<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-214/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0214</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:301">EU:C:2019:301</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190410">10.4.2019</DATE> – Kawża C‑214/18</HT></P><P>PSM <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>K”<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20190410">10 ta’ April 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv</KEYWORD><KEYWORD>Eżekuzzjoni forzata</KEYWORD><KEYWORD>Remunerazzjonijiet iddeterminati mil-liġi</KEYWORD><KEYWORD>Prassi amministrattiva tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li tqis li l-ammont ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet jinkludi l-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipji ta’ newtralità u ta’ proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑214/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Rejonowy w Sopocie Wydział I Cywilny (il-Qorti Distrettwali ta’ Sopot, Diviżjoni Ċivili I, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180308">8 ta’ Marzu 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20180326">26 ta’ Marzu 2018</DATE>, fil-proċedura mressqa minn</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">H. W.</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">PSM <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>K<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Aleksandra Treder</HT>, li qed taġixxi fil-kapaċità tagħha bħala uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv fi ħdan is-Sąd Rejonowy w Sopocie (il-Qorti Distrettwali ta’ Sopot),</P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn F. Biltgen, President tal-Awla, C. G. Fernlund (Relatur) u L. S. Rossi, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal A. Treder, minn M. S. Tokarz, radca prawny, u minn J. Martini, doradca podatkowy,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Lyal kif ukoll minn A. Armenia u B. Sasinowska, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1, tal-Artikolu 2(1)(a) u (c), tal-Artikolu 73 kif ukoll tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/43/UE tat‑<DATE ISO="20130722">22 ta’ Lulju 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 201, p. 4</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Direttiva 2006/112<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ proċeduri mressqa minn H. W. fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ Aleksandra Treder, uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv inkarigata milli twettaq proċeduri ta’ eżekuzzjoni fir-rigward tiegħu, li żżid it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) mall-ammont tal-ispejjeż ta’ eżekuzzjoni kkonċernati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 5 tad-Direttiva 2006/112 tiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Sistema ta’ VAT tikseb l-ogħla livell ta’ sempliċità u ta’ newtralità meta t-taxxa hi mħaddma f’manjiera ġenerali kemm jista’ jkun u meta tkun tkopri l-istadji kollha tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni, kif ukoll il-provvista ta’ servizzi. Hu għalhekk fl-interess tas–suq intern u ta’ l-Istati Membri li jadottaw sistema komuni li tapplika wkoll għall-kummerċ bl-imnut.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tistabbilixxi s-sistema komuni ta’ [VAT].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prinċipju tas-sistema komuni ta’ VAT tinvolvi l-applikazzjoni ta’ taxxa ġenerali fuq il-konsum fuq merkanzija u servizzi li hi eżattament proporzjonali għall-prezz tal-merkanzija u s-servizzi, ikunu kemm ikunu t-transazzjonijet li jkunu saru fil-proċess ta’ produzzjoni u distribuzzjoni qabel l-istadju li fih hi imposta t-taxxa.</ALINEA><ALINEA>Fuq kull transazzjoni, il-VAT, kalkulata fuq il-prezz tal–merkanzija jew tas-servizzi bir-rata applikabbli għat-tali merkanzija jew servizzi, għandha tkun imposta wara t-tnaqqis ta’ l-ammont tal-VAT li qed jinġarr direttament mid-diversi komponenti tal-prezz.</ALINEA><ALINEA>Is-sistema komuni tal-VAT għandha tkun applikata sa l-istadju tal-kummerċ bl-imnut (dan l-istadju inkluż).<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(a) u (c) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ merkanzija magħmula bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ servizzi bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.</ALINEA><ALINEA>Kwalunkwe attività ta’ produtturi, kummerċjanti jew persuni li jagħtu servizzi, inklużi attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet, għandhom jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>. L-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa għandha b’mod partikolari titqies bħala attività ekonomika.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2006/112 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Stati, awtoritajiet governattivi reġjonali u lokali u korpi oħra rregolati bid-dritt pubbliku m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala persuni taxxabbli fir-rigward ta’ l-attivitajiet jew transazzjonijiet li huma jagħmlu bħala awtoritajiet pubbliċi, ukoll meta jiġbru drittijiet, tariffi, kontribuzzjonijet jew ħlasijiet marbuta ma’ dawk l-attivitajiet jew transazzjonijiet.</ALINEA><ALINEA>Iżda, meta jidħlu biex jagħmlu dawn l-attivitajiet jew transazzjonijiet, huma għandhom jiġu kkunisdrati bħala persuni taxxabbli fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet jew transazzjonijiet fejn it-trattament tagħhom bħala persuni mhux taxxabbli jikkawża distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 73 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Fir-rigward tal-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, minbarra kif imsemmi fl-Artikoli 74 sa 77, l-ammont taxxabbli għandu jinkludi dak kollu li jikkostitwixxi ħlas miksub jew li għandu jinkiseb mill-fornitur, għall-provvista, mill-konsumatur jew parti terza, inklużi s-sussidji marbuta direttament mal-prezz tal-provvista.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78 tal-imsemmija direttiva jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-ammont taxxabbli għandu jinkludi l-fatturi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>taxxi, dazji, imposti u piżijiet, minbarra l-VAT innifisha<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 193 tal-istess direttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[i]l-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna taxxabbli li tkun qed twettaq forniment taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja tat‑<DATE ISO="19970402">2 ta’ April 1997</DATE> (DZ. U tal‑1997, Nru 78, pożizzjoni 483), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-data tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprevedi, fl-Artikolu 217 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Hija l-liġi li għandha tiddetermina l-issuġġettar għat-taxxa u għal kontribuzzjonijiet pubbliċi oħra, in-natura tal-persuna taxxabbli, l-oġġett u r-rati ta’ tassazzjoni, il-prinċipji ta’ għoti ta’ tnaqqis u ta’ deprezzamenti kif ukoll il-kategoriji ta’ persuni taxxabbli eżentati mit-taxxa.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar il-VAT</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1), (2) u (6) tal-ustawa o podatku od towarów i usług (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Oġġetti u s-Servizzi), tal‑<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE>, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-data tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali (Dz. U. tal‑2017, pożizzjoni 1221) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni ġuridiċi, l-entitajiet organizzattivi li ma għandhomx personalità ġuridika u l-persuni fiżiċi li jwettqu, fuq bażi indipendenti, waħda mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 2, irrispettivament mill-għanijiet u mir-riżultati ta’ din l-attività, huma kkunsidrati bħala persuni taxxabbli.”</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kwalunkwe attività ta’ produtturi, kummerċjanti jew persuni li jipprovdu servizzi, inklużi l-attivitajiet tal-persuni li jagħmlu użu mir-riżorsi naturali, tal-bdiewa u tal-professjonijiet liberali, għandha titqies bħala attività ekonomika. L-użu ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli bil-għan li jinkiseb dħul minnha fuq bażi kontinwa għandu b’mod partikolari jitqies bħala attività ekonomika.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Il-korpi tal-awtoritajiet pubbliċi u l-uffiċċji ta’ dawn il-korpi ma humiex ikkunsidrati bħala persuni taxxabbli f’dak li jirrigwarda l-kompiti stabbiliti permezz ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi u li nħolqu sabiex dawn jiġu mwettqa, bl-esklużjoni ta’ attivitajiet imwettqa skont kuntratti rregolati mid-dritt privat.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 19a(1) tal-Liġi dwar il-VAT jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-obbligu fiskali jimmaterjalizza ruħu fil-mument meta ssir il-kunsinna tal-oġġetti jew il-provvista tas-servizzi, bla ħsara għall-paragrafi 5 kif ukoll 7 sa 11 tal-Artikolu 14(6), għall-Artikolu 20, kif ukoll għall-Artikolu 21(1). ta’ dan l-artikolu, għall-Artikolu 14(6), għall-Artikolu 20 kif ukoll għall-Artikolu 21(1).<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 29a(1) u l-punt 1 tal-paragrafu 6 tal-istess artikolu ta’ din il-liġi jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="029A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-paragrafi 2 sa 5, għall-Artikoli 30a sa 30c, għall-Artikolu 32, għall-Artikolu 119 kif ukoll għall-Artikolu 120(4) u (5), il-bażi ta’ taxxa għandha tinkludi kull ma jikkostitwixxi l-korrispettiv miksub mill-fornitur jew mill-persuna li tipprovdi servizz għall-bejgħ tas-sehem tax-xerrej, tal-abbonat jew tat-terzi, inklużi l-approprjazzjonijiet, l-għajnuniet u ħlasijiet oħra supplimentari tal-istess natura reċevuti mill-fornitur jew mill-persuna li tipprovdi servizz, li jkollhom effett dirett fuq il-prezz tal-oġġetti kkunsinnati jew tas-servizzi pprovduti mill-persuna taxxabbli.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="029A.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-bażi tat-taxxa tinkludi:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>it-taxxi, dazji, imposti u taxxi oħra tal-istess natura, bl-eċċezzjoni tal-VAT […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji Eżekuttivi u dwar l-Eżekuzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-uffiċjali ġudizzjarji eżekuttivi huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-ustawa o komornikach sądowych i egzekucji (il-Liġi dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji Eżekuttivi u dwar l-Eżekuzzjoni), tad‑<DATE ISO="19970829">29 ta’ Awwissu 1997</DATE>, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-data tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali (Dz. U. tal‑2017, pożizzjoni 1277) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Liġi dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji Eżekuttivi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tal-Liġi dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji Eżekuttivi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>L-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet relatati mat-taxxa fuq id-dħul, għas-sigurtà soċjali u għall-assigurazzjoni għall-mard universali li tirrigwarda l-persuni li jeżerċitaw attività ekonomika mhux agrikola.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 34 ta’ din il-liġi jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>L-ispejjeż tal-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv jinkludu:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-ispejjeż ta’ persunal u ta’ materjal sostnuti fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>l-ispejjeż għat-tqegħid f’sigurtà tal-proprjetà taħt sekwestru u għall-protezzjoni persunal neċessarja kif ukoll l-ispejjeż ta’ assigurazzjoni tal-uffiċċju għall-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili tal-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>l-ispejjeż għaċ-ċaqliq fil-post ta’ stabbiliment tal-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv, l-ispejjeż ta’ spedizzjoni, il-ħruġ ta’ fondi, l-ispejjeż ta’ trasport tal-proprjetà mobbli ta’ daqs żgħir li ma tkun tirrikjedi ebda trasport speċjalizzat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>il-kontribuzzjonijiet obbligatorji mħallsa lill-kulleġġ tal-uffiċjali ġudizzjarji eżekuttivi konformement mal-liġi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>l-ispejjeż l-oħra neċessarji għat-twettiq tal-atti ta’ eżekuzzjoni u tal-atti previsti mil-liġi, li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 39.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 35 tal-imsemmija liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Ir-remunerazzjoni mħallsa lill-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv tkopri l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 34.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 43 tal-imsemmija liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>L-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv jirċievi remumerazzjoni għall-atti ta’ eżekuzzjoni li jwettaq u għall-atti l-oħra elenkati fil-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 49 tal-Liġi dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji Eżekuttivi jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="049.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-eżekuzzjoni tad-dejn pekunjarju, id-debitur għandu jħallas lill-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv remunerazzjoni proporzjonali sa 15% tal-valur tad-dejn irkuprat, iżda f’ebda każ inferjuri għal 10% tas-salarju minimu ta’ kull xahar u lanqas ogħla minn tletin darba dan is-salarju minimu ta’ kull xahar […]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="049.001A"><NO.PARAG>1a.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, ir-remunerazzjoni rċevuta mill-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv mingħand id-debitur għandha tkun proporzjonali għall-ammont tad-dejn irkuprat.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="049.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Id-debitur jista’ jitlob tnaqqis tar-remunerazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="049.010"><NO.PARAG>10.</NO.PARAG><ALINEA>Wara li tkun ġiet eżaminata t-talba msemmija fil-paragrafu 7, il-qorti tista’ tnaqqas l-ammont tar-remunerazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, billi tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-oneru tax-xogħol tal-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv jew is-sitwazzjoni patrimonjali tal-persuna li tressaq it-talba u tal-ammont tad-dħul tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 51 ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="051.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-remunerazzjoni definittiva ffissata tammonta għal 20% tas-salarju minimu ta’ kull xahar fir-rigward:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ proprjetà immobbli u t-tneħħija tal-proprjetà mobbli li jkunu jinsabu fiha; fil-każ ta’ attivitajiet kummerċjali u industrijali, ir-remunerazzjoni għandha titħallas għal kull kamra li tikkomponi l-impriża;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>il-ħatra ta’ amministratur ta’ proprjetà immobbli jew ta’ impriża kif ukoll il-ħatra ta’ gwardjan tal-proprjetà immobbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>l-evakwazzjoni tal-oġġetti u tal-persuni mill-binja, fejn kull kamra tkun suġġetta għal remunerazzjoni distinta;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>l-eżekuzzjoni tas-sekwestru tal-proprjetà.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="051.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta tiġi lliberata binja, il-kmamar li ġejjin ma humiex suġġetti għal remunerazzjoni distinta: daħliet, alkovi, kuriduri, verandi, kmamar tal-banju, kantini, loġoġ u postijiet ta’ din ix-xorta.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="051.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jiġu evakwati l-ispazji u l-binjiet mhux residenzjali, b’mod partikolari garaxxijiet, stallel jew ħwienet, kull parti tagħti dritt għal remunerazzjonijiet distinti, skont il-kmamar.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 54 tal-imsemmija liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>It-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-debitur, f’każijiet oħra minbarra dawk elenkati fl-Artikolu 51, hija suġġetta għal remunerazzjonijiet definittivi li jammontaw għal 15% tas-salajru medju ta’ kull xahar, miżjuda b’100% għal kull proċedura ta’ eżekuzzjoni li tirriżulta minn preġudizzju ġdid għad-drittijiet ta’ proprjetà.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 63(4) tal-istess liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Id-dħul tal-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv […] huwa kkostitwit mir-remunerazzjoni rċevuta matul ix-xahar u mir-rimbors tal-ispejjeż kontanti għaċ-ċaqlieq […] li jitnaqqsu mill-ispejjeż tal-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv u s-somom indikati f’dan l-artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-Persuni Fiżiċi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-ustawa o podatku dochodowym od osób fizycznych (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-Persuni Fiżiċi), tas‑<DATE ISO="19910726">26 ta’ Lulju 1991</DATE>, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-data tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali (Dz. U. tal‑2018, pożizzjoni 200), tipprevedi, fit-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Fir-rigward tal-persuni taxxabbli li jbigħu oġġetti u servizzi suġġetti għall-VAT, id-dħul imnaqqas tal-VAT dovuta titqies bħala dħul minn dan il-bejgħ.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-kreditur ta’ H. W., PSM <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>K<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, ħatar lil A. Treder, uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv fi ħdan is-Sąd Rejonowy w Sopocie (il-Qorti Distrettwali ta’ Sopot, il-Polonja) sabiex tressaq proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata kontra d-debitur. Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20161004">4 ta’ Ottubru 2016</DATE>, A. Treder għalqet din il-proċedura u ffissat l-ammont tar-remunerazzjoni relatata ma’ din il-proċedura skont l-Artikolu 49(1) tal-Liġi dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji Eżekuttivi, u magħha żiedet il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-kuratur maħtur sabiex jirrappreżenta lid-debitur, assenti, ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem is-Sąd Rejonowy w Sopocie Wydział I Cywilny (il-Qorti Distrettwali ta’ Sopot, Diviżjoni Ċivili I), billi sostna li l-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv ikkonċernat kienet wettqet żball billi inkrementat din ir-remunerazzjoni bl-ammont tal-VAT, minħabba li din ir-remunerazzjoni, iffissata skont l-Artikolu 49(1) tal-Liġi dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji Eżekuttivi, diġà kienet tinkludi l-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE>, din il-qorti, fuq talba konġunta tal-partijiet, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha sakemm is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) tiddeċiedi l-kwistjoni dwar jekk l-ammont tar-remunerazzjoni ffissat minn uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv skont din id-dispożizzjoni kellux jiġi inkrementat bl-ammont tal-VAT jew jekk din it-taxxa kinitx diġà inkluża fl-ammont ta’ din ir-remunerazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20170727">27 ta’ Lulju 2017</DATE>, is‑Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li l-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv ma setgħetx tinkrementa r-remunerazzjoni rċevuta taħt l-Artikolu 49(1) tal-Liġi dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji Eżekuttivi bl-ammont tal-VAT. Skont din il-qorti, l-assenza ta’ riferiment, fil-Liġi dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji Eżekuttivi, għall-possibbiltà li jiġi miżjud l-ammont tal-VAT mal-imsemmija remunerazzjoni ġġiegħel il-kunsiderazzjoni li din tal-aħħar, bis-saħħa tal-Artikolu 29a(1) tal-Liġi dwar il-VAT, moqri flimkien mal-punt 1 tal-paragrafu 6 ta’ dan l-artikolu, kienet tikkostitwixxi dejn gross li diġà jinkludi l-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Mal-mument li tkompliet il-proċedura quddiem is-Sąd Rejonowy w Sopocie Wydział I Cywilny (il-Qorti Distrettwali ta’ Sopot, Diviżjoni Ċivili I), l-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv ikkonċernat talbet lil din il-qorti tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal deċiżjoni preliminari bil-għan li tiddetermina jekk il-pożizzjoni li r-remunerazzjoni ffissata mill-uffiċjl ġudizzjarju skont l-Artikolu 49(1) tal-Liġi dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji Eżekuttivi tinkludi l-ammont tal-VAT dovuta hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li r-remunerazzjoni li għaliha għandha dritt l-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv meta twettaq servizzi fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata hija ddeterminata mil-liġi. Qabel id‑<DATE ISO="20150609">9 ta’ Ġunju 2015</DATE>, l-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv kien jitqies li jaqa’ taħt l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 15(6) tal-Liġi dwar il-VAT, u, għalhekk, kien jitqies li ma huwiex suġġett għall-VAT fir-rigward ta’ dawn is-servizzi. Bis-saħħa ta’ pożizzjoni tal-Ministru għall-Finanzi adottata f’din id-data, l-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv tqies li ma jaqax taħt din id-dispożizzjoni u, għalhekk, bħala suġġett għall-VAT għall-imsemmija servizzi. Barra minn hekk, kien ġie ddikjarat li l-VAT dovuta hija inkluża fl-ammont tar-remunerazzjoni rċevuta. Min-naħa l-oħra, din il-bidla ma tatx lok għal emenda<?PAGE NO="8"?> fil-liġi nazzjonali li tirregola l-limiti tal-ammont tar-remunerazzjoni li għandha tiġi rċevuta. Konsegwentement, ir-remunerazzjoni tal-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv effettivament ġiet imnaqqsa b’ammont korrispondenti għall-VAT dovuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-imsemmija pożizzjoni tal-Ministru għall-Finanzi ġiet ikkonfermata fis‑<DATE ISO="20170306">6 ta’ Marzu 2017</DATE> mis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema). Din il-qorti qieset li l-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv huwa suġġett għall-Artikolu 15(1) tal-Liġi dwar il-VAT, moqri flimkien mal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, minħabba li ma jeżerċitax l-attività tiegħu bħala organu rregolat mid-dritt pubbliku, iżda bħala professjonist indipendenti, fil-kuntest ta’ professjoni liberali, b’tali mod li ma jistax igawdi mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 15(6) ta’ din il-liġi u fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkondividi l-interpretazzjoni li l-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv huwa suġġett għall-VAT fir-rigward tal-atti ta’ eżekuzzjoni forzata mwettqa minnu. Barra minn hekk, hija tqis li l-pożizzjoni tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), li dan tal-aħħar ma jistax jinkrementa r-remunerazzjoni rċevuta bl-ammont tal-VAT, hija fondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, sa fejn ma saret ebda emenda leġiżlattiva li tipprevedi żieda fir-remunerazzjoni li għandha tiġi rċevuta, sabiex jiġu koperti l-ispejjeż relatati mal-issuġġettar għall-VAT tal-uffiċjali ġudizzjarji eżekuttivi, il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji fir-rigward tal-konformità, mad-dritt tal-Unjoni, u, b’mod iktar partikolari, mal-prinċipji ta’ newtralità tal-VAT u ta’ proporzjonalità, tal-pożizzjoni tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) esposta fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, li skontha hemm lok li jiġi kkunsidrat li r-remunerazzjoni tal-uffiċjali ġudizzjarji eżekuttivi jikkostitwixxu dejn gross li diġà jinkludi l-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, minn naħa, jekk il-fatt li jitqies li r-remunerazzjoni rċevuta mill-uffiċjali ġudizzjarji eżekuttivi tinkludi diġà l-VAT jimplikax il-ksur tar-regola li skontha din it-taxxa għandha titħallas mill-konsumatur finali u, min-naħa l-oħra, essenzjalment, jekk il-prinċipju ta’ proporzjonalità, hekk kif ġie interpretat fil-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Macikowski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑499/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:201">EU:C:2015:201</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) jipprekludix li l-ammont tar-remunerazzjoni jistax diġà jinkludi l-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li s-Sąd Rejonowy w Sopocie Wydział I Cywilny (il-Qorti Distrettwali ta’ Sopot, Diviżjoni Ċivili I) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="00AB" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/> 1)</NO.P><TXT>Fid-dawl tas-sistema [tal-VAT], kif prevista mid-Direttiva [2006/112], b’mod partikolari, tal-Artikoli 1 u 2(1)(a) u (c) tagħha u tal-Artikolu 73 tagħha moqri flimkien mal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 78 tal-imsemmija direttiva, kif ukoll fid-dawl tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ newtralità tal-VAT, jista’ jitqies li huwa legali, meta tittieħed inkunsiderazzjoni l-formulazzjoni tal-Artikolu 29a(1) u tal-Artikolu 29a(6)(1) tal-[Liġi dwar il-VAT], moqrija flimkien mal-Artikolu 49(1), mal-Artikolu 35 u mal-Artikolu 63(4) tal-[Liġi dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji Eżekuttivi]?</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għal din id-domanda:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, huwa legali li jitqies li l-marixxall, bħala persuna suġġetta għall-VAT, fil-kuntest tal-atti ta’ eżekuzzjoni li huwa jwettaq, għandu l-istrumenti legali kollha sabiex jissodisfa debitament obbligu fiskali li jipprevedi li r-remunerazzjoni li huwa jirċievi skont id-dispożizzjonijiet tal-[Liġi dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji Eżekuttivi] għandha tinkludi l-ammont tat-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi (jiġifieri l-VAT)?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li jeħtieġ li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità tal-VAT u ta’ proporzjonalità għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prassi amministrattiva tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-VAT relatata mal-provvista ta’ servizzi minn uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata għandha titqies li hija inkluża fir-remunerazzjoni rċevuta minn dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Preliminarjament, jeħtieġ li jiġi indikat, fl-ewwel lok, li d-Direttiva 2006/112, li daħlet fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, ħassret is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas‑<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), mingħajr ma introduċiet bidliet fundamentali meta mqabbla ma’ din tal-aħħar. Peress li d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2006/112 għandhom portata essenzjalment identika għal dawk tas-Sitt Direttiva 77/388, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relatata ma’ din l-aħħar direttiva hija wkoll applikabbli għad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, id-domandi magħmula huma, hekk kif jirriżulta mill-punt 32 ta’ din is-sentenza, ibbażati fuq il-premessa li, minn naħa, uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv, bħall-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jeżerċita attività ekonomika li ma taqax taħt is-sistema ta’ nuqqas ta’ ssuġġettar prevista fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2006/112 għall-organi rregolati mid-dritt pubbliku u, min-naħa l-oħra, id-dritt nazzjonali ma jippermettix li r-remunerazzjoni rċevuta għal servizz ta’ eżekuzzjoni forzata mwettaq mill-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv tiġi inkrementata bl-ammont tal-VAT dovuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi ppreċiżat li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi magħmula hija bbażata fuq l-ipoteżi li l-imsemmija premessi huma eżatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-ewwel nett, jeħtieġ li jitfakkar li konformement mal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2006/112, il-prinċipju tas-sistema komuni tal-VAT tikkonsisti f’li jiġi applikat fuq l-oġġetti u s-servizzi, sal-istadju tal-kummerċ bl-ingrossa, taxxa ġenerali fuq il-konsum eżattament proporzjonali għall-prezzijiet tal-oġġetti u tas-servizzi, ikun liema jkun in-numru tat-tranżazzjonijiet li jkunu seħħew fil-proċess ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni li jippreċedu l-istadju ta’ tassazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 2(1) u mill-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva jirriżulta li din is-sistema komuni tibbaża ruħha fuq il-prinċipju ġenerali li kull attività ta’ natura ekonomika hija, bħala prinċipju, suġġetta għall-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>National Roads Authority</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑344/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:28">EU:C:2017:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’dan il-mod, huwa suġġett għall-VAT kull servizz ipprovdut taħt titolu oneruż minn persuna taxxabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tall‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑197/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:202">EU:C:2013:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-possibbiltà ta’ deroga mill-prinċipju ġenerali li l-VAT tinġabar fuq kull provvista ta’ servizzi mwettqa taħt titolu oneruż mill-persuna taxxabbli, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà spjegat li l-eżenzjonijiet kollha għandhom ikunu espressi u preċiżi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19870326">26 ta’ Marzu 1987</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>235/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:161">EU:C:1987:161</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, il-kliem użat sabiex tiġi indikata eżenzjoni, fi kwalunkwe każ, għandu jiġi interpretat b’mod strett (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑44/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:484">EU:C:2012:484</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151029">29 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Saudaçor</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑174/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:733">EU:C:2015:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, meta provvista ta’ servizzi ma taqax taħt l-eżenzjonijiet previsti mid-Direttiva 2006/112, din il-provvista hija suġġetta għall-VAT, bis-saħħa tal-Artikolu 2(1)(c) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>It-tielet nett, konformement mal-Artikolu 193 tad-Direttiva 2006/112, il-persuna taxxabbli li twettaq il-provvista ta’ servizzi taxxabbli hija suġġetta għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Konsegwentement, meta uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv iwettaq provvista ta’ servizzi bħal dik inkwisjtoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din il-provvista ma taqax taħt l-eżenzjonijiet previsti minn din id-direttiva, huwa jkun suġġett għall-VAT għal din it-tranżazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli tal-VAT dovuta f’dan il-każ, mill-Artikolu 73 u mill-Artikolu 78(a) tad-Direttiva 2006/112 jirriżulta li l-bażi taxxabbli, għal provvista ta’ servizzi, tinkludi, minbarra l-VAT innifisha, kulma jikkostitwixxi l-korrispettiv miksub jew li għandu jinkiseb mill-persuna li tipprovdi servizzi għall-provvista ta’ servizzi inkwistjoni min-naħa tax-xerrej, tal-abbonat jew tat-terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, din id-direttiva ma tinkludi ebda regola espressa li tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk ir-remunerazzjoni tal-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv għandhomx jinkludu l-VAT dovuta jew le. Għalhekk, huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu din il-kwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jirriżulta mill-punt 38 ta’ din is-sentenza, skont id-dritt nazzjonali, ebda ammont ta’ VAT ma jista’ jiġi miżjud mal-ammont tar-remunerazzjoni rċevuta mill-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv. Peress li l-bażi ta’ taxxa, kif ġie espost fil-punt 46 ta’ din is-sentenza, jinkludi, bl-eċċezzjoni tal-VAT innifisha, kull ħaġa li tagħmel parti mill-korrispettiv miksub, l-ammont tar-remunerazzjoni kkonċernata għandu jitqies li diġà jinkludi din it-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tosserva wkoll il-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT. Fil-fatt, hija tippermetti lill-persuni taxxabbli jikkontribwixxu għall-ħlas tal-VAT, bl-istess proporzjon, fuq it-totalità tal-ammont irċevut għat-tranżazzjonijiet taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-imsemmija interpretazzjoni hija konformi mal-prinċipju li l-VAT hija taxxa li għandha tiġi sostnuta mill-konsumatur finali. Fil-fatt, sa fejn, bis-saħħa tad-dritt nazzjonali ma huwiex possibbli li jiġi miżjud suppliment li jikkorrispondi għall-VAT dovuta mal-ammont tar-remunerazzjoni li għandha tingħata, il-fatt li dan l-ammont jitqies li diġà jinkludi din it-taxxa jwassal sabiex il-bażi taxxabbli tal-VAT li għandha tinġabar mill-awtoritajiet fiskali ma tkunx ogħla mill-korrispettiv effettivament imħallas mill-konsumatur finali u li fuqu tkun ġiet ikkalkolata l-VAT li taqa’ b’mod definittiv fuq il-konsumatur (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19961024">24 ta’ Ottubru 1996</DATE>, <NAME.CASE>Elida Gibbs</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑317/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:400">EU:C:1996:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Tulică u Plavoşin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑249/12 u C‑250/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:722">EU:C:2013:722</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>L-istess interpretazzjoni tosserva wkoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li din ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan marbut mal-ħtieġa li jiġi ggarantit il-ġbir ta’ din it-taxxa, kif ukoll li dan il-metodu ta’ determinazzjoni tal-bażi taxxabbli huwa kompatibbli mal-prinċipju bażiku tas-sistema komuni ta’ VAT, espost fil-punti 40 u 41 ta’ din is-sentenza, jiġifieri l-issuġġettar ta’ kull attività ekonomika għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex invalidata bl-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li jinsab fil-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Macikowski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑499/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:201">EU:C:2015:201</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li huwa s-suġġett tat-tieni domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li, f’dan il-punt 2, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-prinċipju ta’ proporzjonalità ma jipprekludix dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, li skontha uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv għandu jiġġustifika, fuq l-assi kollha tiegħu, l-ammont tal-VAT dovuta fuq il-prodott tal-bejgħ ta’ proprjetà immobbli mwettaq permezz ta’ eżekuzzjoni forzata fil-każ fejn ma jissodisfax l-obbligu tiegħu ta’ ġbir u ta’ ħlas ta’ din it-taxxa, suġġett għall-kundizzjoni li jkollu realment kull mezz legali sabiex jissodisfa dn l-obbligu. Din ir-risposta għandha tinqara fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża li taw lok għas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Macikowski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑499/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:201">EU:C:2015:201</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li huma differenti minn dawk tal-kawża prinċipali preżenti. Fil-fatt, il-kawża li tat lok għas-sentenza ċċitata, b’differenza<?PAGE NO="11"?> tal-kawża prinċipali preżenti, kienet tirrigwarda s-sitwazzjoni ta’ uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv, mhux bħala persuna suġġetta għall-VAT, iżda bħala persuna suġġetta għal din it-taxxa f’isem ta’ persuna taxxabbli oħra, u li ma kinitx tinsab f’pożizzjoni, suġġett għal permess min-naħa tal-qorti nazzjonali, li tiddisponi mis-somma miksuba fil-kuntest tal-bejgħ forzat inkwistjoni u li tħallas il-VAT marbuta ma’ dan il-bejgħ fit-termini previsti mid-dritt nazzjonali. Barra minn hekk, f’din il-kawża prinċipali, mill-elementi kkomunikati lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li l-uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv huwa nieqes minn mezzi legali li jippermettulu, bħala persuna suġġetta għall-VAT, jikkonforma ruħu mal-obbligu fiskali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-punti kollha preċedenti, jeħtieġ li r-risposta għad-domandi magħmula tkun li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità tal-VAT u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux prassi amministrattiva tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha l-VAT relatata mas-servizzi pprovduti minn uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata titqies li hija inkluża fir-remunerazzjoni li dan tal-aħħar jirċievi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/43/UE tat‑<DATE ISO="20130722">22 ta’ Lulju 2013</DATE>, kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità tal-VAT u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux prassi amministrattiva tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha l-VAT relatata mas-servizzi pprovduti minn uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata titqies li hija inkluża fir-remunerazzjoni li dan tal-aħħar jirċievi.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>