kemm jekk kinitx taf u kemm jekk le, li kienet qed tikser ir-regoli tal-kompetizzjoni tat-trattat (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19831108">8 ta’ Novembru 1983</DATE>, IAZ International Belgium <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="96/82+97/82+98/82+99/82+100/82+101/82+102/82+104/82+105/82+108/82+110/82" PAGE.ECR="3369" YEAR="1983">96/82 sa 102/82, 104/82, 105/82, 108/82 u 110/82, Ġabra p. 3369</REF.DOC.ECR>, punt 45; tad-<DATE ISO="19831109">9 ta’ Novembru 1983</DATE>, Nederlandsche Banden-Industrie-Michelin vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="322/81" PAGE.ECR="3461" YEAR="1983">322/81, Ġabra p. 3461</REF.DOC.ECR>, punt 107, kif ukoll tal-<DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-280/08 P" PAGE.ECR="I-9555" YEAR="2010">C-280/08 P, Ġabra p. I-9555</REF.DOC.ECR>, punt 124).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, il-fatt li l-impriża kkonċernata kienet ikklassifikat b’mod ġuridikament żbaljat l-aġir tagħha li fuqu l-konstatazzjoni tal-ksur huwa bbażat ma jistax ikollu bħala effett li jeżenta mill-impożizzjoni ta’ multa sa fejn din ma tistax tinjora l-karattru antikompetittiv tal-imsemmi aġir.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-membri tal-SSK ftehmu dwar it-tariffi tagħhom tat-trasport nazzjonali ta’ pakketti aggruppati fit-territorju kollu Awstrijak. Issa, xi impriżi li ftehmu b’mod dirett fuq il-prezzijiet tagħhom ta’ bejgħ ma jistgħux, evidentement, jinjoraw il-karattru antikompetittiv tal-aġir tagħhom. B’hekk jirriżulta li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-kundizzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 huwa ssodisfatt.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jitfakkar li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jistgħu eċċezzjonalment jiddeċiedu li ma jimponux multa anki jekk l-impriża tkun kisret deliberatament jew b’negliġenza l-Artikolu 101 TFUE. Dan jista’ jkun partikolarment il-każ meta prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, bħall-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, jipprekludi l-impożizzjoni ta’ multa.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, ħadd ma jista’ jinvoka ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi fin-nuqqas ta’ assigurazzjonijiet preċiżi li huwa kien forna lill-amministrazzjoni kompetenti (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="20110317">17 ta’ Marzu 2011</DATE>, AJD Tuna, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-221/09" PAGE.ECR="I-1655" YEAR="2011">C-221/09, Ġabra p. I-1655</REF.DOC.ECR>, punt 72, u tal-<DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, Agrargenossenschaft Neuzelle, C-545/11, punt 25). B’hekk jirriżulta li parir legali ta’ avukat fi kwalunkwe każ ma jammontax għal aspettattivi leġittimi fil-moħħ ta’ impriża li l-aġir tagħha ma jiksirx l-Artikolu 101 TFUE jew ma jwassalx għall-impożizzjoni ta’ multa.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kompetizzjoni, peress li dawn ma humiex kompetenti sabiex jieħdu deċiżjoni negattiva, jiġifieri deċiżjoni li ssib nuqqas ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE (sentenza tat-<DATE ISO="20110503">3 ta’ Mejju 2011</DATE>, Tele2 Polska, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-375/09" PAGE.ECR="I-3055" YEAR="2011">C-375/09, Ġabra p. I-3055</REF.DOC.ECR>, punti 19 sa 30), huma ma jistgħux idaħħlu f’moħħ l-impriżi aspettattivi leġittimi li l-aġir tagħhom ma jiksirx l-imsemmija dispożizzjoni. Barra minn hekk jirriżulta mill-formulazzjoni tal-ewwel domanda li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni eżaminat biss l-aġir tal-impriżi inkwistjoni fil-kawża prinċipali fir-rigward tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandha konsegwentement tingħata risposta għall-ewwel domanda li l-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li impriża li kisret din id-dispożizzjoni ma tistax tevita l-impożizzjoni ta’ multa meta l-imsemmi ksur huwa kkawżat minn żball ta’ din l-impriża fuq il-legalità tal-aġir tagħha minħabba l-kontenut ta’ parir legali ta’ avukat jew dak ta’ deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-qrati nazzjonali responsabbli mill-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE jistgħux jikkonstataw ksur ta’ din id-dispożizzjoni mingħajr ma tiġi imposta multa meta l-impriża kkonċernata pparteċipat f’program nazzjonali ta’ klemenza.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Ċertament, l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1/2003 ma jipprovdix speċifikament għall-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kompetizzjoni sabiex jiġi konstatat ksur tal-Artikolu 101 TFUE mingħajr ma tiġi imposta multa, iżda lanqas ma jeskludi dan.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-Artikolu 101 TFUE fl-interess ġenerali (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20101207">7 ta’ Diċembru 2010</DATE>, VEBIC, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-439/08" PAGE.ECR="I-12471" YEAR="2010">C-439/08, Ġabra p. I-12471</REF.DOC.ECR>, punt 56), jeħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jwettqu biss eċċezzjonalment nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ multa meta impriża kisret deliberatament jew b’mod negliġenti l-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jingħad, li tali nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ multa jiġi konċess taħt program nazzjonali ta’ klemenza biss sa fejn dan ikun implementat b’mod li ma jippreġudikax ir-rekwiżiti tal-applikazzjoni effettiva u uniformi tal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>B’hekk, fir-rigward tas-setgħa tal-Kummissjoni li tnaqqas il-multi skont il-program tagħha ta’ klemenza, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li tnaqqis tal-multa f’każ ta’ kooperazzjoni tal-impriżi parteċipanti għall-ksur għad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni huwa ġġustifikat biss jekk tali kooperazzjoni tiffaċilità l-kompitu tal-Kummissjoni bil-għan li tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ ksur u, jekk ikun il-każ, li jintemm, l-aġir tal-impriża għandu wkoll juri spirtu veru ta’ kooperazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20050628">28 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-189/02 P+C-202/02 P+C-205/02 P+C-206/02 P+C-207/02 P+C-208/02 P+C-213/02 P" PAGE.ECR="I-5425" YEAR="2005">C-189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P sa C-208/02 P u C-213/02 P, Ġabra p. I-5425</REF.DOC.ECR>, punti 393, 395 u 396).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-immunità jew in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ multa, tali trattament, b’hekk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sabiex ma jippreġudikax l-applikazzjoni effettiva u uniformi tal-Artikolu 101 TFUE, jistgħu jingħataw biss f’sitwazzjonijiet strettament eċċezzjonali, bħal dawk fejn il-kooperazzjoni ta’ impriża tkun determinanti sabiex ikun hemm sejba u repressjoni effettiva tal-akkordju.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>B’hekk għandha tingħata risposta għat-tieni domanda li l-Artikolu 101 TFUE kif ukoll l-Artikoli 5 u 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ fejn hija stabbilita l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jistgħu eċċezzjonalment jillimitaw ruħhom li jikkonstataw dan il-ksur mingħajr ma jimponu multa meta l-impriża kkonċernata pparteċipat f’program nazzjonali ta’ klemenza.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li impriża li kisret din id-dispożizzjoni ma tistax tevita l-impożizzjoni ta’ multa meta l-imsemmi ksur huwa kkawżat minn żball ta’ din l-impriża fuq il-legalità tal-aġir tagħha minħabba l-kontenut ta’ parir legali ta’ avukat jew dak ta’ deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 101 TFUE kif ukoll l-Artikoli 5 u 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE], għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ fejn hija stabbilita l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jistgħu eċċezzjonalment jillimitaw ruħhom li jikkonstataw dan il-ksur mingħajr ma jimponu multa meta l-impriża kkonċernata pparteċipat f’program nazzjonali ta’ klemenza.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>