|
18.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 308/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-14 ta’ Diċembru 2009
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland
(BĊE/2009/26)
2009/C 308/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 27.1,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; |
|
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni li għandha bħalissa s-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2008. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni għas-sena finanzjarja 2009; |
|
(3) |
Is-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland għażlet lil Deloitte & Touche bħala l- awdituri esterni għas-snin finanzjarji 2009 sal-2011, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi Deloitte & Touche jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Central Bank and Financial Services Authority of Ireland għas-snin finanzjarji 2009 sal-2011.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Diċembru 2009.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET