|
25.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 23/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/115
tal-10 ta' Lulju 2018
dwar il-miżuri SA.37977 (2016/C) (ex 2016/NN) implimentati minn Spanja favur Sociedad Estatal de Correos y Telégrafos, S.A.
(notifikata bid-dokument C(2018) 4233)
(It-test Spanjol biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a),
Wara li appellat lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) li saret referenza għalihom aktar 'il fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
|
(1) |
Fid-9 ta' Diċembru 2013 u fl-10 ta' April 2014, il-Kummissjoni rċeviet żewġ ilmenti anonimi kontra l-Istat Spanjol fir-rigward tal-għoti allegat ta' għajnuna illegali u inkompatibbli lil Sociedad Estatal Correos y Telégrafos, S.A. (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Correos”). Iż-żewġ ilmenti ressqu l-kwistjonijiet li ġejjin dwar Correos: (i) l-allegat kumpens żejjed mogħti lil Correos għat-twettiq tal-USO sa mill-1998, (ii) allegati eżenzjonijiet inkompatibbli mit-taxxa mogħtija lil Correos, u (iii) allegati kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mhux imħallsa għal impjegati taċ-ċivil impjegati minn Correos. |
|
(2) |
Fl-14 ta' Frar 2014, fis-26 ta' Frar 2014 u fil-15 ta' Lulju 2014, il-Kummissjoni bagħtet il-verżjonijiet mhux kunfidenzjali taż-żewġ ilmenti lill-awtoritajiet Spanjoli. |
|
(3) |
Fil-11 ta' April 2014 u fit-18 ta' Settembru 2014, l-awtoritajiet Spanjoli wieġbu għal dawn l-ilmenti. |
|
(4) |
Fl-10 ta' Lulju 2014, fit-22 ta' Ottubru 2014 u fl-4 ta' Diċembru 2015 il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Spanjoli għal aktar informazzjoni. |
|
(5) |
L-awtoritajiet Spanjoli wieġbu għal dawn it-talbiet fis-7 ta' Awwissu 2014, fid-19 ta' Diċembru 2014, fid-19 ta' Jannar 2015 u fil-21 ta' Diċembru 2015 rispettivament. |
|
(6) |
Bl-ittra tal-11 ta' Frar 2016, il-Kummissjoni infurmat lil Spanja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward ta' diversi miżuri favur Correos. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura (minn hawn 'il quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016”) ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(7) |
Il-Kummissjoni rċeviet l-ewwel kummenti minn Spanja dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ bl-ittra tal-21 ta' April 2016. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni rċeviet l-ewwel kummenti mingħand Correos dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ bl-ittra tal-11 ta' Mejju 2016. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand parti terza bl-ittra tat-12 ta' Mejju 2016. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni bagħtet il-kummenti li rċeviet lil Spanja fit-8 ta' Ġunju 2016. |
|
(11) |
Spanja pprovdiet il-kummenti tagħha dwar il-kummenti tal-partijiet terzi bl-ittra tas-6 ta' Lulju 2016. |
|
(12) |
Matul il-proċedimenti l-Kummissjoni rċeviet kummenti addizzjonali minn Spanja fl-24 ta' Ottubru 2017 u fit-23 ta' Mejju 2018. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni rċeviet aktar osservazzjonijiet mingħand kompetitur preċedenti ta' Correos, Unipost, bl-ittra tal-20 ta' Marzu 2018. |
2. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA
2.1. IS-SUQ POSTALI SPANJOL
|
(14) |
Qabel l-adeżjoni ta' Spanja mal-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) fl-1986, is-servizzi postali fi Spanja kienu operati mill-Amministrazzjoni Ġenerali. Id-Digriet 1113/1960 tad-9 ta' Mejju 1960 dwar l-Ordni Postali, implimentat mir-Regolament dwar is-Servizzi Postali, adottat permezz tad-Digriet Nru 1653/1964 tal-14 ta' Mejju 1964, iddefinixxa s-servizzi postali u afda l-forniment tas-servizz f'idejn id-Direttorat Ġenerali ta' “Correos y Telégrafos”. L-adozzjoni tal-Ordni Postali u r-regolament ta' implimentazzjoni tiegħu rrapreżentaw il-bidu tal-liberalizzazzjoni tas-suq postali Spanjol. Filwaqt li l-monopolju ta' “Correos y Telégrafos” kien ċirkostrett għal ittri u kartolini interurbani u internazzjonali, is-servizzi tal-posta urbana u tal-pakketti postali ġew liberalizzati totalment. Fis-snin sebgħin (1970s) l-ewwel operaturi privati kbar daħlu fis-suq postali Spanjol. |
|
(15) |
Wara l-adeżjoni ta' Spanja mal-KEE, seħħet liberalizzazzjoni gradwali tas-servizzi postali bejn l-1998 u l-2010 fuq il-bażi tad-Direttivi Postali tal-Unjoni Ewropea. B'mod aktar speċifiku, id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġiet trasposta fil-liġi nazzjonali fl-1998 permezz tal-Liġi 24/1998 tat-13 ta' Lulju 1998 dwar is-Servizzi Postali Universali u l-Liberalizzazzjoni tas-Servizzi Postali (il-Liġi Postali tal-1998), li għall-ewwel darba fdat l-obbligu tas-servizz universali (“USO”) lil Correos (4). Il-liġi tipprevedi lista mnaqqsa ta' servizzi tal-USO (5) li kienu riżervati għal Correos bħala fornitur tal-USO (“is-settur riżervat”), filwaqt li s-servizzi postali l-oħrajn kollha ġew liberalizzati (“is-settur mhux riżervat”). |
|
(16) |
Il-liberalizzazzjoni tas-servizzi postali fi Spanja kompliet bit-traspożizzjoni fil-Liġi Spanjola tad-Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), bil-Liġi 53/2002 tat-30 ta' Diċembru 2002 dwar il-Miżuri tat-Taxxa, Miżuri Amminitrattivi u Soċjali, li emendat il-Liġi Postali tal-1998 li ssemmiet qabel u naqqset aktar l-ambitu tas-settur riżervat. |
|
(17) |
Fl-2010 s-settur postali ġie liberalizzat kompletament bil-Liġi 43/2010 tat-30 ta' Diċembru 2010 dwar is-servizz postali universali, id-drittijiet tal-utenti u s-suq postali (l-Liġi Postali tal-2010) li ttrasponiet id-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) fil-Liġi Spanjola. Il-Liġi Postali tal-2010 tat definizzjoni ġdida għall-ambitu tal-USO (pereżempju s-servizz ta' money order ġie eskluż mill-USO) u neħħiet is-settur riżervat. |
2.2. IL-BENEFIĊJARJU
2.2.1. CORREOS
|
(18) |
Correos hija kumpanija kollha kemm hi proprjetà tal-Istat li hija l-kumpanija omm tal-Grupo Correos, bis-Sociedad Estatal (“SEPI”) bħala l-uniku azzjonist. SEPI hija kumpanija azzjonarja għall-parteċipazzjonijiet tal-Istat f'impriżi. |
|
(19) |
Correos toffri servizzi postali, inkluż servizzi universali, servizzi ta' kurjer u servizzi oħra (pereż. servizzi relatati ma' servizzi postali u attivitajiet assoċjati, fosthom operazzjonijiet ta' trasferiment ta' flus, filatelija, eċċ.). Fl-2016, Correos kellha fatturat ta' madwar EUR 1 761 miljun, bagħtet 2 774 miljun oġġett postali (inkluż pakketti) u impjegat 49 785 ħaddiem. |
|
(20) |
Corroes hija l-akbar fornitur ta' servizzi postali fi Spanja, bi 8 787 punt ta' kuntatt postali fl-2016. Hija l-mexxejja tas-suq fis-settur postali Spanjol bl-aktar sehem mis-suq tas-servizzi postali Spanjoli, għajr fis-servizzi tal-pakketti. Sal-2017, Unipost S.A. kien il-kompetitur ewlieni ta' Correos fis-suq postali Spanjol, madankollu l-kumpanija għaddiet minn diffikultajiet finanzjarji u daħlet fi proċess ta' likwidazzjoni fid-19 ta' Frar 2018. Operaturi postali Ewropej oħrajn (jiġifieri, Deutsche Post, TNT, La Poste, UPS, CTT Correios Portugal u Royal Mail) għandhom sehem mis-suq sinifikanti fis-servizzi tal-pakketti. |
2.2.2. IL-QAFAS LEGALI APPLIKABBLI GĦAL CORREOS
|
(21) |
Fi Spanja, l-Istat ilu jamministra direttament is-servizz postali sa mill-1716. Correos kienet parti mill-Amministrazzjoni Pubblika, billi kienet taqa' taħt Ministeri differenti bħall-Ministeru għall-Intern u wara l-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet. |
|
(22) |
Il-Korp Awtonomu “Correos y Telégrafos” inħoloq permezz tal-Liġi tal-Baġit Ġenerali tal-Istat 31/1990 tas-27 ta' Diċembru 1990. Il-korp awtonomu “Correos y Telégrafos” twaqqaf fl-1992, u kien jaqa' taħt il-Ministeru għat-Trasport, it-Turiżmu u l-Komunikazzjonijiet. |
|
(23) |
“Correos y Telégrafos” saret Entità Kummerċjali Pubblika taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp f'konformità mal-Liġi 6/1997 tal-14 ta' April 1997 dwar l-Organizzazzjoni u l-Funzjonament tal-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Istat. |
|
(24) |
Il-Liġi 14/2000 tad-29 ta' Diċembru 2000 dwar il-Miżuri Fiskali, Amministrattivi u Soċjali adottat il-qafas legali għas-“Sociedad Estatal Correos y Telégrafos, S.A.”, u l-Kumpanija twaqqfet f'Ġunju tal-2001. Fil-5 ta' Ġunju 2012 il-kumpaniji kollha li kienu jaqgħu taħt il-Correos Group (jiġifieri Correos u s-sussidjarji tagħha Correos Express, Nexea u Correos Telecom) ġew inkorporati fis-SEPI holding, li saret l-azzjonist uniku. |
2.3. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI PUBBLIĊI FAVUR CORREOS
2.3.1. IL-KUMPENSI TAL-USO MOGĦTIJA LIL CORREOS
|
(25) |
Fl-1998, Correos ġiet fdata bl-USO mil-Liġi Postali tal-1998. Bħala kumpens biex twettaq l-USO, Correos ingħatat finanzjament pubbliku bejn l-1998 u l-2010. Sussegwentement, il-Liġi Postali tal-2010 fdat lil Correos bil-forniment tal-USO għal perjodu ta' 15-il sena li beda fl-1 ta' Jannar 2011. |
2.3.1.1. Il-kumpensi tal-USO mogħtija taħt il-Liġi Postali tal-1998
|
(26) |
Mill-11 ta' Marzu 2000, mal-Liġi Postali tal-1998 inżied “Plan de Prestación” (“il-Plan de Prestación tal-2000”) li jistipula l-mekkaniżmu ta' kumpens li jistma l-kost nett li tkun ġarrbet Correos fir-rigward tal-issodifar tal-obbligu tagħha bħala fornitur ta' servizz universali (“USP”) u l-kriterji ta' kwalità għall-forniment tal-USO. |
|
(27) |
Mill-2000 sal-2010, Correos ingħatat il-kumpens tal-USO abbażi ta' metodoloġija żviluppata mill-awtoritajiet Spanjoli (il-“metodoloġija Spanjola”), li tinsab spjegata fil-Plan de Prestación tal-2000. Barra minn hekk, il-Plan de Prestación tal-2000 jistabbilixxi li Correos jenħtieġ li timplimenta kontabbiltà analitika b'separazzjoni tal-kontijiet kif previst fl-Artikolu 29 tal-Liġi Postali tal-1998. |
|
(28) |
Il-metodoloġija Spanjola biex tinħadem stima tal-kost nett tal-piż inġust tal-USO kienet tikkonsisti minn dawn il-passi li jmiss:
|
|
(29) |
It-Tabella 1 turi l-kumpensi li ngħataw lil Correos għall-għoti tal-USO matul il-perjodu 2004-2010 u li ġew ikkalkolati skont il-metodoloġija Spanjola: Tabella 1 Kumpensi tal-USO mogħtija lil Correos
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2.3.1.2. Il-kumpensi tal-USO mogħtija skont il-Liġi Postali tal-2010
|
(30) |
Il-Liġi Postali tal-1998 ġiet sostitwita mil-Liġi Postali tal-2010, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011. Il-Liġi Postali tal-2010 fdat lil Correos bil-forniment tal-USO għal perjodu ta' 15-il sena li beda fil-jum tad-dħul fis-seħħ tal-Liġi (jiġifieri sal-1 ta' Jannar 2026). |
|
(31) |
L-Artikoli 27 u 28 tal-Liġi Postali tal-2010 tipprevedi li l-fornitur tal-USO jista' jingħata kumpens li jlaħħaq sal-kost nett li jġarrab fit-twettiq tal-obbligi tiegħu. Il-kost nett jenħtieġ li jiġi kkalkolat skont il-metodu tal-kost nett evitat (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-metodoloġija tal-NAC”) bħala d-differenza bejn il-kost nett tal-USP biex jopera bil-USO u l-kost nett tal-USP biex jopera mingħajr USO. Il-kalkolu għandu jikkunsidra l-elementi rilevanti l-oħra, fosthom kwalunkwe benefiċċju intanġibbli u tas-suq li jkun dovut lil fornitur ta' servizz postali magħżul biex jipprovdi servizz universali, l-intitolament għal profitt u inċentivi raġonevoli għall-kosteffiċjenza fl-isfond tal-Anness 1 tad-Direttiva 2008/6/KE. |
|
(32) |
Kif inhu previst fl-Artikolu 22(3) u fl-Artikolu 27(2)(b) tal-Liġi Postali tal-2010, il-metodoloġija tal-NAC deskritta fil-premessa 31 jenħtieġ li tiġi żviluppata fi “Plan de Prestación” ġdid. Madankollu, sal-lum għadu ma ġie adottat l-ebda Plan de Prestación bħal dan. Għaldaqstant, mill-2011 ma kien hemm l-ebda metodolġija fis-seħħ li tistma l-kost nett tal-USO. |
|
(33) |
F'dan l-istadju, skont l-awtoritajiet Spanjoli, Correos ilha ma tirċievi kumpens formali tal-USO sa mill-2011 għalkemm ibbenefikat minn pagamenti bil-quddiem fuq bażi provviżorja għas-snin 2011-2017. Il-kost nett attwali li jikkorrispondi għal dawk is-snin għadu jrid jiġi kkalkolat ladarba jiġi adottat il-Plan de Prestación il-ġdid u tiġi definita l-metodolġija tal-NAC. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-kumpensi tal-USO skont il-Liġi Postali tal-2010 f'deċiżjoni oħra. |
2.3.2. L-EŻENZJONIJIET MIT-TAXXA MOGĦTIJA LIL CORREOS
|
(34) |
F'konformità mal-Artikolu 19(1)(b) tal-Liġi Postali tal-1998, il-USP jibbenefika mill-“eżenzjoni minn kull taxxa imposta fuq is-servizzi tiegħu fis-settur riżervat, għajr mit-taxxa korporattiva”. L-Artikolu 22(2) tal-Liġi Postali tal-2010 żammet din l-eżenzjoni mit-taxxa u estendietha għall-USO kollu kemm hu. |
|
(35) |
Skont l-awtoritajiet Spanjoli, l-unika taxxa li possibbilment tkun taqa' fl-ambitu ta' din l-eżenzjoni minbarra l-VAT tkun it-Taxxa fuq l-Attivitajiet Ekonomiċi (Impuesto de Actividades Económicas, minn hawn 'il quddiem imsejħa “IAE”) għaliex din hija taxxa li hija imposta fuq il-prestazzjoni tal-attività ekonomika u hija marbuta mal-għoti tal-USO. Taxxi oħrajn bħat-taxxa fuq it-trasferiment tal-proprjetà, it-taxxa fuq il-kostruzzjoni, it-taxxa fuq iż-żieda fil-valur tal-art urbana u t-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur ma jaqgħux fl-ambitu tal-eżenzjoni għaliex mhumiex marbuta mal-attività ekonomika tal-forniment tal-USO. |
|
(36) |
L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li Correos kienet eżentata parzjalment mit-taxxa tal-IAE għaliex tħallas 50 % biss tal-ammont normali ta' taxxa. |
|
(37) |
Fir-rigward tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli (Impuesto sobre Bienes Inmuebles, minn hawn 'il quddiem imsejħa “IBI”), l-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li din hija taxxa li ma tiġix imposta fuq il-forniment tal-USO jew servizzi postali oħrajn, izda hija imposta fuq il-valur tal-beni immobbli. Għaldaqstant, din tkun taqa' 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġijiet Postali. Madankollu, bejn l-2008 u l-2013 Correos ressqet diversi pretensjonijiet ibbażati fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 19(1)(b) tal-Liġi Postali tal-1998, u fuq l-Artikolu 22(2) tal-Liġi Postali tal-2010, fejn hija ddikjarat li jenħtieġ li hija tkun eżentata mill-IBI fir-rigward ta' għadd ta' uffiċċji f'muniċipalitajiet differenti. Fis-segwitu tat-talba min-naħa ta' Correos għal eżenzjoni mill-IBI, diversi amministrazzjonijiet u qrati lokali ddeċidew favur Correos u tawha rifużjoni tat-taxxi li kienet ħallset qabel. |
2.3.2.1. L-eżenzjoni mit-Taxxa fuq il-Proprjetà Immobbli (IBI)
|
(38) |
L-IBI hija taxxa lokali fis-sistema fiskali Spanjola li hija rregolata mid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004 tal-5 ta' Marzu 2004. Skont l-Artikolu 60 tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali, din it-taxxa “hija taxxa diretta oġġettiva imposta fuq il-valur tal-proprjetà skont it-termini stipulati fid-Digriet Leġiżlattiv Irjali”. L-avveniment taxxabbli tal-IBI huwa l-intitolament għal kwalunkwe dritt stipulat fl-Artikolu 61 tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004 fuq proprjetajiet rurali u urbani u fuq proprjetà b'karatteristiċi speċjali. L-IBI ma tiġix imposta fuq kwalunkwe attività, izda fuq il-valur tal-proprjetà. |
|
(39) |
Bejn l-2008 u l-2013 Correos ressqet diversi pretensjonijiet ibbażati fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 19(1)(b) tal-Liġi Postali tal-1998, u fuq l-Artikolu 22(2) tal-Liġi Postali tal-2010, fejn hija ddikjarat li jenħtieġ li hija tkun eżentata mill-IBI fir-rigward ta' għadd ta' uffiċċji f'muniċipalitajiet differenti. Fis-segwitu tat-talba ta' Correos li tkun eżentata mill-IBI, diversi Amministrazzjonijiet u qrati lokali ddeċidew favur Correos. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, ir-rifużjonijiet tat-taxxa li ngħataw effettivament lil Correos jammontaw għal EUR 752 840,50. |
|
(40) |
Dawn l-interpretazzjonijiet tal-qrati kemm tal-Liġi Postali tal-1998 kif ukoll dik tal-2010 li ppermettew li l-USP jkun eżentat mill-IBI ġew irrifjutati mill-Qorti Suprema Spanjola fl-2013 wara appell tal-kassazzjoni mill-awtoritajiet lokali tal-provinċja ta' Huesca. Fis-sentenza tagħha l-Qorti Suprema kkunsidrat li l-Artikolu 22(2) tal-Liġi Postali tal-2010 jenħtieġ li jiġi interpretat b'manjiera restrittiva. Skont il-Qorti Suprema, l-eżenzjonijiet mit-taxxa stipulati f'dak l-Artikolu jistgħu jiġu applikati biss għal taxxi imposti fuq attivitajiet marbuta direttament mal-forniment tal-USO, u għaldaqstant ma setgħux jiġu applikati għall-IBI li hija taxxa diretta imposta fuq il-valur tal-proprjetà. |
|
(41) |
L-eżenzjonijiet mill-IBI li ngħataw lil Correos bejn l-2008 u l-2013 baqgħu ma ġewx irkuprati. Tabilħaqq, skont is-sistema tal-liġi nazzjonali Spanjola l-appell tal-kassazzjoni favur il-liġi (“recurso de casación en interés de ley”) huwa ta' natura straordinarja u sussidjarja bil-għan esklussiv li junifika d-duttrina legali u, għaldaqstant, ma jistax ikollu effett fuq il-kwistjoni riferuta fl-appell (jiġifieri, f'dan il-każ partikolari, ma għandux is-setgħa li jannulla s-sententenzi u d-deċiżjonijiet dwar l-eżenzjonijiet mit-taxxa). |
2.3.2.2. L-eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Attivitajiet Ekonomiċi (IAE)
|
(42) |
L-IAE ġiet stipulata bil-liġi 39/1988 tat-28 ta' Diċembru 1988, issostitwita mid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004 tal-5 ta' Marzu 2004. L-Artikolu 78 ta' dan id-Digriet Leġiżlattiv Irjali jistipula li l-impriżi li jwettqu attivitajiet ekonomiċi, kummerċjali, professjonali jew artistiċi jenħtieġ li jkunu suġġetti għal din it-taxxa. |
|
(43) |
Skont l-Artikolu 78 tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004, l-IAE “hija taxxa diretta oġġettiva li għaliha l-avveniment taxxabbli hija l-prestazzjoni, fit-territorju nazzjonali, ta' attivitajiet ekonomiċi, kummerċjali, professjonali jew artistiċi, kemm jekk imwettqa f'post speċifiku u kemm jekk ma jkunux speċifikati fir-rati tat-taxxa”. |
|
(44) |
It-Tariffi tal-IAE ġew stipulati fid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 1175/1990 tat-28 ta' Settembru. Dawn jikklasifikaw l-attività postali taħt il-Grupp 847 “Servizzi postali u telekomunikazzjonijiet” mill-1999 'il quddiem. Dan il-grupp jinkludi l-forniment ta' servizzi postali li jikkonsistu mill-ġbir, l-ammissjoni, il-klassifikazzjoni, it-trattament, it-trasportazzjoni, it-tqassim u l-konsenja ta' oġġetti tal-posta fil-forom kollha tagħhom. Madankollu, in-nota 3 tal-Grupp Tariffarju 847 tiddikjara li l-Entità Kummerċjali Pubblika Correos hija intitolata li tħallas 50 % biss tal-ammont stabbilit għal dan il-grupp. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, dan ifisser li Correos ibbenefikat minn eżenzjoni ta' EUR 8 113,66 kull sena sa mill-2004. L-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li Correos għadha tibbenefika minn din l-eżenzjoni parzjali mit-taxxa stipulata fin-nota 3 tal-Grupp Tariffarju 847. |
2.3.3. IT-TLIET ŻIDIET TA' KAPITAL MOGĦTIJA FL-2004, FL-2005 U FL-2006
|
(45) |
Fil-perjodu li qiegħed jiġi analizzat, Correos ibbenefikat minn tliet żidiet ta' kapital li jammontaw għal total ta' EUR 48 081 000:
|
|
(46) |
Skont l-awtoritajiet Spanjoli, dawn iż-żidiet ta' kapital kienu parti mill-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għall-perjodu 2004-2006 bħala kumpens għar-rallentament tas-suq postali. Il-linji strateġiċi bażiċi ta' dan il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju kienu:
|
2.3.4. IL-KUMPENS MOGĦTI LIL CORREOS GĦAT-TQASSIM TA' MATERJAL ELETTORALI
|
(47) |
Il-Liġi Organika 5/1985 tad-19 ta' Ġunju 1985 dwar is-Sistema Elettorali Ġenerali (“LOREG”), u l-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni tagħha, jirregolaw il-proċedura elettorali fi Spanja, u jirrikonoxxu d-dritt tal-vot kemm fiżikament kif ukoll b'vot postali. |
|
(48) |
L-Artikolu 22 tal-Liġi Postali tal-1998 u l-Artikolu 22(5) tal-Liġi Postali tal-2010 jipprevedu li l-Istat jista' jimponi ċerti obbligi fuq il-USP magħżul fil-qafas tal-proċessi elettorali. L-istess Artikolu 22(5) tal-Liġi Postali tal-2010 jipprevedi li “l-impożizzjoni ta' obbligi addizzjonali ta' servizz pubbliku għandha tiġi kkompensata”. |
|
(49) |
F'konformità mal-Ewwel Dispożizzjoni Addizzjonali tal-Liġi Postali tal-2010, Correos hija l-USP magħżul u hija fdata bl-obbligu li tipprovdi diversi servizzi fil-kuntest tal-elezzjonijiet differenti li jseħħu fi Spanja (jiġifieri elezzjonijiet Statali, reġjonali, Ewropej u muniċipali). |
|
(50) |
L-obbligi ta' servizz pubbliku ta' Correos fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-proċessi elettorali fi Spanja jikkonċernaw dan li ġej:
|
|
(51) |
L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li meta wieħed jikkunsidra r-restrizzjonijiet tal-ħin relatati mal-proċess elettorali, Correos hija obbligata tipprijoritizza l-attivitajiet fil-premessa 50 meta mqabbel ma' attivitajiet postali oħrajn. L-għadd kbir ta' oġġetti li jridu jitqassmu, il-konċentrazzjoni kbira tagħhom fuq ftit jiem, u r-rekwiżiti li l-biċċa l-kbira tad-dokumenti jitqassmu personalment (fil-każ ta' posta ċertifikata, bħall-voti bil-posta) jfisser li jkunu meħtieġa sforzi addizzjonali sinifikanti. B'riżultat ta' dan, Correos trid issaħħaħ l-għadd ta' persunal tagħha u riżorsi oħra b'mod temporanju (pereż. trasport, sigurtà, eċċ.). |
|
(52) |
Correos irċeviet kumpensi (ara t-tabella 2) għall-obbligi differenti tagħha fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet sa mill-2004. Tabella 2 Ammonti ta' kumpens mogħti lil Correos għall-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. IR-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(53) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali minħabba dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà ta' diversi miżuri li ttieħdu favur Correos sa mill-2004:
|
|
(54) |
Notevolment il-Kummissjoni esprimiet id-dubji dwar:
|
4. IL-KUMMENTI MILL-ARTIJIET INTERESSATI
|
(55) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn żewġ partijiet interessati, jiġifieri l-benefiċjarju li allegatament ingħata miżuri ta' għajnuna - Correos - u parti terza oħra (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-parti terza anonima”) li talbet biex l-identità tagħha tinżamm kunfidenzjali. |
4.1. IL-KUMMENTI TA' CORREOS
4.1.1. IL-KUMPENS GĦALL-FORNIMENT TAL-USO MA JIKKOSTITWIXXIX GĦAJNUNA INKOMPATIBBLI MILL-ISTAT
|
(56) |
Skont Correos, il-kumpens tal-USO mogħti lill-kumpanija għall-perjodu 2004-2010 ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. B'mod partikolari, Correos tqis li l-kumpens ma jikkostitwixxix vantaġġ għaliex jissodisfa l-erba' kriterji stabbiliti fil-Kawża C-280/00 (“il-kriterji Altmark”) (8). Correos tikkontesta l-konklużjoni li ntlaħqet fid-deċiżjoni tal-ftuħ li kumpens tal-USO mhuwiex konformi mat-tielet u r-raba' kriterji Altmark. |
|
(57) |
Fir-rigward tat-tielet kriterju Altmark, Correos issostni li dan jirrekjedi li l-kumpens li jkun ingħata għall-forniment ta' servizz pubbliku ma jistax jiżboq il-kost nett, li hija d-differenza bejn il-kostijiet u d-dħul biż-żieda ta' profitt raġonevoli. Correos tqis li t-tielet kriterju Altmark huwa marbut intrinsikament mal-analiżi tal-kompatibbiltà tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (“Il-Qafas tal-SGEI tal-2012”) (9). B'mod partikolari, Correos tisħaq li l-kumpens li rċeviet għall-forniment tal-USO huwa konformi mal-metodoloġija tal-Kost Nett Evitat (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “NAC”) li tinsab fil-paragrafu 27 tal-Qafas tal-SGEI tal-2012 u għaldaqstant jenħtieġ li titqies konformi mat-tielet kriterju Altmark. |
|
(58) |
Correos tispjega li l-metodoloġija Spanjola li ntużat sabiex jiġi stabbilit il-kumpens ta' Correos hija bbażata fuq ir-rapport li kien ikkummissjonat lill-kumpanija ta' konsulenza National Economic Research Associates mill-Kummissjoni (ir-rapport NERA) (10). Skont Correos, il-metodoloġija tal-kumpens misjuba fir-rapport NERA hija implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC. |
|
(59) |
Barra minn hekk, Correos tqis li l-issodisfar tat-tielet kriterju Altmark huwa kopert mill-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi. Skont Correos, permezz tal-pubblikazzjoni tar-rapport NERA, li rrikonoxxa l-metodoloġija tal-NAC bħala metodu validu għall-ikkalkolar tal-kumpens għall-forniment tal-USO, il-Kummissjoni ħolqot aspettattivi leġittimi. |
|
(60) |
Fl-opinjoni ta' Correos, għall-konformità mat-tielet kriterju Altmark huwa irrelevanti li l-metodoloġija tal-NAC ma kinitx bdiet tiġi implimentata qabel id-dħul fis-seħħ tal-Qafas tal-SGEI tal-2012. |
|
(61) |
Correos tikkunsidra wkoll li l-kumpensi tal-USO mogħtija lil Correos huma konformi mar-raba' kriterju Altmark. Fin-nuqqas ta' proċedura ta' akkwist pubbliku, il-livell ta' kumpens li ngħata jkun xieraq abbażi ta' analiżi tal-kostijiet, daqs li kienet tieħu impriża tipika li hija amministrata sew fl-istess settur, b'kunsiderazzjoni tad-dħul u l-profitt raġonevoli mit-twettiq tal-obbligu ta' servizz pubbliku. |
|
(62) |
Skont Correos, il-Frontier Economics Study ippreżentat minn Spajna juri li l-kostijiet imġarrba minn Correos huma anqas minn dawk imġarrba minn impriża tipika tas-settur pubbliku. Correos tikkontesta d-dubji murija mill-Kummissjoni fir-rigward tal-konklużjonijiet tar-rapport tal-Frontier Economics:
|
|
(63) |
Correos tindika wkoll li jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li titqies kompatibbli mas-suq intern f'konformità mal-Artikolu 106(2) tat-Trattat. |
|
(64) |
Correos ittenni li l-metodoloġija tal-kumpens użata mill-awtoritajiet Spanjoli u misjuba fir-rapport NERA hija implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC u jenħtieġ li tiġi aċċettata mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, Correos tikkunsidra li ma ngħatatx kumpens żejjed għall-forniment tal-USO għall-perjodu 2004-2010 għaliex il-kumpens ġie kkalkolat skont il-metodoloġija tal-NAC mingħajr ma ġie inkluż ebda profitt raġonevoli. |
|
(65) |
Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tista' tinvolvi għajnuna inkompatibbli mill-Istat, Correos tinsisti li l-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra d-dividendi mħallsa lill-Istat matul il-perjodu 2004-2010 bħala tnaqqis mill-kumpens li ngħata lil Correos. |
4.1.2. L-EŻENZJONIJIET MIT-TAXXA FUQ IL-PROPRJETÀ IMMOBBLI (IBI) U MIT-TAXXA FUQ L-ATTIVITAJIET EKONOMIĊI (IAE)
|
(66) |
Fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa IBI, Correos tispjega li jenħtieġ li dawn il-miżuri ma jiġux ivvalutati fl-isfond tal-Liġi Postali tal-1998 jew tal-Liġi Postali tal-2010, iżda b'referenza diretta għal-leġiżlazzjoni li tirregola kull taxxa. |
|
(67) |
Barra minn hekk, Correos tqis li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat għaliex mhijiex imputabbli għall-Istat. L-eżenzjoni mit-taxxa ma hija stipulata fl-ebda dispożizzjoni legali. Għadd żgħir ta' Amministrazzjonijiet tat-Taxxa lokali, kif ukoll għadd żgħir ta' Qrati lokali applikaw l-eżenzjoni mit-taxxa għal 94 uffiċċju ta' Correos minn 13 000. Fis-sentenza tas-7 ta' Ottubru 2013 il-Qorti Suprema Spanjola kkonkludiet li l-Artikolu 22(2) tal-Liġi Postali tal-2010 ma kienx jinkludi l-eżenzjoni mit-taxxa IBI. |
|
(68) |
Aktar minn hekk, Correos tqis li l-eżenzjoni mit-taxxa IBI ma tistax tiġi rkuprata billi hija res judicata. Skont il-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni (11), jekk is-soluzzjoni ġudizzjarja finali tkun ivvalutat l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat, il-prinċipju ta' res judicata jenħtieġ li jiġi rrispettat. Correos tqis li s-sentenza tal-Qorti Suprema Spanjola tapplika d-Dritt tal-Unjoni u tirreferi għall-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, il-prinċipju ta' res judicata jenħtieġ li jiġi rrispettat u l-irkupru f'dan il-każ jenħtieġ li jiġi evitat. |
|
(69) |
Barra minn hekk, Correos tqis li l-prinċipju ta' res judicata jenħtieġ li jiġi kkunsidrat bħala l-Prinċipju Ġenerali tad-Dritt tal-Unjoni u dan il-prinċipju jenħtieġ li jiġi rrispettat meta l-irkupru jkun impossibbli minħabba l-eżistenza ta' sentenza finali f'każi fejn l-eżistenza tkun diġà ġiet determinata. |
|
(70) |
Fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa IAE, Correos tisħaq li l-eżenzjoni parzjali mit-taxxa IAE ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. B'mod partikolari, Correos tistqarr li l-eżenzjoni parzjali mit-taxxa mhijiex selettiva għaliex hija ġustifikata mill-loġika tas-sistema tat-taxxa IAE. Skont Correos, in-natura jew il-loġika intrinsika tal-IAE hija l-impożizzjoni ta' taxxa fuq attivitajiet ekonomiċi bil-għan li tintervjeni fil-produzzjoni jew fid-distrubuzzjoni ta' oġġetti u servizzi. Correos hija impenjata f'attivitajiet ekonomiċi li jikkonsistu fil-produzzjoni ta' oġġetti u servizzi, iżda hija wkoll impenjata fil-forniment ta' servizzi pubbliċi bħall-USO, li ma jsegwux l-iskop ekonomiku ta' dawk li għadhom kemm issemmew. Għaldaqstant din tkun il-ġustifikazzjoni tal-eżenzjoni parzjali mit-taxxa IAE. |
|
(71) |
Aktar minn hekk, Correos tqis li l-eżenzjoni parzjali mit-taxxa IAE tikkostitwixxi għajnuna eżistenti. L-eżenzjoni mit-taxxa tal-IAE ilha fis-seħħ minn qabel l-adeżjoni ta' Spanja mal-KEE. L-hekk imsejħa Kwota ta' Liċenzja, li kienet modalità tat-Taxxa fuq l-Attivitajiet u l-Benefiċċji Kummerċjali u Industrijali, ġiet adottata bid-Digriet 3313/1966 tad-29 ta' Diċembru 1966. Il-Liġi 39/1988 tat-28 ta' Diċembru 1988 tissostitwixxi t-Taxxa fuq l-Attivitajiet u l-Benefiċċji Kummerċjali u Industrijali fil-modalità tagħha ta' Kwota ta' Liċenzja mal-IAE. Skont Correos, ma saret l-ebda modifika sostanzjali fl-avveniment taxxabbli mill-1966 lil hawn. |
4.1.3. L-INJEZZJONIJIET TA' KAPITAL FL-2004, FL-2005 U FL-2006
|
(72) |
Correos tallega li l-injezzjonijiet ta' kapital li twettqu fl-2004, fl-2005 u fl-2006 huma konformi mal-MEIP u li dawn ma jagħtu l-ebda vantaġġ lil Correos. |
|
(73) |
Skont Correos, l-analiżi tal-investimenti li saru b'riżultat tal-injezzjonijiet ta' kapital bejn l-2004 u l-2006 juru li l-Istat Spanjol għamel l-injezzjonijiet ta' kapital fir-rwol tiegħu ta' azzjonist u li dawk l-investimenti setgħu saru minn investitur privat. |
|
(74) |
Correos issostni li l-injezzjonijiet ta' kapital jwieġbu għall-ħtieġa li Correos tagħmel investimenti li jmorru lil hinn mil-livell medju ta' investiment tal-kumpanija. L-għan tal-injezzjonijiet ta' kapital huwa ddikjarat fir-rapport dwar id-dehra ta' Correos quddiem il-Kongress tad-Deputati (“el Congreso de los Diputados”) tal-4 ta' Ottubru 2005. Ir-rapport jorbot l-injezzjonijiet ta' kapital mal-ħtieġa li jsiru investimenti ġodda fil-kumpanija. L-għan tal-injezzjonijiet ta' kapital kien li jitwettaq proċess ta' modernizzazzjoni fi ħdan Correos biex tiżdied l-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi mogħtija mill-kumpanija. |
|
(75) |
Corroes issostni li l-profitabbiltà tal-investiment turi li kwalunkwe investitur privat kien jagħmel investiment simili għaliex ir-rata ta' redditu interna tal-injezzjonijiet ta' kapital kienet ogħla mill-kost tal-kapital ta' Correos. |
|
(76) |
Barra minn hekk, Correos issostni li l-konformità mal-MEIP mhux neċessarjament tirrekjedi valutazzjoni preċiża tal-profitabbiltà ex-ante meta tiġi applikata għas-sitwazzjoni tal-azzjonisti ta' fornitur ta' SGEI bħall-USO. Tali azzjonist ikun meħtieġ li jqis l-obbligu li jingħata l-SGEI tal-kumpanija fil-kunsiderazzjonijiet tiegħu dwar jekk jagħmilx investiment jew le. |
|
(77) |
F'ċirkostanzi bħal dawn, ikun biżżejjed li jintwera, abbażi ta' evidenza oġettiva u verifikabbli, li investitur privat bl-istess obbligu ta' servizz pubbliku kien jaġixxi bl-istess mod. |
|
(78) |
Skont Correos din hija l-konklużjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi Chronopost I (12) u Chronopost II (13), fejn hija aċċettat li r-rata ta' redditu interna kkalkolata ex post kien mezz xieraq sabiex jiġi deċiż jekk l-injezzjoni ta' kapital kinitx konformi mal-MEIP. |
4.1.4. IL-KUMPENS GĦAT-TQASSIM TA' MATERJAL ELETTORALI
|
(79) |
Correos issostni li t-tqassim ta' materjal elettorali ta' kandidati politiċi fil-kuntest tal-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet jenħtieġ li jitqies bħala parti mill-prerograttivi tal-Istat. |
|
(80) |
B'mod partikolari, Correos issostni li t-tqassim ta' materjal elettorali huwa funzjoni essenzjali tal-Istat għaliex huwa parti mis-sistema elettorali ġenerali, huwa relatat mar-rwol istituzzjonali tal-partiti politiċi, u għaliex fit-twettiq ta' din l-attività l-persunal ta' Correos jkun qiegħed jaġixxi fir-rwol ta' impjegati taċ-ċivil. |
|
(81) |
Għaldaqstant, skont Correos, minħabba l-għan, in-natura u r-regolamentzzjoni, it-tqassim ta' materjal elettorali mill-kandidati politiċi huwa marbut intrinsikament mal-eżerċitar tal-awtorità pubblika min-naħa tal-Istat. Għalhekk, din mhijiex attività ekonomika u jenħtieġ li Correos ma titqiesx bħala impriża skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(82) |
Anke li kieku l-Kummissjoni tqis li t-tqassim ta' materjal elettorali tal-kandidati politiċi huwa attività ekonomika, Correos tikkunsidra li dan ma jikkostitwixxix vantaġġ selettiv mogħti lil Correos. Din l-attività hija fdata f'idejn Correos mill-Istat għaliex hija l-unika operatur postali li kapaċi jipprovdi servizz bil-karatteristiċi u l-kwalità tas-servizz meħtieġa. Għaldaqstant, f'dak li għandu x'jaqsam mat-tqassim tal-materjal elettorali ta' kandidati politiċi, Correos mhijiex f'sitwazzjoni legali u fattwali li hija kumparabbli ma' kwalunkwe impriża oħra fis-settur postali. |
|
(83) |
Anke li kieku l-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, Correos issostni li l-miżura jenħtieġ li titqies bħala għajnuna eżistenti. L-eżistenza ta' tariffa mnaqqsa għall-kandidati politiċi biex jibagħtu l-materjal elettorali ilha fis-seħħ mill-1977, meta saru l-elezzjonijiet tal-15 ta' Ġunju 1977. L-elezzjonijiet tal-15 ta' Ġunju 1977 ġew organizzati bid-Digriet Irjali 20/1997 tat-18 ta' Marzu 1977, li għall-ewwel darba stabbilixxa tariffa speċjali għat-tqassim ta' materjal elettorali. |
|
(84) |
Correos tispjega li l-ammont eżatt tat-tariffa mnaqqsa (peseta waħda li hija ekwivalenti għal EUR 0,006) ġie rregolat ulterjorment f'ordni ministerjali tal-1977. Skont Correos, din it-tariffa mnaqqsa ilha fis-seħħ minn dakinhar. Fis-sentenza tat-2 ta' Ottubru 2006 (14), il-Qorti Suprema Spanjola kkonkludiet li t-tariffa mnaqqsa eżistenti fir-rigward tat-tqassim ta' materjal elettorali relatat ma' kandidati politiċi kienet tammonta għal peseta waħda (EUR 0,006). |
|
(85) |
Aktar tard id-Digriet Irjali 20/1977 ġie ssostitwit bil-Liġi Organika 5/1985 tad-19 ta' Ġunju 1985 dwar is-Sistema Elettorali Ġenerali (“LOREG”), li kienet tinkludi l-istess formulazzjoni rigward it-tariffi mnaqqsa għat-tqassim ta' materjal elettorali dwar kandidati politiċi. |
|
(86) |
Fil-każ li l-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, Correos tikkunsidra wkoll li jenħtieġ li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern. |
|
(87) |
L-ewwel nett, il-miżuża inkwistjoni tikkostitwixxi servizz ġenwin ta' interess ekonomiku. Kemm l-Artikolu tal-Liġi Postali tal-1998 kif ukoll l-Artikolu 22(5) tal-Liġi Postali tal-2010 jirrikonoxxu li l-fornitur tal-USO jista' jiġi fdat bl-obbligi relatati mat-tqassim ta' materjal elettorali bil-għan li jissalvagwardja l-iżvilupp korrett tal-proċessi elettorali. Barra minn hekk, l-Artikolu 22(5) tal-Liġi Postali tal-2010 jirrikonoxxi li tali inkarigu jenħtieġ li jkun suġġett għal kumpens. |
|
(88) |
Correos tqis li l-miżura hija kompatibbli mad-Deċiżjoni tal-SGEI tal-2012 (15). Correos tispjega li d-Deċiżjoni tal-SGEI tal-2012 tkun applikabbli ladarba l-kumpens medju annwali mogħti lil Correos ikun anqas minn EUR 15-il miljun. |
4.2. IL-KUMMENTI MILL-PARTI TERZA ANONIMA
|
(89) |
Il-parti terza anonima taqbel mal-konklużjonijiet preliminari li waslet għalihom il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ fir-rigward tal-miżuri li ġejjin:
|
|
(90) |
Il-parti terza anonima taqbel ukkoll b'mod espliċitu li l-investigazzjoni li tinsab għaddejja jenħtieġ li tiffoka fuq il-miżuri elenkati fil-premessa 89. |
|
(91) |
Madankollu hija tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal diversi miżuri li ma ġewx indirizzati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha tal-2016 u li fil-fehma tagħha jenħtieġ li jiġu vvalutati. |
|
(92) |
Skont il-parti terza anonima (16):
|
5. IL-KUMMENTI TA' SPANJA
5.1. IL-KUMMENTI TA' SPANJA DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ FL-2016
5.1.1. IL-KUMPENS GĦALL-FORNIMENT TAL-USO MOGĦTIJA PERMEZZ TAL-LIĠI POSTALI TAL-1998
|
(93) |
Spanja tqis li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. B'mod partikolari, l-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li l-miżura ma tagħti l-ebda vantaġġ ekonomiku lil Correos għaliex il-kumpensi tal-USO huma konformi mal-kriterji stabbiliti fis-sentenza Altmark (19). L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw ukoll li l-miżura msemmija ma ġietx notifikata għaliex qiesu li kienet konformi mal-kriterji stabbiliti fis-sentenza Altmark. |
|
(94) |
L-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li l-miżura tissodisfa t-tielet kundizzjoni Altmark, li tirrekjedi li l-kumpens tal-USO ma jkunx jaqbeż il-kost nett (jiġifieri l-kostijiet li minnhom jitnaqqas id-dħul rilevanti filwaqt li jiżdied profitt raġonevoli) tal-obbligu ta' servizz pubbliku. Spanja ssostni li hija implimentat metodoloġija ta' kumpens valida li tikkorrispondi mal-metodoloġija tal-kost nett evitat preskritt mid-Direttiva 2008/6/KE. L-awtoritajiet Spanjoli jagħmlu l-argument li l-metodoloġija li użaw irriżultat mir-rapport NERA, li kien ikkummissjonat lill-kumpanija ta' konsulenza National Economic Research Associates min-naħa tal-Kummissjoni. Skont Spanja, il-metodoloġija tal-kumpens misjuba fir-rapport NERA hija implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC. Il-Kummissjoni tiżbalja meta tassumi li l-kumpens żejjed, inkluż fil-kuntest Altmark, jista' jiġi kkalkolat permezz tal-metodoloġija tal-kontabbiltà tal-kost, li twassal għall-konklużjoni li fil-perjodu 2004-2010 Correos qabżet dak li jista' jiġi kkunsidrat bħala neċessarju biex ikopri l-kostijiet kollha, jew parti minnhom, li ġew imġarrba fit-twettiq tal-USO. |
|
(95) |
L-awtoritajiet Spanjoli jsostnu wkoll li l-miżura hija konformi mar-raba' kriterju Altmark. Ir-raba' kriterju Altmark jirrekjedi li fin-nuqqas ta' proċedura ta' akkwist pubbliku, il-livell ta' kumpens li ngħata jkun xieraq abbażi ta' analiżi tal-kostijiet, daqs li kienet tieħu impriża tipika li hija amministrata sew u mogħnija adegwatament fl-istess settur, b'kunsiderazzjoni tad-dħul u l-profitt raġonevoli fit-twettiq tal-obbligu ta' servizz pubbliku. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, il-paragun jista' jsir biss ma' impriżi fl-istess settur, f'dan il-każ, is-settur postali. Spanja tikkontesta d-dubji tal-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet milħuqa fir-rapport ta' Frontier Economics li sostna li l-miżura kienet konformi mar-raba' kriterju Altmark. Skont Spanja, il-Kummissjoni ma wriet fl-ebda deċiżjoni minn tagħha li l-operaturi mill-Greċja u mill-Italja kienu ineffiċjenti. Barra minn hekk, Spanja tqis li għall-konformità mar-raba' kriterju Altmark mhuwiex rilevanti li l-istudju sar ex-post. F'deċiżjonijiet preċedenti tagħha l-Kummissjoni ma qisitx li studju ex-post jikkostitwixxi ostaklu sabiex jiġi aċċettat ir-raba' kriterju Altmark. B'mod partikolari, Spanja tirreferi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar Poste Italiane (20). Barra minn hekk, skont Spanja, il-każistika stabbilita aċċetat rapporti li saru ex-post. B'mod partikolari Spanja tirreferi għall-kawża Chronopost-La Poste (21), fejn il-Qorti Ġenerali aċċettat rapport miktub ex-post. |
|
(96) |
L-awtoritajiet Spanjoli jqisu li jekk il-miżura tiġi kwalifikata bħala għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat. B'mod partikolari Spanja tqis li l-miżura hija konformi mal-kriterji ta' kompatibbiltà tal-Qafas tal-SGEI tal-2012. |
|
(97) |
L-awtoritajiet Spanjoli jikkontestaw id-dubji tal-Kummissjoni dwar il-kompletezza tal-att ta' inkarigu li jispeċifika l-obbligi ta' servizzi pubbliku u metodi għall-ikkalkolar tal-kumpens. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, l-att ta' inkarigu jista' jiġi ikkostitwit minn att legali vinkolanti wieħed jew diversi. L-Istat Membru huwa ħieles li jagħżel is-sura speċifika tal-att ta' inkarigu. Barra minn hekk, ma jkunx neċessarju li dan jinkludi referenza speċifika għat-terminu “att ta' inkarigu”. B'mod partikolari, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li l-miżura hija konformi mar-rekwiżit tal-paragrafu 16(e) tal-Qafas tal-SGEI tal-2012, li jistipula li l-att ta' inkarigu jenħtieġ li jinkludi l-arranġamenti għall-evitar u l-irkupru ta' kumpens żejjed. Dan intwera mill-fatt li l-kumpens eċċessiv mogħti fl-2005 ġie rkuprat sussegwentement fis-snin ta' wara. |
|
(98) |
Fir-rigward tal-possibbiltà li jintuża l-kost nett evitat bħala l-metodoloġija għall-ikkalkolar tal-kumpens, l-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li l-paragrafu 69 tal-Qafas tal-SGEI tal-2012 ma jistabbilixxi l-ebda obbligu biex tiġi applikata l-metodoloġija tal-kost nett evitat; ma jipprojbixxix l-Istati Membri milli jużaw din il-metodoloġija. Barra minn hekk, il-paragrafu 184 tal-Gwida għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u s-suq intern tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, u b'mod partikolari għas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali (22) jiċċara li l-għan tan-nuqqas ta' applikabbiltà tal-metodoloġija tal-NAC stabbilita fil-paragrafu 69 tal-Qafas tal-SGEI tal-2012 huwa li ma jitpoġġiex piż żejjed fuq l-Istat Membru b'rabta ma' dawk il-miżuri li kienu jeżistu qabel ma daħal l-obbligu li tintuża l-metodoloġija tal-NAC. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li l-metodoloġija tal-NAC, kif ġiet implimentata minn Spanja, hija waħda valida u li tista' tintuża legalment għall-ikkalkolar għall-kumpens mogħtiqabel l-2012. |
|
(99) |
Kif inhu spjegat fil-premessa 94, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li l-metodoloġija Spanjola għall-ikkalkolar tal-kumpens tal-forniment tal-USO, u li kienet ibbażata fuq ir-rapport NERA, hija ekwivalenti għall-metodoloġija tal-kost nett evitat. L-awtoritajiet Spanjoli jqisu li f'dan ir-rigward huwa irrelevanti li l-metodoloġija Spanjola ma fihiex inċentivi ta' effiċjenza u benefiċċji intanġibbli ladarba dawn iż-żewġ kriterji ma kinux jeżistu meta Spanja implimentat din il-metodolġija. Dawn il-kriterji ġew introdotti aktar tard bid-Direttiva 2008/6/KE u mill-Qafas tal-SGEI tal-2012. |
|
(100) |
L-awtoritajiet Spanjoli kkontestaw il-metodoloġija u l-kriterji applikati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-profitt raġonevoli fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016. L-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li jenħtieġ li ma jkunx hemm parametru referenzjarju tal-profitt raġonevoli fil-konfront tal-operaturi postali kollha u li jenħtieġ li dan jiġi vvalutat każ b'każ. Il-parametru referenzjarju tal-profitt raġonevoli applikat mill-Kummisjsoni fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-bpost tal-25 ta' Jannar 2012 (23) ma tistax titqies bħala referenza għall-operaturi postali l-oħra. L-ewwel nett, il-każ tal-bpost huwa konsiderevolment differenti mis-sitwazzjoni ta' Correos, sa fejn il-każ tal-bpost ma kienx jirrigwarda l-forniment tal-USO, iżda SGEI oħrajn. It-tieni nett, il-Kummissjoni ma applikatx il-parametru referenzjarju tal-profitt raġonevoli stabbilit fid-Deċiżjoni dwar il-bpost b'mod konsistenti għaliex ippermettiet parametri referenzjarji ogħla f'deċiżjonijiet oħrajn tagħha (24). |
5.1.2. L-EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ IL-PROPRJETÀ IMMOBBLI (IBI) U MIT-TAXXA FUQ L-ATTIVITAJIET EKONOMIĊI (IAE)
|
(101) |
Fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa tal-IBI, l-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li l-Liġi Postali tal-1998 u l-Liġi Postali tal-2010 ma eżentawx lil Correos mill-IBI. Madankollu, fl-interpretazzjoni tagħhom tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Postali tal-1998 u l-Liġi Postali tal-2010, ċerti qrati Spanjoli kkunsidraw li l-eżenzjoni mit-taxxa tal-IBI kienet applikabbli għal Correos. L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li l-eżenzjoni mit-taxxa ġiet applikata f'okkażjonijiet limitati ferm. Fil-fatt, ġiet applikata effettivament f'94 uffiċċju mit-13 000 li għandha Correos. |
|
(102) |
L-awtoritajiet Spanjoli qiesu li l-eżenzjonijiet mit-taxxa ma jistgħux ikunu imputabbli għall-Istat għaliex dawn jidderivaw mill-Qrati Spanjoli li ddeċidew favur ir-rifużjoni lil Correos tat-taxxi tal-IBI li l-kumpanija kienet ħallset qabel. |
|
(103) |
Fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa tal-IAE, l-awtoritajiet Spanjoli qiesu li l-eżenzjoni mit-taxxa tal-IAE jenħtieġ li titqies bħala għajnuna eżistenti. L-eżenzjoni mit-taxxa tal-IAE ilha fis-seħħ minn qabel l-adeżjoni ta' Spanja mal-KEE. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, l-eżenzjoni mit-taxxa tal-IAE tmur lura għall-1966 meta t-taxxa fuq l-Attivitajiet u l-Benefiċċju Kummerċjali u Industrijali ġiet adottata bid-digriet 3313/1966 tad-29 ta' Diċembru 1966. Il-Liġi 39/1988 tat-28 ta' Diċembru 1988 issostitwixxiet it-Taxxa fuq l-Attivitajiet u l-Benefiċċji Kummerċjali u Industrijali fil-modalità tagħha ta' Kwota ta' Liċenzja mat-Taxxa fuq l-Attivitajiet Ekonomiċ (IAE). Skont Spanja, din it-taxxa ma nbidlitx b'mod sinifikanti mill-1966 minkejja l-fatt li Correos kienet tgawdi minn eżenzjoni sħiħa meta kienet korp amministrattiv minħabba fin-natura tagħha. |
5.1.3. L-INJEZZJONIJIET TA' KAPITAL FL-2004, FL-2005 U FL-2006
|
(104) |
L-awtoritajiet Spanjoli qiesu li l-injezzjonijiet ta' kapital li saru fl-2004, fl-2005 u fl-2006 ma jinvolvux għajnuna mill-Istat għaliex huma konformi mal-MEIP. |
|
(105) |
Huma jenfasizzaw li l-injezzjonijiet ta' kapital kienu ppreċeduti minn evalwazzjonijiet ekonomiċi ex ante, kumparabbli ma' dawk li kien jagħmel kull investitur privat. L-injezzjonijiet ta' kapital kienu previsti fil-pjanijiet ta' azzjoni pluriennali approvati mill-Istat fir-rwol tiegħu ta' azzjonist u kienu inklużi fil-Baġits Ġenerali tal-Istat, li min-naħa tagħhom irriflettewhom fil-pjanijiet strateġiċi tal-kumpanija li tfasslu biex jespandu n-negozju tagħha f'oqsma bi prospetti aħjar u biex tittejjeb l-effiċjenza tagħha, fil-kuntest ta' tnaqqis sinfikanti fir-ritmu tas-suq postali. |
|
(106) |
Speċifikament, il-pjanijiet strateġiċi għall-perjodu 2001-2006 daħħlu fis-seħħ azzjonijiet bil-għan li jikkompletaw il-proċess ta' modernizzazzjoni tal-impriża sabiex jintlaħqu l-objettivi li ġejjin:
|
|
(107) |
Skont l-awtoritajiet Spanjoli, il-ksib ta' dawn l-għanijiet kollha fissru li l-kumpanija kellha tiġi mogħnija b'riżorsi addizzjonali sabiex tagħmel l-investimenti meħtieġa. Wara li analizza l-istrateġija tal-impriża, l-azzjonist iddeċieda li jagħti tliet żidiet ta' kapital li kienu jammontaw għal EUR 48,08 miljun, b'kull waħda miż-żidiet tlaħħaq is-EUR 16,027-il miljun, li kellhom jiġu applikati fis-snin finanzjarji 2004, 2005 u 2006. Dik iż-żieda ta' kapital kienet meqjusa bħala element ewlieni fil-ksib tal-previżjonijiet tal-proporzjoni tal-profitabbiltà fil-pjanijiet ta' azzjoni tal-kumpanija u rriflettiet l-evalwazzjonijiet li saru mill-azzjonist waħdieni. Fil-verità iż-żidiet ta' kapital kienu mġiegħla mill-ħtieġa tal-kumpanija li tagħmel investimenti li kienu ta' natura “inkrementali” jew addizzjonali għal dawk li kienet tagħmel normalment il-kumpanija. |
|
(108) |
L-awtoritajiet Spanjoli sostnew ukoll li l-evalwazzjoni kienet inkorporata fil-qafas ta' prospetti u riżultati kummerċjali assoċjati maż-żieda ta' kapital, li tfasslu fuq perspettiva ta' ħames snin, meqjusa bħala perjodu raġonevoli sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni dwar jekk id-deċiżjonijiet ta' investiment kummerċjali jkunux sodisfaċenti. Dawn il-projezzjonijiet ġew riflessi fil-pjanijiet ta' azzjoni pluriennali (MAPs), li min-naħa tagħhom ġew inkorporati fil-Baġits Ġenerali tal-Istat. Il-MAP approvat fis-sena finanzjarja tal-2004 wera tkabbir ta' 3,6 % fil-fatturat annwali u titjib fil-profitti netti bi profitti medji ta' madwar 5 % kull sena, meta mqabbel ma' xenarju statiku b'ebda żieda ta' kapital. Dawn ir-riżultati nkisbu abbażi tal-istess għadd ta' żborżi ta' kapital fl-2004, fl-2005, u fl-2006, li għaldaqstant ippermettew l-implimentazzjoni tal-linji ta' azzjoni previsti fil-pjanijiet strateġiċi f'dak li għandu x'jaqsam mal-investiment. |
|
(109) |
Il-previżjonijiet inklużi fil-MAP u inkorporati fil-Baġit Ġenerali tal-Istat kienu jkunu komparabbli bis-sħiħ ma' dawk ta' investitur privat f'ekonomija orjentata lejn is-suq. Huma l-bażi li fuqhom l-Istat, fir-rwol tiegħu ta' azzjonist, iddependa meta ddeċieda li jagħti tliet żidiet fil-kapital tal-ishma tal-kumpanija li flimkien kienu jammontaw għal EUR 48 081 000. |
|
(110) |
Dawn il-previżjonijiet li saru ex ante jidhru fit-tabella 3. Tabella 3 MAP tal-2004
|
|
(111) |
L-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li l-MAPs huma analiżi ex ante tajba tal-projezzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji. Il-previżjonijiet li hemm fihom jixhdu livelli ta' redditu ekwivalenti għal dawk li jkun qiegħed jistenna investitur privat, bl-effett li d-deċiżjoni li jiżdied il-kapital tal-ishma biex il-kumpanija tkun tista' tagħmel l-investiment meħtieġ biex jinksibu l-profitti previsti hija ġustifikata bis-sħiħ. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, dawk il-marġni ta' redditu kienu jwasslu sabiex anke investitur privat kien jieħu deċiżjoni simili. |
|
(112) |
Spanja tindika li hija ħadet id-deċiżjoni li żżid il-kapital tal-ishma u tiżborża EUR 16,027 miljun fit-13 ta' Diċembru 2004, abbażi tal-MAP għas-sena finanzjarja tal-2004 li tinkludi l-projezzjonijiet finanzjarji favorevoli murija fit-Tabella 1. Bl-istess mod, l-azzjonist ħa d-deċiżjonijiet dwar iż-żidiet suċċessivi fil-5 ta' Diċembru 2005 u fid-29 ta' Diċembru 2006 rispettivament, fejn dan sar ukoll fuq il-bażi tal-MAPs korrispondenti. Spanja indikat ukoll li l-evoluzzjoni reali tal-parametri użati fl-MAPs tjiebet b'mod ċar, kif muri fit-tabella 4. Tabella 4 Riżultati reali
|
|
(113) |
Biex jissupplimentaw dan ta' hawn fuq, l-awtoritajiet Spanjoli pprovdew ukoll test ta' investitur privat imwettaq ex-post min Ernst & Young, li jikkonkludi li r-Rata ta' Redditu Interna (minn hawn 'il quddiem “RR”) taż-żidiet fil-kapital eżaminati kienet ta' 9,29 %, u l-kost fis-suq tal-kapital ta' dak l-investiment kien ta' 7,87 % fiż-żmien meta sar l-investiment. |
|
(114) |
F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Spanjoli jikkunsidraw li r-rimarki magħmula mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016, abbażi tal-Kawża il-Kummissjoni vs EDF (25), dwar il-ħtieġa li titwettaq analiżi tal-profitabbiltà qabel l-investiment inkwistjoni, jonqsu milli jqisu li twettqet evalwazzjoni ekonomika ex ante, fejn it-test tal-investitur privat inkluż fir-rapport iservi ta' evidenza supplimentari għar-ratifika tal-validità tal-MEIP użat. |
|
(115) |
L-awtoritajiet Spanjoli jikkontestaw b'mod aktar fundamentali r-rilevanza tas-sentenza tal-Kummissjoni vs EDF fil-każ attwali għax EDF kienet qed topera skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq filwaqt li Correos ingħatat l-USO. L-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li meta jiġu analizzati l-miżuri adottati fir-rigward ta' impriża pubblika li topera f'settur b'USO, l-analiżi tal-profitabbiltà ex post ma tistax titqies invalida, peress li l-għoti tas-servizz ekonomiku ġenerali m'huwiex regolat b'loġika strettament kummerċjali, u jeħtieġ li f'dak il-każ titqies id-data oġġettiva u verifikabbli disponibbli kollha. |
|
(116) |
Skont din il-loġika, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li ġurisprudenza aktar relevanti hija dik tal-każijiet Chronopost I (26) u Chronopost II (27), li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea approvat l-analiżi magħmula mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni 98/365 (28), fiż-żewġ sentenzi li tat bħala riżultat tal-appelli korrispondenti kontra din id-deċiżjoni. F'din id-deċiżjoni msemmija, il-Kummissjoni vvalutat jekk l-imġiba tal-operatur postali Franċiż (La Poste) bħala azzjonist ta' SFMI-Chronopost, kinitx ġustifikata f'termini kummerċjali f'konformità mal-kriterji ta' investitur privat tal-ekonomija tas-suq u kienet qabblet l-IRR tal-injezzjonijiet ta' kapital magħmula mill-Istat favur La Poste mal-kost tal-ekwità tiegħu fuq bażi ex-post. |
|
(117) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Spanjoli spjegaw li jekk il-Kummissjoni tistma li l-injezzjonijiet ta' kapital ma jissodisfawx l-MEIP, jenħtieġ li dawn jiġu kkunsidrati fl-isfond tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat peress li jirrappreżentaw riżorsi ddedikati biex ikopru s-servizz pubbliku, u ma huma taħt l-ebda ċirkostanza għajnuna operatorja, la skont id-destinazzjoni tal-fondi u lanqas min-natura tagħhom. |
5.1.4. IT-TQASSIM TA' MATERJAL ELETTORALI DWAR KANDIDATI POLITIĊI
|
(118) |
L-awtoritajiet Spanjoli jqisu li t-tqassim tal-materjal elettorali minn Correos ma jikkostitwixxix Għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-attivitajiet kollha mwettqa minn Correos fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet, u b'mod partikolari d-distribuzzjoni tal-propaganda elettorali rigward il-kandidati poliċiti, mhumiex attivitajiet ekonomiċi peress li dawn jikkostitwixxu prerogattiva tal-Istat. |
|
(119) |
B'mod partikolari, fir-rigward tat-tqassim tal-propaganda elettorali tal-kandidati politiċi, l-awtoritajiet Spanjoli jikkontestaw il-konklużjonijiet milħuqa fid-deċiżjoni ta' ftuħ li l-miżura tikkostitwixxi attività eknonomika. L-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li l-Istat ma introduċa ebda mekkaniżmu tas-suq biex jiżgura li l-votanti jirċievu propaganda elettorali tal-kandidati politiċi. Il-proċedura elettorali hija komposta minn għadd ta' attivitajiet, kollha kemm huma meħtieġa u interkonnessi, li għandhom l-għan li jiżguraw id-dritt fundamentali tal-votazzjoni. Għalhekk, din l-attività għandha titqies bħala prerogattiva tal-Istat. |
|
(120) |
L-awtoritajiet Spanjoli jikkunsidraw li jekk il-miżura titqies bħala għajnuna, din hija għajnuna eżistenti peress li għandha data li tmur lura għal qabel l-adeżjoni ta' Spanja mal-Komunità Ekonomika Ewropea fl-1986. Il-kumpens mogħti lil kandidati elettorali għad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali ilu fis-seħħ mill-1977 mingħajr ma għadda minn ebda modifika sostanzjali. L-Artikolu 44(3) tad-Digriet Amministrattiv 20/1977 tal-18 ta' Marzu 1977 dwar Dispożizzjonijiet Elettorali stabbilixxa li l-Ordni Ministerjali se jistabbilixxi tariffi postali speċjali li għandhom jiġu applikati għal materjal elettorali mibgħut mill-kandidati politiċi. L-Ordni Ministerjali tat-3 ta' Marzu 1977 u l-Ordni Ministerjali tal-4 ta' Mejju 1977 stabbilew tariffa fissa ta' peseta għal ittri sa 50 gramma, li baqgħet l-istess minn dak iż-żmien. |
|
(121) |
L-Artikolu 59 tal-Liġi Organika 5/1985 tad-19 ta' Ġunju 1985 dwar is-Sistema Elettorali Ġenerali tenna l-obbligu li permezz ta' Ordni Ministerjali, tiġi stabbilita tariffa speċjali li għandha tintalab lil kandidati politiċi biex jibagħtu materjal elettorali. L-Artikolu 1 tal-Ordni Ministerjali tat-13 ta' Ottubru 1985 iddikjara li t-tariffi speċjali tal-Ordni Ministerjali tat-3 ta' Mejju 1977 kienu għadhom applikabbli. Aktar tard, l-Artikolu 1 tal-Ordni Ministerjali tat-30 ta' April 1986 stabbilixxa li t-tariffi speċjali stipulati fl-Artikolu 1 tal-Ordni Ministerjali tat-30 ta' Ottubru 1985 kienu għadhom applikabbli, jiġifieri, it-tariffi speċjali tal-Ordni Ministerjali tat-3 ta' Mejju 1977. L-Artikolu 12 tad-Digriet Amministrattiv 605/1999 tas-6 ta' April 1999 u l-Liġijiet Postali tal-1998 u l-2010 ma biddlux it-tariffa speċjali applikabbli għall-kandidati politiċi, li attwalment hija stabbilita fl-Artikolu 59 tal-Liġi Organika 5/1985 tad-19 ta' Ġunju 1985 dwar is-Sistema Elettorali Ġenerali u li tirreferi għat-tariffi speċjali stabbiliti fl-Ordni Ministerjali tat-3 ta' Marzu 1977. |
|
(122) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli jallegaw li jekk il-miżura għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat, jenħtieġ li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat. |
|
(123) |
Minħabba l-perjodu ta' preskrizzjoni ta' 10 snin previst fid-deċiżjoni tal-ftuħ (l-14 ta' Frar 2004 - l-14 ta' Frar 2014), l-awtoritajiet Spanjoli jallegaw li l-perjodu taħt skrutinju għandu jkun 2004-2012 peress li fl-2013 ma kien hemm l-ebda elezzjoni. |
|
(124) |
L-għoti ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali matul il-perjodu 2004-2011 ġie stipulat fl-Ordnijiet Ministerjali, li inkludew il-kontenut, l-ambitu u d-durata tal-obbligu tas-servizz pubbliku. L-għoti tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali lil Correos matul is-snin 2011 u 2012 ġie stipulat fil-Ftehim tal-Kunsill tal-Ministri għal kull elezzjoni. Dawn il-Ftehimiet jindikaw in-natura, il-kontenut, l-ambitu u d-durata tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali. Barra minn hekk, it-tabella 5 turi li, fi kwalunkwe każ, il-kumpens totali li Correos irċeviet għall-konsenja tal-materjal tal-elezzjoni matul l-elezzjonijiet miżmuma mill-2004 sal-2012 ma qabiżx l-ispejjeż sostnuti. Tabella 5 Kumpens nieqes għal Correos għall-konsenja ta' materjal elettorali
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5.2. IL-KUMMENT TA' SPANJA DWAR IL-KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI
|
(125) |
L-ewwel nett, l-awtoritajiet Spanjoli jindikaw li l-ilmentatur li l-ittra tiegħu tat lok għal dawn il-proċedimenti ma ppreżenta l-ebda osservazzjoni dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016. L-awtoritajiet Spanjoli jinnotaw li l-uniċi partijiet terzi li ppreżentaw l-osservazzjonijiet huma Correos y Telégrafos, S.A. u parti anonima li tirrappreżenta s-settur tal-konsenja tal-pakketti, skont kif jista' jinftiehem mill-kontenut tal-kummenti li saru. |
5.2.1. L-OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KUMMENTI MRESSQA MILL-PARTI TERZA ANONIMA
|
(126) |
L-awtoritajiet Spanjoli jirreferu għall-kummenti tagħhom li saru dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016 dwar għadd ta' kwistjonijiet li għalihom il-parti terza anonima ma pprovdiet ebda argument addizzjonali speċifiku. |
|
(127) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli jipprovdu xi kummenti addizzjonali dwar il-kwistjonijiet li ġejjin. |
5.2.1.1. L-estensjoni taż-żmien tal-investigazzjoni
|
(128) |
L-awtoritajiet Spanjoli jikkunsidraw li t-talba sabiex l-investigazzjoni tiġi estiża għall-perjodu preskritt hija inammissibbli u inkonsistenti peress li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni tissottometti biss miżuri li jqajmu dubji serji ta' kompatibbiltà għall-proċedura ta' investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat, sakemm dawn il-miżuri jkunu twettqu barra l-perjodu ta' limitazzjoni ta' għaxar snin. L-awtoritajiet Spanjoli jinnotaw ukoll li l-parti interessata anonima rrikonoxxiet dan il-punt legali fil-kummenti tagħha stess li jgħidu li “Huwa ċar li dawn l-ammonti ma jistgħux ikunu s-suġġett ta' proċedura ta' investigazzjoni, peress li l-perjodu ta' limitazzjoni taż-żmien għar-rieżami skada”. |
|
(129) |
L-awtoritajiet Spanjoli jqisu wkoll li t-talba biex l-investigazzjoni tiġi estiża għall-perjodu wara l-2010 mhijiex ġustifikata peress li l-Istat Spanjol illimita ruħu li jagħmel pagamenti bil-quddiem mill-Baġit Ġenerali tal-Istat li se jiġu aġġustati ladarba jiġi ddeterminat il-kost nett, wara li jkun ġie notifikat il-Plan de Prestación ġdid u l-Kummissjoni Ewropea tkun tat opinjoni dwaru. |
|
(130) |
L-awtoritajiet Spanjoli jikkunsidraw li l-parti terza impliċitament tirrikonoxxi li l-kost nett ma jistax jiġi ddeterminat sakemm il-Plan de Prestación ġdid ma jkunx ġie adottat għax fil-kummenti tagħha tirreferi għan-noti fil-kontijiet annwali ta' Correos għall-2014 li jiddikjaraw: “Riżoluzzjoni mis-CNMC (29) dwar kalkolu tal-kost nett tal-UPS fl-2011, 2012 u 2013 differenti mill-kalkolu tal-Baġit Ġenerali tal-Istat, jista' possibilment ikollha impatt fuq l-ammonti mdaħħla fil-kontijiet. Ma jkunx possibbli li jiġi kkalkolat dan l-impatt finali sad-dħul fis-seħħ tal-Plan de Prestación il-ġdid, li se jistabbilixxi l-metodoloġija u l-komponenti għall-kalkolu tal-kost nett”. |
5.2.1.2. Il-vantaġġi allegati relatati mal-eżenzjoni tal-VAT
|
(131) |
Fir-rigward tal-eżenzjoni tal-VAT, l-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li din hija stipulata fil-leġiżlazzjoni Spanjola f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-UE li tirregola din il-kwistjoni. L-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw ukoll li l-kundizzjoni ta' imputabbiltà ma tkunx sodisfatta jekk miżura nazzjonali tittrasponi att Komunitarju li ma huwa soġġett għal ebda marġni ta' diskrezzjoni, kif ġie deċiż fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' April 2009 fil-Kawża C-460/07 (Puffer) (30). |
5.2.1.3. L-allegati kumpensi mogħtija mill-Istat sabiex tiffinanzja l-kampanja pubbliċitarja u ta' komunikazzjoni tagħha
|
(132) |
L-awtoritajiet Spanjoli jiċħdu li Correos setgħet ibbenefikat minn għajnuna maħsuba biex tiffinanzja l-kampanji ta' pubbliċità u ta' komunikazzjoni tagħha. |
|
(133) |
B'mod partikolari, l-awtoritajiet Spanjoli jiċċaraw li l-Pjanijiet ta' Pubbliċità u Komunikazzjoni Istituzzjonali relatati msemmija mill-parti terza anonima bħala indikazzjoni ta' appoġġ bħal dan jinkludu l-attivitajiet kollha mwettqa mill-korpi tal-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Istat, kif ukoll l-impriżi pubbliċi f'dan il-qasam għal finijiet statistiċi iżda li l-kostijiet tal-pubbliċità ta' Correos imsemmija f'dawn il-pjanijiet dejjem kienu koperti mir-riżorsi tal-kumpanija. |
|
(134) |
L-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li, kif indikat fil-Pjan innifsu, il-Kummissjoni Istituzzjonali għall-Pubbliċità u l-Komunikazzjoni, li hija korp kolleġġjali amministrattiv, tinkludi fil-Pjan il-kampanji istituzzjonali kollha li se jitwettqu mill-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Istat u korpi relatati. Bħal kwalunkwe impriża pubblika oħra, Correos y Telégrafos, S.A. tfassal il-pjanijiet ta' pubbliċità tagħha stess iffinanzjati mir-riżorsi tagħha, u tinkludihom fi ħdan dak il-Pjan sempliċement għal skopijiet ta' statistika. |
5.2.2. L-OSSERVAZZJONIJIET DWAR IL-KUMMENTI MRESSQA MINN CORREOS
|
(135) |
L-awtoritajiet Spanjoli qablu mal-osservazzjonijiet magħmula minn Correos y Telégrafos, S.A. |
|
(136) |
L-awtortitajiet Spanjoli rreaġixxew għat-talba magħmula minn Correos fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha li jenħtieġ li d-dividendi distribwiti jiġu attribwiti għat-tnaqqis fil-kumpens żejjed indikat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016 billi tennew li sa issa ma ġiet ipprovduta l-ebda prova tal-eżistenza ta' xi kumpens żejjed. |
|
(137) |
Madankollu, Spanja ttenni wkoll il-kummenti tagħha li jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġi kkunsidrat il-pagament ta' dividendi sabiex titnaqqas kwalunkwe għajnuna potenzjali li tista' tiġi identifikata fit-tmiem tal-proċedura ta' investigazzjoni formali. Skont l-awtoritajiet Spanjoli, jenħtieġ li dawn id-dividendi straordinarji u nonrikorrenti mogħtija minn Correos lill-Istat jiġu meqjusa għall-finijiet tal-kalkolu tar-riżorsi pubbliċi li tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' Correos, f'konformità mad-deċiżjoni Statsbaner tal-Kummissjoni (31). |
5.3. IL-KUMMENTI ADDIZZJONALI TA' SPANJA
5.3.1. APPROĊĊI ALTERNATTIVI GĦALL-KALKOLU TAL-KUMPENS ŻEJJED TAL-USO GĦALL-PERJODU 2004-2010
|
(138) |
Filwaqt li jtennu li l-kumpensi tal-USO mogħtija matul l-2004-2010 lil Correos ma jinkludux għajnuna mill-Istat u jekk jagħmlu dan, jenħtieġ li tali għajnuna titqies kompatibbli, l-awtoritajiet Spanjoli jikkunsidraw li anki jekk jaċċettaw l-approċċ tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016 li tuża l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet (32), il-kumpens żejjed potenzjali jista' jiġi kkalkolat biss skont il-premessi ta' hawn taħt: |
|
(139) |
L-ewwel nett, jenħtieġ li s-settur riżervat u s-settur mhux riżervat jiġu trattati separatament: is-settur riżervat jikkorrisondi għas-servizzi postali tal-USO pprovduti taħt monopolju; is-settur mhux riżervat jinkludi servizzi postali tal-USO. Barra minn hekk, il-kumpens fis-settur riżervat segwa metodu li r-riżultati tiegħu qablu fis-sħiħ ma' dak tal-allokazzjoni tal-kostijiet, filwaqt li s-settur mhux riżervat japplika approċċ tal-NAC, fejn il-kumpens jiġi kkalkulat u stabbilit b'mod separat għal kull settur. Għalhekk, jenħtieġ li dawn is-setturi jiġu kkunsidrati bħala żewġ SGEIs distinti soġġetti għal valutazzjonijiet separati u għal metodoloġiji ta' kumpens differenti. Skont il-metodoloġija Spanjola, il-kumpens fis-settur riżervat jikkorrispondi għall-kost nett tal-kontabbiltà (kostijiet ġenerali bi tnaqqis tad-dħul), filwaqt li l-kumpens fis-settur mhux riżervat jiġi kkalkolat skont approċċ NAC li jkopri r-riżultati tas-segmenti li jagħmlu t-telf fis-settur mhux riżervat bil-preżunzjoni li kwalunkwe operatur privat kien iwaqqafhom fl-assenza ta' obbligi ta' servizz pubbliku. |
|
(140) |
Skont dan ir-raġunament, minn total ta' madwar EUR 955,237 miljun ta' kumpens tal-USO totali mogħti lil Correos matul 2004-2010 madwar EUR 637,850 miljun (it-telf tal-kontabbiltà tas-settur riżervat) ikunu allokati għas-settur riżervat u EUR 317,387 miljun (il-bqija) għas-settur mhux riżervat (ara t-tabella 6). Tabella 6 Kumpensi għas-settur riżervat u mhux riżervat tal-USO
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(141) |
L-awtoritajiet Spanjoli jikkunsidraw li ż-żewġ kumpensi għandhom imbagħad jiġu vvalutati separatment, li jwassal għal riżultat differenti minn dak milħuq mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016. |
5.3.1.1. Il-valutazzjoni tal-kumpensi għas-settur riżervat tal-USO
|
(142) |
L-awtoritajiet Spanjoli jissuġġerixxu li l-kumpensi għas-settur riżervat tal-USO jiġu evalwati bl-użu ta' metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet u parametru referenzjarju ta' Ritorn fuq il-Bejgħ (33) (minn hawn 'il quddiem “ROS”) ta' 4,8 % tar-ROS (il-parametru referenzjarju applikat fil-każ bpost għal inkarigi ta' riskju baxx). |
|
(143) |
Approċċ bħal dan jirriżulta b'mod ċar f'kumpens nieqes ta' Correos għal dan l-SGEI peress li l-għajnuna mogħtija għas-settur riżervat tal-USO tikkorrispondi eżattament mal-kost ta' kontabbiltà nett tagħha kif muri fit-tabella 7, fejn il-kumpens nieqes jammonta għal profitt raġonevoli mhux kontabilizzat. Tabella 7 Kumpens nieqes tas-settur riżervat tal-USO
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(144) |
L-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li peress li Correos għandha kumpens nieqes għall-provvediment ta' servizzi riżervati tal-USO u li l-kundizzjonijiet l-oħra tal-Qafas tal-SGEI tal-2012 huma osservati, jenħtieġ li l-kumpens allokat għas-settur riżervat tal-USO jitqies kompatibbli. |
5.3.1.2. Il-valutazzjoni tal-kumpensi għas-settur mhux riżervat tal-USO
|
(145) |
L-awtoritajiet Spanjoli jqisu li fir-rigward tas-servizzi mhux riżervati tal-USO, il-parametru referenzjarju fil-każ ta' bpost għal mandati ta' riskju għoli jistgħu jiġu applikati. |
|
(146) |
Madankollu, skont preżunzjoni bħal din, l-awtoritajiet Spanjoli jirrikonoxxu li s-settur mhux riżervat tal-USO jkun juri kost nett negattiv f'kull sena, jiġifieri, profitt nett li ma jippermetti ebda kumpens kif muri fit-tabella 8. Table 8 Kumpens żejjed tas-settur mhux riżervat tal-USO
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(147) |
Skont dan l-approċċ, il-kumpens allokat lis-settur USO mhux riżervat jista' jitqies inkompatibbli safejn kien hemm kumpens żejjed għal Correos. Madankollu, l-awtoritajiet Spanjoli jenfasizzaw ukoll li d-dividendi jenħtieġ li jitqiesu bħala li de facto naqqsu l-ammont ta' kumpens mogħti lil Correos kif spjegat fil-premessi 148 sa 152. |
5.3.2. DIVIDENDI
|
(148) |
L-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li Correos ħallset dividendi matul l-2004-2010 (ara t-tabella 9). Tabella 9 Dividendi mħallsa minn Correos
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(149) |
L-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li jenħtieġ li dawn id-dividendi ma jiġux ikkunsidrati primarjament bħala remunerazzjoni tal-azzjonist, peress li huma kellhom pjuttost rwol ta' mekkaniżmu ta' rkupru impliċitu li ppermetta lill-awtoritajiet Spanjoli, fiċ-ċirkostanzi partikolari ta' dan il-każ, inaqqsu l-finanzjament żejjed potenzjali billi jirkupraw ir-riżorsi mill-kumpanija. L-Istat, li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta' awtorità tal-baġit, iddeċieda li jinkludi tali dividendi f'kull Baġit Ġenerali Statali adottat fil-perjodu 2005-2008 biex jindirizza l-finanzjament żejjed potenzjali identifikat fis-sena preċedenti għal dik meta kienu ttieħdu tali deċiżjonijiet baġitarji. Ma ġiet adottata l-ebda dispożizzjoni bħal din fl-2009 u l-2010, peress li l-previżjonijiet indikaw telf tal-kumpanija f'dawk is-snin. |
|
(150) |
L-ewwel nett, l-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li d-deċiżjoni li jitħallsu d-dividendi hija imputabbli għall-Istat Spanjol, bħala awtorità pubblika, aktar milli għall-maniġment ta' Correos. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li:
|
|
(151) |
It-tieni nett, l-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li ċ-ċirkostanzi kienu tali li d-dividendi kienu l-uniku mezz prattiku biex jimmodulaw il-finanzjament potenzjalment eċċessiv f'ċerti snin għar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(152) |
Abbażi ta' din il-loġika, l-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw li d-dividendi mħallsa fis-sena N, ġew deċiżi fis-sena N-1 abbażi tar-riżultati tal-kontabbiltà disponibbli għas-sena N-2. Għalhekk, dawn id-dividendi mmiraw li jnaqqsu l-kumpens żejjed li rriżulta mis-sena N-2 kif miġbur fil-qosor fit-Tabella 10. Tabella 10 Dividendi u kumpens żejjed
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6. OSSERVAZZJONIJIET ADDIZZJONALI MRESSQA MINN UNIPOST
|
(153) |
Fl-20 ta' Marzu 2018, Unipost informat lill-Kummissjoni li kienet daħlet f'likwidazzjoni fid-19 ta' Frar 2018 u li hija tqis li għajnuna mill-Istat mogħtija lil Correos kellha rwol sinifikanti fil-falliment tagħha. |
|
(154) |
Skont Unipost, kienet għajnuna mill-Istat inkompatibbli bħal din li għamlitha possibbli li Correos tapplika prezzijiet aktar baxxi fis-swieq mhux riżervati, billi tapplika politika ta' prezzijiet li ma kinitx relatata mal-kostijiet tagħha f'dawn is-swieq mhux riżervati. |
7. IL-VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI
7.1. IL-KUMPENSI TAL-USO MOGĦTIJA TAĦT IL-LIĠI POSTALI TAL-1998
7.1.1. L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT FIT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TRATTAT
|
(155) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat “kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. |
|
(156) |
Minn dan isegwi li, sabiex miżura finanzjarja tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin iridu jiġu ssodisfati: (i) il-miżura trid tkun imputabbli għall-Istat Membru u mogħtija mir-riżorsi tal-Istat, (ii) hija trid tagħti vantaġġ ekonomiku lil impriżi, (iii) dak il-vantaġġ għandu jkun selettiv, u (iv) il-miżura għandha tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni u tkun tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
7.1.1.1. Il-miżuri imputabbli għall-Istat u mogħtija minn riżorsi tal-Istat
|
(157) |
Biex miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, hija trid tingħata mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat. Ir-riżorsi tal-Istat jinkludu r-riżorsi kollha tas-settur pubbliku (34), inklużi riżorsi tal-entitajiet intrastatali (deċentralizzati, federali, reġjonali jew oħrajn) (35). |
|
(158) |
Il-kumpensi għall-forniment tal-USO skont il-Liġi Postali tal-1998 huma mħallsa direttament mill-Baġit Ġenerali tal-Istat u għalhekk huma b'mod ċar imputabbli għall-Istat u mogħtija minn riżorsi tal-Istat. |
7.1.1.2. Vantaġġ ekonomiku selettiv mogħti lil impriża
A. Selettività
|
(159) |
Biex taqa' fl-ambitu tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, miżura tal-Istat trid tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi”. Għalhekk, dawk il-miżuri li jiffavorixxu lill-impriżi li jagħtu vantaġġ b'mod selettiv biss jaqgħu taħt il-kunċett ta' għajnuna. |
|
(160) |
Il-kumpensi USO huma selettivi b'mod ċar peress li jibbenefikaw biss impriża waħda: Correos. |
B. Il-kunċett ta' impriża
|
(161) |
Il-finanzjament mogħti lil entità jista' jikkwalifika biss bħala għajnuna mill-Istat jekk dik l-entità tkun “impriża” fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“Qorti tal-Ġustizzja”) b'mod konsistenti ddefinixxiet impriżi bħala entitajiet involuti f'attività ekonomika (36). Il-kwalifika ta' entità bħala impriża, għalhekk, tiddependi min-natura ta'attività tagħha, irrispettivament mill-istatus legali tal-entità jew mill-mod li bih hija ffinanzjata (37). Ġeneralment, attività trid tiġi kkunsidrata ta' natura ekonomika fejn tikkonsisti fil-provvediment ta' oġġetti u servizzi fis-suq (38). Entità li twettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi għandha titqies bħala impriża biss fir-rigward ta' dawk tal-ewwel (39). Is-sempliċi fatt li entità ma jkollhiex skop ta' profitt mhux bilfors ifisser li l-attivitajiet tagħha mhumiex ta' natura ekonomika (40). |
|
(162) |
Fil-każ attwali, Correos toffri servizzi postali bi ħlas fis-suq Spanjol u f'kompetizzjoni ma' fornituri oħra. L-offerta ta' servizzi postali fuq dan is-suq b'hekk tammonta għal attività ekonomika. Il-kumpensi tal-USO jikkumpensaw lil Correos għall-forniment ta' wħud minn dawn is-servizzi postali u b'hekk jikkumpensaw attività ekonomika. Għaldaqstant, fir-rigward tal-attivitajiet iffinanzjati mill-miżuri inkwistjoni, Correos trid tkun kwalifikata bħala impriża. |
C. Vantaġġ ekonomiku
|
(163) |
Vantaġġ għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma kinitx tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fl-assenza tal-intervent tal-Istat (41). Huwa biss l-effett tal-miżura fuq l-impriża li huwa rilevanti, u la l-kawża u lanqas l-objettiv tal-intervent tal-Istat (42). Kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża titjieb bħala riżultat tal-intervent tal-Istat, ikun hemm vantaġġ. |
|
(164) |
Il-kumpensi tal-USO huma mfassla li jkopru l-kost nett kollu kollu jew parti minnu li jiġi sostnut minn Correos fit-twettiq tal-USO. Mingħajr l-intervent mill-Istat, Correos kien ikollha tħallas dawn il-kostijiet hija stess. Il-miżura taħt valutazzjoni teħles lil Correos minn uħud mill-kostijiet tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha u b'hekk ittejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Correos. Konsegwenza ta' dan, u mingħajr preġudizzju għall-kwistjoni jekk il-miżura tikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sentenza Altmark, il-miżura taħt valutazzjoni prima facie tagħti vantaġġ lil Correos. |
D. Konformità mal-kriterji Altmark
|
(165) |
Il-kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil kumpanija li tikkonforma mal-erba' kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza ta' Altmark jitqies li ma jagħti l-ebda vantaġġ ekonomiku u b'hekk ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat (43). Dawk il-kriterji kumultattivi huma dawn li ġejjin:
|
|
(166) |
Fir-rigward tal-kumpens mogħti lil Correos matul il-perjodu taħt rieżami, il-Kummissjoni tikkonferma l-fehmiet li ġew meħuda fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016 (44) li t-tielet u r-raba' kriterji Altmark mhumiex sodisfatti. |
It-tielet kriterju Altmark
|
(167) |
Fid-deċiżjoni tagħha tal-25 ta' Jannar 2012 rigward bpost (45), il-Kummissjoni ddeterminat marġni ta' referenza tal-profitt raġonevoli applikabbli għall-operaturi postali fl-Unjoni. Il-Kummissjoni ddeterminat dak il-marġni ta' referenza tal-livell ta' profitt fuq il-bażi ta' tlett studji esperti (rispettivament permezz ta' WIK Consult, Deloitte, u Charles River Associates). Dak il-marġni ta' referenza tal-profitt applikabbli għall-operaturi postali kollha tal-UE (espress bħala ROS) huwa bbażat fuq il-profittabbiltà osservata ta' settijiet ta' ditti komparabbli fis-settur postali u tal-pakketti f'diversi pajjiżi. B'mod partikolari, f'każijiet fejn operatur postali huwa espost għal grad sinifikanti ta' riskju, tapplika l-firxa ta' referenza [ROS ta' 5,4-7,4 %], filwaqt li f'każijiet fejn hemm biss riskju limitat, tintuża l-firxa ta' referenza [ROS ta' 3,6-4,8 %] (46). |
|
(168) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016, il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji li Correos setgħet irċeviet kumpens żejjed abbażi tal-kalkolu li ġej (ara t-tabella 11) bl-użu tal-ogħla parametru referenzjarju tar-ROS determinat fil-każ bpost. Tabella 11 Kumpens żejjed potenzjali ta' Correos
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(169) |
L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos (47) għamlu xi kummenti rigward id-dubji espressi mill-Kummissjoni (ara t-taqsimiet 4.1.1 u 5.1.1):
|
|
(170) |
Dawn l-argumenti differenti huma diskussi hawn taħt. |
— Il-metodoloġija tal-NAC tista' tintuża biex tivverifika jekk it-tielet (3) kriterju Altmark ġiex issodisfat.
|
(171) |
L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos jikkunsidraw li t-tielet (3) kriterju Altmark jista' jiġi vverifikat permezz ta' metodoloġija tal-NAC (jiġfieri l-assenza ta' kumpens żejjed mitlub mit-tielet (3) kriterju Altmark tista' tiġi vverifikata billi l-NAC tal-SGEI jitqabbel mal-kumpens mogħti lill-fornitur tal-SGEI). |
|
(172) |
Il-Kummissjoni tfakkar li s-sentenza Altmark ġiet adottata fid-29 ta' Lulju 2003. Ma hemm l-ebda dubju li fil-mument tal-adozzjoni ta' dik is-sentenza, l-uniku metodu ta' kalkolu applikabbli għall-kost nett tal-SGEIs kien il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet. Is-sentenza Altmark innifisha tirreferi għall-kostijiet sostnuti u riċevuti li jidentifikaw mingħajr dubju l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet filwaqt li l-NAC jistrieħ essenzjament fuq il-kunċett ta' kostijiet evitati (li min-natura tagħhom stess mhumiex sostnuti). |
|
(173) |
Il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet ġiet inkluża fil-Qafas tal-SGEI tal-2005 (48) li kien japplika mid-29 ta' Novembru 2005 sal-31 ta' Jannar 2012, u serviet bħala l-bażi għal diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kumpens għall-USOs f'dak il-perjodu (49) Hija wkoll il-metodoloġija li għandha tintuża skont il-Qafas tal-SGEI tal-2012 jekk ma tkunx tista' tiġi applikata l-metodoloġija tal-NAC (50). Il-metodoloġija tal-NAC ġiet introdotta biss formalment mill-Kummissjoni, bħala mod validu kif jiġi kkalkolat il-kost nett tal-USO, fid-Direttiva 2008/6/KE (li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011) u l-Qafas tal-SGEI tal-2012 (li daħal fis-seħħ fil-31 ta' Jannar 2012). |
|
(174) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkjarifikat li l-kunċett ta' għajnuna mill-Istat huwa kunċett oġġettiv u legali definit direttament mit-Trattat (51). Jidher għalhekk żbaljat li l-metodoloġija użata tiġi modifikata maż-żmien għall-evalwazzjoni tal-preżenza ta' għajnuna skont is-sentenza Altmark sabiex tallinjaha mal-għażliet magħżula mill-Kummissjoni fil-qafas tal-SGEI tal-2012, li jiddeskrivi l-kundizzjonijiet għall-kompatibbiltà ta' ċerti kumpensi SGEI. Fi kwalunkwe każ, kif spjegat fil-premessa 172, interpretazzjoni bħal din hija kuntrarja għall-ittra tas-sentenza. |
|
(175) |
Il-Kummissjoni, għalhekk, ma taqbilx li l-metodoloġija tal-NAC tista' tintuża biex tivverifika l-konformità mat-tielet (3) kriterju tas-sentenza Altmark. |
— Il-metodoloġija Spanjola hija implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC.
|
(176) |
L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos jiddefendu li l-metodoloġija Spanjola hija implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC rikonoxxuta bħala metodu xieraq biex jiġi kkalkolat il-kost nett tal-USO fid-Direttiva 2008/6/KE u fil-Qafas tal-SGEI tal-2012. |
|
(177) |
Il-Kummissjoni tqis li, anki kieku l-metodoloġija tal-NAC tista' tintuża biex tivverifika l-konformità mat-tielet (3) kriterju Altmark, quod non, il-metodoloġija Spanjola evidentement ma tistax titqies bħala implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC. |
|
(178) |
L-ewwel nett, jista' jiġi osservat li, kif rikonoxxut mill-awtoritajiet Spanjoli nfushom, il-metodu Spanjol japplika l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet għas-Settur Riżervat tal-USO (ara l-premessa 139). Skont l-awtoritajiet Spanjoli, huwa biss l-approċċ applikat fis-settur mhux riżervat tal-USO (fejn il-kost nett huwa daqs is-somma tat-telf tas-segmenti li jagħmlu telf tas-settur mhux riżervat tal-USO) li jista' potenzjalment jiġi pparagunat mal-NAC (ara l-premessa 139). Dan l-approċċ doppju jidher fih innifsu li qed jikkontradixxi l-metodoloġija tal-NAC kif deskritta (52) u implimentata mill-Kummissjoni fil-prattika tad-deċiżjoni tagħha (53), li timplika li s-sitwazzjoni tal-kumpanija sħiħa tiġi mqabbla bl-obbligu tas-servizz pubbliku kif ukoll mingħajru (f'dan il-każ l-USO). |
|
(179) |
Anke meta jrid jiġi kkunsidrat biss is-settur mhux riżervat tal-USO, il-metodoloġija Spanjola tippreżenta wkoll għadd ta' differenzi meta mqabbla mal-metodoloġija tal-NAC, kif deskritta u implimentata mill-Kummissjoni fil-prattika deċiżjonali tagħha. |
|
(180) |
L-ewwel nett, il-metodoloġija Spanjola ma tidher li hi mibnija fuq l-ebda xenarju kontrofattwali realistiku li huwa element ewlieni tal-metodoloġija tal-kost evitat nett. Fil-fatt, hija tikkunsidra biss ex-post it-telf taċ-ċentri tal-kostijiet li jagħmlu t-telf. L-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li hija mibnija fuq xenarju kontrofattwali impliċitu: kwalunkwe operatur privat ma kienx ikompli dawn iċ-ċentri li jagħmlu t-telf fin-nuqqas ta' obbligi ta' servizz pubbliku (ara l-premessa 139). Madankollu, approċċ bħal dan ma jidhirx li jiddeskrivi strateġija kummerċjali reali li tkun teħtieġ li ċ-ċentri tal-kostijiet jiġu ddeterminati ex-ante biex operatur ma jkomplix, peress li ma jistax ikun mistenni li jkun jaf minn qabel eżattament liema ċentri tal-kostijiet qed jagħmlu t-telf Barra minn hekk, il-metodoloġija Spanjola tidher li timplika li ċ-ċentri tal-kostijiet jistgħu jitwaqqfu u jinħolqu mill-ġdid meta jridu minn sena għal oħra matul il-perjodu ta' valutazzjoni, li mhuwiex xenarju kontrofattwali realistiku. |
|
(181) |
Barra minn hekk, il-metodoloġija Spanjola ma tikkorreġix għall-impatt tal-waqfien tal-forniment ta' dawk il-flussi tat-traffiku mhux profitabbli dwar il-profitabbiltà ta' prodotti u servizzi (USO jew mhux USO) oħrajn, kif mitlub ukoll mill-metodoloġija tal-NAC. |
|
(182) |
Fl-aħħar nett, il-metodoloġija Spanjola ma tiħux inkunsiderazzjoni benefiċċji intanġibbli u tas-suq u lanqas ma għandha inċentivi għall-kosteffiċjenza, kif tesiġi l-metodoloġija tal-NAC. |
|
(183) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ma tqisx li l-metodoloġija Spanjola hija implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC. |
— Il-kumpensi mogħtija lil Correos jikkorrispondu għall-NAC tal-USO, b'hekk ma jista' jkun hemm l-ebda kumpens żejjed u għalhekk it-tielet (3) kriterju Altmark jenħtieġ li jitqies sodisfatt.
|
(184) |
Kif spjegat fil-premessi 172 sa 175, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li l-metodoloġija tal-NAC hija xierqa biex tivverifika t-tielet (3) kriterju Altmark, barra minn hekk kif spjegat fil-premessi 176 sa 183, il-Kummissjoni ma tqisx li l-metodoloġija Spanjola hija implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC. |
|
(185) |
Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni tqis li l-kumpensi mogħtija lil Correos skont il-metodoloġija Spanjola ma jikkorrispondux għall-NAC tal-USO u li anki li kieku kienu jikkorrispondu, dan ma jkunx biżżejjed biex jiżgura l-konformità mat-tielet (3) kriterju Altmark. |
— L-aspettittivi leġittimi japplikaw fir-rigward tat-twettiq tat-tielet (3) kriterju Altmark bl-użu tal-metodoloġija tal-NAC u għalhekk bl-użu tal-metodoloġija Spanjola.
|
(186) |
L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos isostnu li Spanja jista' jkollha aspettattivi leġittimi rigward l-issodisfar tat-tielet (3) kriterju Altmark permezz tal-użu tal-metodoloġija tal-NAC u tal-metodoloġija Spanjola. |
|
(187) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet (54), fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, li meta għajnuna ma tkunx ġiet innotifikata lill-Kummissjoni, u għalhekk tkun għajnuna illegali, ma jista' jkun hemm l-ebda rikors għall-prinċipju ta' protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Għaldaqstant, aspettattiva leġittima li l-għajnuna mogħtija hija legali ma tistax, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tiġi invokata jekk din l-għajnuna tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni. |
|
(188) |
Spanja qatt ma nnotifikat kumpensi tal-USO lill-Kummissjoni minkejja l-pubbliċità magħmula mill-Kummissjoni dwar il-prattika deċiżjonali tagħha tal-għajnuna mill-Istat fis-settur postali (55). B'mod partikolari, id-deċiżjonijiet tal-għajnuna mill-Istat tal-Kummissjoni fis-settur postali disponibbli pubblikament jivvalutaw il-konformità mal-kundizzjonijiet Altmark u l-ebda waħda minnhom ma aċċettat il-metodoloġija tal-NAC bħala mezz xieraq biex jiġi vverifikat it-tielet (3) kriterju Altmark. Barra minn hekk, diversi deċiżjonijiet jipprovdu gwida dwar l-approċċ tal-Kummissjoni rigward il-metodoloġija tal-NAC (56) u fuq dik il-bażi huwa ċar li l-metodoloġija Spanjola ma tikkorrispondix mal-metodoloġija tal-NAC kif implimentata mill-Kummissjoni (kif spjegat fil-premessi 177 sa 183). |
|
(189) |
Il-Kummissjoni tqis li r-rapport NERA, li ħareġ fl-1998 (li ma kellu ebda effett vinkolanti), ma jista joħloq ebda aspettattiva leġittima rigward il-valutazzjoni tal-preżenza tal-għajnuna fil-kumpensi għas-servizz pubbliku, li ġiet definita b'mod ċar mis-sentenza Altmark tal-2003 u mill-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni sa minn din is-sentenza. |
— L-awtoritajiet Spanjoli pproponew ukoll alternattiva għall-implimentazzjoni tal-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet li twassal għal riżultat differenti minn dak tal-Kummissjoni.
|
(190) |
L-awtoritajiet Spanjoli jissuġġerixxu approċċi differenti biex jiġi kkalkolat il-kumpens żejjed tal-USO (ara t-taqsima 5.3.1). |
|
(191) |
Mingħajr ma tieħu pożizzzjoni f'dan l-istadju dwar dawn l-approċċ alternattivi, il-Kummissjoni tinnota li huma jwasslu wkoll għall-konklużjoni li Correos ġiet ikkumpensata żżejjed għall-konsenja tas-servizzi mhux riżervati tal-USO. Fuq dak il-bażi, it-tielet (3) kriterju Altmark mhuwiex issodisfat. |
Ir-raba' kriterju Altmark
|
(192) |
Rigward ir-raba' kriterju Altmark, il-fatt li l-USO ma ngħatax riżultat ta' proċedura ta' akkwist pubbliku miftuħa, iżda ġie fdat direttament lil Correos mill-awtoritajiet Spanjoli, mhuwiex ikkontestat. |
|
(193) |
Madankollu, l-awtoritajiet Spanjoli argumentaw li Correos huwa kkumpensat skont il-kostijiet ta' impriża mmexxija tipikament tajjeb. B'appoġġ għal dik il-pretensjoni, l-awtoritajiet Spanjoli pprovdew studju minn Frontier Economics lill-Kummissjoni. |
|
(194) |
L-istudju għandu l-għan li jippreżenta analiżi komparattiva tal-kostijiet ta' Correos mal-kostijiet ta' operaturi postali oħrajn Ewropej responsabbli sabiex jipprova li l-kumpensi tal-USO mogħtija lil Correos jissodisfaw ir-raba' kriterju Altmark. L-istudju juża mudell ekonometriku biex jistima l-kostijiet ta' impriża ipotetika mmexxija tipikament tajjeb fuq il-bażi ta' informazzjoni minn diversi fornituri tal-USO postali Ewropej. Il-kostijiet reali ta' Correos huma mqabbla mal-kostijiet li din l-impriża mmexxija tipikament tajjeb kien ikollha li kieku kellha tkun f'sitwazzjoni (eż. fir-rigward tad-densità tan-netwerk) simili għal dik ta' Correos. Ir-riżultati tal-istudju jissuġġerixxu li l-kostijiet ta' Correos fil-perjodu 2005-2010 kienu aktar baxxi minn dawk tal-impriża ipotetika mmexxija tipikament tajjeb kif stmat mill-mudell ekonometriku. |
|
(195) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016, il-Kummissjoni esprimiet dubji rigward il-fatt li l-impriża ipotetika mmexxija tipikament tajjeb ddefinita fl-istudju hija fil-fatt operatur postali effiċjenti. Fil-fatt, ma ġiex muri li l-fornituri tal-USO li ġew analizzati biex jistabbilixxu dan il-parametru referenzjarju huma nfushom operaturi effiċjenti. Minflok, l-istudju sempliċement isemmi li dawn l-operaturi postali huma kkunsidrati “mmexxija sew u pprovduti b'mod xieraq, għax ma hemm l-ebda evidenza ta' kwalunkwe tip li turi li dawn huma ineffiċjenti, jew li turi li għandhom inċentivi biex joperaw b'mod ineffiċjenti”. Dan l-argument, madankollu, huwa aktar diffiċli li wieħed jaċċetta jekk jitqies li s-sett jinkludi fornituri tal-USO (57) li rċevew kumpens tal-USO, u li għalihom il-Kummissjoni diġà adottat deċiżjonijiet li jikkonkludu li l-kostijiet tagħhom ma jistgħux jitqiesu bħala kostijiet effiċjenti (58). |
|
(196) |
L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos jargumentaw li l-Kummisjoni ma ddikjaratx formalment fid-deċiżjonijiet dwar il-kumpensi tal-USO mogħtija lil Hellenic Post u Poste Italiane li l-operatur ma kienx effiċjenti (ara l-premessi 62 u 95). Jista' jiġi nnutat li l-Kummissjoni rrifjutat approċċ simili fid-deċiżjoni tal-2012 ta' Poste Italiane (59) abbażi ta' tqabbil ma' sett ta' operaturi postali minħabba l-fatt li l-informazjoni disponibbli ma kinitx tippermetti li jiġi konkluż li dawn l-operaturi kienu effiċjenti. Il-Kummissjoni ssostni l-opinjonijiet tagħha li mhuwiex possibbli li wieħed sempliċement jassumi li l-operaturi postali medji huma kosteffiċjenti, b'mod partikolari fid-dawl tar-ristrutturar kontinwu li qed ikollu impatt fuq dan is-settur. |
|
(197) |
Barra minn hekk, il-kumpens tal-USO ta' Correos ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-metodoloġija Spanjola li, skont l-awtoritajiet Spanjoli, tikkostitwixxi applikazzjoni tal-metodoloġija tal-NAC. Dan l-aspett jidher li jikkontradixxi r-raba' kriterju Altmark li jirreferi għall-kost sostnut ta' impriża mmexxija tjjeb. |
|
(198) |
Finalment, kif ġie spjegat fil-premessi 167-168, il-Kummissjoni tqis li t-tielet (3) kriterju Altmark mhuwiex issodisfat għax il-metodoloġija użata mill-awtoritajiet Spanjoli tidher li rriżultat f'ammonti ta' kumpens li qabżu l-kost nett tal-USO ta' Correos (inkluż profitt raġonevoli) Dan ifisser li anki jekk jiġi aċċettat li l-kostijiet ta' Correos huma dawk ta' impriża mmexxija tajjeb, xorta ma jistax jitqies li l-kumpens mogħti lil Correos ġie stabbilit fuq il-bażi ta' dawn il-kostijiet. |
|
(199) |
Konsegwentent, ma jistax jiġi konkluż li l-livell ta' kumpens mogħti lil Correos ġie ddeterminat fuq il-bażi ta' analiżi tal-kostijiet, li kienet issostni impriża tipika, immexxija tajjeb u mgħammra b'mod adegwat fl-istess settur, meta jitqiesu l-irċevuti u profitt raġonevoli għat-twettiq tal-obbligi. |
Konklużjoni
|
(200) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li tnejn mill-erba' kundizzjonijiet ta' Altmark mhumiex issodisfati fil-każ attwali, u għalhekk irid jitqies li l-kumpensi qed jikkonferixxu vantaġġ lil Correos. |
7.1.1.3. Id-Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(201) |
L-għajnuna pubblika għall-impriżi jammonta biss għal għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat jekk “twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni” u biss safejn “tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri”. |
|
(202) |
Rigward il-prinċipju tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, miżura mogħtija minn Stat titqies li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni meta huwa probabbli li ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju meta mqabbla ma' dik ta' impriżi oħra li jikkompeti magħhom (60). Għall-finijiet prattiċi kollha, distorsjoni tal-kompetizzjoni hija għalhekk preżunta hekk kif Stat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f'settur liberalizzat fejn hemm, jew jista' jkun hemm, kompetizzjoni. |
|
(203) |
Rigward il-prinċipju tal-effett fuq il-kummerċ, il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet li kwalunkwe għotja ta' għajnuna lil impriża li teżerċita l-attivitajiet tagħha fis-suq intern tista' possibilment taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri (61). Fil-qasam tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, effett fuq il-kummerċ mhuwiex prekluż a priori mill-karattru lokali jew reġjonali tas-servizz ipprovdut. Filwaqt li ma hemm ebda livell limitu strett jew perċentwal li taħthom jista' jitqies li l-kummerċ bejn l-Istati Membri mhuwiex affettwat, l-ambitu limitat tal-attività ekonomika, kif jista' jkun evidenzjat minn dħul baxx ħafna, jagħmel il-preżenza ta' effett fuq il-kummerċ anqas probabbli. |
|
(204) |
Fir-rigward ta' dan il-każ, il-Kummisjoni tosserva li Correos kienet attiva fis-swieq għal oġġetti postali u pakketti li huma kkaratterizzati minn kompetizzjoni qawwija ma' fornituri oħra minn Stati Membri differenti (jiġifieri Deutsche Post, TNT, La Poste, UPS, CTT Correios Portugal u Royal Mail). Konsegwenza ta' dan, ma hemm l-ebda dubju li kwalunkwe miżura li tibbenefika lil Correos tista' taffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
7.1.1.4. Konklużjoni
|
(205) |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kumpensi tal-USO mogħtija lil Correos skont il-Liġi Postali tal-1998 jissodisfaw il-kriterji kumulattivi tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u li l-miżura, għalhekk, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens ta' dik id-dispożizjzoni. |
7.1.2. GĦAJNUNA EŻISTENTI JEW ĠDIDA
|
(206) |
L-Artikolu 1(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (62) jipprevedi li għajnuna eżistenti tfisser “l-għajnuna kollha qabel id-dħul fis-seħħ tat-TFUE fl-Istat Membri rispettivi.” B'hekk isegwi li kwalunkwe skema ta' għajnuna li kienet teżisti fi Spanja qabel l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni fl-1 ta' Jannar 1986 jenħtieġ li titqies bħala għajnuna eżistenti. |
|
(207) |
Skont l-Artikolu 1(c) tal-istess regolament: “għajnuna ġdida' tfisser kull għajnuna, jiġifieri, skemi ta' għajnuna u għajnuna individwali, li ma jkunux għajnuna eżistenti, inkluż tibdil fl-għajnuna eżistenti.” Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, li tistabbilixxi jekk għajnuna ġietx mibdula, huwa deċiżiv li jiġi eżaminat jekk id-dispoiżzzjonijiet li jippreveduha ġewx mibdula (63). Fis-sentenzi sussegwenti, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali komplew elaboraw dwar x'tip ta' alterazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jipprevedu l-għajnuna tibdel għajnuna eżistenti f'għajnuna ġdida. Skont il-Qorti Ġenerali, “huwa biss meta l-bidla taffettwa s-sustanza attwali tal-iskema oriġinali li din tal-aħħar hija ttrasformata fi skema ta' għajnuna ġdida. Ma jistax ikun hemm lok għal bidla sostantiva bħal din meta l-element il-ġdid ikun separat b'mod ċar mill-iskema inizjali.” (64) |
|
(208) |
F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi Postali tal-1998, it-telf globali nett ta' Correos (irrispettivament minn jekk dan it-telf kienx ikkawżat minn attivitajiet inklużi fl-USO jew le) kien ikkompensat direttament mill-baġit tal-Istat Spanjol. Wara l-adozzjoni tal-Liġi Postali tal-1998, l-Istat illimita l-finanzjament pubbliku ta' Correos għall-kumpens għall-forniment ta' attività tal-USO definita ġdida u ċirkoskritta u mhux aktar għat-telf nett globali tal-kumpanija. |
|
(209) |
Il-Kummissjoni, għalhekk, tikkunsida li n-natura tal-kumpens tal-USO ġiet mibdula fundamentalment b'żewġ modi. L-ewwel, il-Liġi Postali tal-1998 naqqset l-ambitu tal-kumpens billi llimitatu għal attivitajiet tal-USO, filwaqt li qabel l-attivitajiet kollha ta' Correos (jiġifieri inkluż dawk mhux tal-USO) kienu eliġibbli għal kumpens. Ta' min jinnota li tali tnaqqis fl-ambitu huwa kkunsidrat li jikkostitwixxi bidla fundamentali u mhux sempliċi tnaqqis tal-kumpens (65). Fil-fatt, skont is-sitwazzjonijiet finanzjarji rispettivi tas-servizzi tal-USO u mhux tal-USO, il-bidla tista' tirriżulta f'żieda jew tnaqqis tal-kumpens (66). It-tieni, il-metodu li jiddetermina l-ammont ta' kumpens ġie mibdul ukoll permezz tal-Plan de Prestación tal-2000 (ara l-premessa 26). Fil-fatt, filwaqt li inizjalment il-kumpens USO kien ibbażat fuq it-telf nett imġarrab minn Correos, il-Plan de Prestación kien jirrikjedi l-użu ta' metodoloġija speċifika (ara l-premessi 27 u 28) biex jiġi ddeterminat l-ammont ta' dan il-kumpens. |
|
(210) |
Il-Kummissjoni, għalhekk, tikkunsidra li l-iskema ġiet mibdula b'mod sinifikanti mill-adeżjoni ta' Spanja mal-Unjoni Ewropea fl-1986. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpensi tal-USO mogħtija lil Correos skont il-Liġi Postali tal-1998 ma jistgħux jikkawlifikaw bħala għajnuna eżistenti għall-finijiet tal-għajnuna mill-Istat u għalhekk iridu jiġu kkunsidrati bħala għajnuna ġdida, tal-anqas mid-dħul fis-seħħ tal-Liġi Postali tal-1998 fis-sena 1998. |
7.1.3. IL-LEGALITÀ TAL-MIŻURA TA' GĦAJNUNA
|
(211) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-kumpensi tal-USO koperti minn din id-deċiżjoni, safejn jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, ma kinux soġġetti għal notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Għalhekk, il-kumpensi USO jikkostitwixxu għajnuna illegali fis-sens tal-Artikolu 1(f) tar-Regolament (UE) 2015/1589. |
7.1.4. IL-KOMPATIBBILTÀ MAS-SUQ INTERN
7.1.4.1. Il-bażi ġuridika
A. Kompatibbiltà skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat
|
(212) |
Safejn il-kumpensi tal-USO għall-benefiċċju ta' Correos jammontaw għal għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern għandha tiġi vvalutata. Ir-raġunijiet li għalihom miżura ta' għajnuna mill-Istat tista' jew trid tiġi ddikkjarata kompatibbli mas-suq intern huma elenkati fl-Artikoli 106(2), 107(2), u 107(3) tat-Trattat. |
|
(213) |
Meta jitqies li l-awtoritajiet Spanjoli ddikkjaraw b'mod konsistenti li l-kumpensi USO mogħtija lil Correos skont il-Liġi Postali tal-1998 jikkostitwixxu kumpens għat-twettiq ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (“SGEI”), il-kompatibbiltà ta' dawk il-kumpensi mas-suq intern se jkun jeħtieġ li tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat. Dan l-artikolu jipprovdi li “impriżi nkarigati bl-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jew li jkollhom karattru ta' monopolju li jipproduċi d-dħul għandhom ikunu soġġetti għar-regoli li jinsabu fit-Trattati, b'mod partikolari għar-regoli dwar il-kompetizzjoni, sakemm l-applikazzjoni ta' tali regoli ma tostakolax il-prestazzjoni, fil-liġi jew fil-fatt, tal-kompiti partikolari assenjati lilhom. L-iżvilupp tal-kummerċ ma jridx jiġi affettwat sa punt fejn ikun kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni.” |
B. Applikazzjoni temporanja tal-Pakkett tal-SGEI tal-2012
|
(214) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-kundizzjonijiet skont liema hija tapplika l-Artikolu 106(2) tat-Trattat f'serje ta' strumenti, l-aktar riċenti, fost l-oħrajn, il-Qafas tal-SGEI tal-2012 u d-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2012 (67) (minn hawn 'il quddiem flimkien: “il-pakkett SGEI tal-2012”). Preċedentement, il-Kummissjoni kienet ħarġet u applikat il-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat stabbiliti fil-Qafas tal-SGEI tal-2005 (68) u fid-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 (69). |
|
(215) |
Fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-SGEI tal-2012, peress li l-ammont ta' kumpensi tal-USO mogħtija lil Correos matul il-perjodu 2004-2010 huma aktar minn EUR 15 miljun fis-sena, dak il-kumpens ma jaqax fl-ambitu tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2012, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tagħha. Huma ma jaqgħux ukoll fl-ambitu tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tagħha. |
|
(216) |
Fl-istadju attwali tal-iżvilupp tas-suq intern, l-għajnuna mill-Istat li taqa barra mill-ambitu tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2012 tista' tiġi ddikjarata inkompatibbli mal-Artikolu 106(2) tat-Trattat jekk hija meħtieġa għall-operazzjoni tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali kkonċernat u ma taffettwax l-iżvilupp tal-kummerċ sal-punt li tkun kontrarja għall-interessi tal-Unjoni (70). |
|
(217) |
Il-Qafas tal-SGEI tal-2012 jiddeskrivi l-kundizzjonijiet skont liema jinkiseb bilanċ bħal dan. Madankollu, f'konformità mal-paragrafu 69 tal-Qafas tal-SGEI tal-2012, peress li l-kumpensi tal-USO matul il-perjodu 2004-2010 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi li ġejjin ta' dak il-qafas ma japplikawx għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat:
|
|
(218) |
Għalhekk, fit-taqsima li ġejja, il-Kummissjoni se tivvaluta l-kumpensi tal-USO skont il-Qafas tal-SGEI tal-2012, esklużi l-paragrafi msemmija hawn fuq, u tiddetermina jekk dawn il-kumpensi jikkonformawx mal-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti f'dak il-qafas. |
7.1.4.2. Il-kompatibilità skont il-Qafas SGEI tal-2012
A. Servizz ta' interess ekonomiku ġenerali ġenwin kif imsemmi fl-Artikolu 106 tat-Trattat
|
(219) |
Is-servizz fdat lil Correos mill-Istat Spanjol huwa s-servizz postali universali kif meħtieġ mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/6/KE li jaqra: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jgawdu d-dritt ta' servizz universali li jinvolvi l-forniment permanenti ta' servizz postali ta' kwalità speċifikata fil-punti kollha fit-territorju tagħhom bi prezzijiet li wieħed jaffordja għall-konsumaturi kollha.”. Kif spjegat fil-premessi 4 sa 8 tad-Direttiva 2008/6/KE li temenda d-Direttiva 97/67/KE l-obbligi tas-servizz postali universali kif definiti fid-Direttiva dwar is-Servizzi Postali huma rikonoxxuti mill-Unjoni bħala li jikkostitwixxu servizzi ġenwini ta' interess ekonomiku ġenerali skont it-tifsira tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat. |
B. Ħtieġa ta' inkarigu li jispeċifika l-obbligi ta' servizz pubbliku u l-metodi għall-kalkolu tal-kumpens
|
(220) |
Kif indikat fit-taqsima 2.3 tal-Qafas tal-SGEI tal-2012, il-kunċett tal-SGEI skont it-tifsira tal-Artikolu 106 tat-Trattat ifisser li l-impriża inkwistjoni ġiet inkarigata bl-operat tas-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali permezz ta' att uffiċjali wieħed jew aktar. |
|
(221) |
Dawk l-atti jridu jispeċifikaw, b'mod partikolari:
|
|
(222) |
Il-Liġi Postali tal-1998 u l-Plan de Prestación tal-2000 li kkostitwew l-atti ta' inkarigu rilevanti għall-perjodu 2004-2010 jiddefinixxu b'mod ċar u jinkarigaw lil Correos bl-USO. It-territorju kkonċernat huwa t-territorju nazzjonali sħiħ ta' Spanja. |
|
(223) |
Fl-Artikolu 19 tagħha, il-Liġi Postali Spanjola tal-1998 tindika wkoll id-drittijiet esklussivi mogħtija lil Correos. Dawk id-drittijiet jinkludu, pereżempju, l-użu tal-marka “España”, il-kelma “Correos” u s-simboli relatati. |
|
(224) |
Il-Plan de Prestación tal-2000 jipprevedi mekkaniżmu li jikkalkola l-kost nett tal-USO (il-metodoloġija Spanjola) li jintuża bħala l-bażi għall-ammont ta' kumpens (71). Il-mekkaniżmu ta' kumpens u l-parametri għall-kalkolu tal-kumpens jistgħu għalhekk jiġu meqjusa definiti. |
|
(225) |
Peress li l-metodoloġija Spanjola pprevediet li jenħtieġ li l-ammont tal-kumpensi tal-USO jikkorrispondi għall-kalkolu ex-post tal-kost nett, jista' jiġi aċċettat li s-sistema kienet imfassla biex tevita l-kumpens żejjed safejn il-metodoloġija għall-kalkolu tkun ġiet meqjusa affidabbli. Filwaqt li l-Kummissjoni tikkontesta l-applikabbiltà tal-metodoloġija Spanjola, din mhijiex meqjusa li taffettwa l-konformità mal-kundizzjoni li jkunu previsti mekkaniżmi biex jiġi evitat il-kumpens żejjed. |
|
(226) |
Il-Kummissjoni, għalhekk, tqis li l-inkarigu ta' Correos jista' jitqies li hu konformi mal-Qafas tal-SGEI tal-2012. |
C. Durata tal-perjodu tal-inkarigu
|
(227) |
Kif indikat fit-taqsima 2.4 tal-qafas tal-SGEI tal-2012, “id-durata tal-perjodu tal-inkarigu għandha tiġi ġustifikata b'referenza għall-kriterji oġġettivi bħall-ħtieġa li tamortizza assi fissi mhux trasferibbli. Fil-prinċipju, id-durata tal-perjodu tal-inkarigu ma għandiex teċċedi l-perjodu meħtieġ għad-deprezzament tal-assi l-aktar sinifikanti meħtieġa biex jipprovdi l-SGEI.” |
|
(228) |
Il-Liġi Postali Spanjola tal-1998 ma speċifikatx id-durata tal-inkarigu tal-USO lil Correos. Madankollu, l-inkarigu ntemm fl-2011, meta l-Liġi Postali Spanjola ġdida tal-2010 daħlet fis-seħħ, u għalhekk id-durata attwali tal-inkarigu kienet ta' 12-il sena. |
|
(229) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li dan ir-rekwiżit tal-Qafas tal-SGEI tal-2012 jista' jwassal għal inkompatibbiltà tal-għajnuna li tiġi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Qafas. Fil-fatt, l-objettivi tad-dispożizzjoni tad-durata limitata inklużi fil-Qafas tal-SGEI tal-2012 huma li jiżguraw li l-Istat jirrieżamina s-sitwazzjoni tas-suq regolarment biex jivverifika li ż-żamma tas-servizz pubbliku għadha ġustifikata u tippermetti l-kompetizzjoni għall-għoti ta' dan is-servizz pubbliku permezz tal-applikazzjoni ta' regoli tal-akkwist pubbliku. Objettivi bħal dawn ma jistgħux jiġu segwiti għal miżura li tiġi kompluta fil-passat u li għalhekk ma tistax twassal għal inkompatibbiltà tal-kumpensi tal-USO mogħtija sal-2010 (72). |
|
(230) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li t-tul ta' żmien ta' 12-il sena tal-inkarigu ma jidhirx eċċessiv u huwa simili għall-perjodi ta' inkarigu li japplikaw għal fornituri oħra ta' USO fl-UE (73). |
|
(231) |
Għalhekk jista' jiġi aċċettat li t-tul ta' żmien ta' 12-il sena ma jaqbiżx il-perjodu ta' deprezzament tal-aktar assi sinifikanti użati minn Correos għall-forniment tal-USO kif meħtieġ mill-Qafas SGEI tal-2012. |
D. Konformità mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE (74)
|
(232) |
Skont il-paragrafu 18 tal-Qafas SGEI tal-2012, “l-għajnuna se titqies kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat biss meta l-impriża tikkonforma, fejn applikabbli, mad-Direttiva 2006/111/KE dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f'ċerti impriżi” |
|
(233) |
L-Artikolu 29 tal-Liġi Postali Spanjola tal-1998 jimponi kontijiet separati fis-sistema interna ta' kontabilità tal-fornitur tas-servizz universali. |
|
(234) |
Dan l-obbligu huwa implimentat b'mod partikolari permezz tal-Ordni FOM/2447/2004 tat-12 ta' Lulju dwar “il-kontabilità analitika u s-separazzjoni tal-kontijiet”. Il-Kummissjoni vverifikat li l-prinċipji stabbiliti f'dak ir-regolament huma konformi, f'termini ta' allokazzjoni ta' kostijiet diretti u mhux korretti, mal-prinċipji stabbiliti fil-Qafas SGEI tal-2012 (75). |
|
(235) |
Barra minn hekk, wara t-talba tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016, l-awtoritajiet Spanjoli pprovdew lill-Kummissjoni b'deskrizzjoni dettaljata tas-sistema kontabilistika analitika ta' Correos li hija miġbura fil-qosor fil-figura. Imputazzjoni tal-kost tal-attivi-tajiet lill-prodotti Imputazzjo-ni lil attivitajiet ta’ kostijiet imputati lil CeCos Valutazzjoni tal-kostijiet strutturali Imputazzjoni Diretta Kost għal kull Pro-dott/Servizz CeCos Operattivi Imputazzjoni tal-kostijiet lil CeCos Kostijiet indiretti Kostijiet diretti Imputazzjo-ni tal-kostijiet lil CeCos Kontabilità Finanzjarja Volum Żmien Kostijiet għal kull attività Struttura ta’ CeCos |
|
(236) |
Kif muri fil-premessa 235, is-sistema kontabilistika tal-kostijiet ta' Correos hija bbażata fuq il-metodoloġija tal-kontabbiltà tal-kostijiet imsejħa kkostjar ibbażat fuq l-attività. Is-sistema tal-kostijiet ibbażata fuq l-attività hija metodu partikolari tal-metodu ta' allokazzjoni tal-kostijiet imqassma b'mod sħiħ, li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Qafas SGEI tal-2012 (76) u hija konformi wkoll mar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur dwar il-kontabbiltà separata stabbiliti fl-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali. |
|
(237) |
Il-mudell analitiku ta' Correos essenzjalment jinkludi l-fażijiet li ġejjin:
|
|
(238) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sistema kontabilistika analitika stabbilita minn Correos hija xierqa sabiex jiġu separati l-attivitajiet USO mill-attivitajiet mhux USO kif ukoll fi ħdan l-USO, l-attivitajiet riżervata mill-attivitajiet mhux riservati. |
|
(239) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li Correos ikkonformat mad-Direttiva 2006/111/KE. |
A. L-Ammont ta' kumpens
Metodu ta' kalkolu xieraq
|
(240) |
Il-paragrafu 21 tal-Qafas SGEI tal-2012 jgħid li “(…) l-ammont tal-kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-kost tat-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku, inkluż profitt raġonevoli”. Jindika wkoll li “(…) Meta l-impriża twettaq ukoll attivitajiet li jaqgħu barra mill-ambitu tal-SGEI, il-kostijiet li għandhom jiġu kkunsidrati jistgħu jkopru l-kostijiet diretti kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku u kontribuzzjoni xierqa għall-kostijiet indiretti komuni kemm għas-SGEI kif ukoll għall-attivitajiet l-oħra. Il-kostijiet marbuta ma' kull attivitajiet li jkunu barra mill-ambitu tas-SGEI għandhom jinkludu l-kostijiet diretti kollha u kontribuzzjoni xierqa għall-kostijiet komuni.” |
|
(241) |
Il-paragrafu 24 tal-Qafas SGEI tal-2012 jgħid li “Il-kost nett meħtieġ, jew li huwa mistenni li jkun meħtieġ, għall-eżekuzzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku għandu jiġi kkalkulat billi tintuża l-metodoloġija tal-kostijiet netti evitati fejn din tkun meħtieġa mill-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u f'każijiet oħra fejn dan huwa possibbli.” |
|
(242) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016, il-Kummissjoni stmat li, peress li l-kumpensi tal-USO mogħtija skont il-Liġi Postali tal-1998 ingħataw bħala għajnuna illegali qabel id-dħul fis-seħħ tal-Qafas SGEI tal-2012 fil-31 ta' Jannar 2012, il-paragrafu 69 ta' dak il-qafas speċifikament eskluda l-applikazzjoni tal-paragrafu 24 tal-qafas u għalhekk l-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-NAC għal għajnuna illegali. |
|
(243) |
Tabilħaqq, in-nota 2 ta' qiegħ il-paġna tal-premessa 21 tal-Qafas SGEI tal-2012 tiċċara li jekk ma tkunx tista' tiġi applikata l-metodoloġija tal-NAC (jew, bħal f'dan il-każ, ma tapplikax) il-kost nett irid jiġi ddeterminat bħala l-kostijiet mingħajr id-dħul tal-obbligi tas-servizz pubbliku. Din il-“metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet” hija deskritta fil-paragrafi 28 et seq. tal-Qafas SGEI tal-2012. Kienet meqjusa l-metodoloġija xierqa għall-kalkolu tal-kumpens tas-SGEI taħt il-Qafas tas-SGEI tal-2005, li kienet tapplika mid-29 ta' Novembru 2005 sal-31 ta' Jannar 2012, u serviet bħala l-bażi għal diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kumpens għall-USOs f'dak il-perjodu (77). |
|
(244) |
L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos ikkontestaw speċifikament l-argument fil-kummenti tagħhom li jargumenta li l-Qafas SGEI tal-2012 ma evitax l-użu tal-NAC iżda sempliċiment ippermetta li ma jintużax qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu (ara b'mod partikolari l-premessa 98). |
|
(245) |
Il-Kummissjoni tqis li l-aċċettazzjoni tal-użu tal-metodoloġija tal-NAC għall-għajnuna illegali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-Qafas SGEI tal-2012 tippermetti lill-Istati Membri li jieħdu vantaġġ min-nuqqas ta' notifika ta' tali miżura ta' għajnuna illegali peress li tkun tista' tagħżel bejn il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet u l-NAC filwaqt li l-Istati Membri li nnotifikaw il-kumpensi tagħhom għas-SGEI, kif previst mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, kienu obbligati li jużaw metodu wieħed biss jiġifieri l-metodu tal-allokazzjoni tal-kostijiet. Dan l-approċċ għalhekk jippermetti li Spanja tieħu vantaġġ minħabba ksur tal-obbligi ta' notifika u tinvolvi ksur possibbli tal-prinċipju ta' trattament ugwali. Il-Kummissjoni għalhekk issostni li l-metodu ta' kontabilità biss jista' jintuża f'dan il-każ. |
|
(246) |
Fi kwalunkwe każ, anki li kieku jiġi aċċettat li l-metodoloġija tal-NAC kif preskritt mill-Qafas SGEI tal-2012 u d-Direttiva 2008/6/KE tista' tintuża f'dan il-każ, kif spjegat fil-premessi 176 sa 183, il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija Spanjola ma tistax titqies bħala implimentazzjoni valida tal-metodoloġija tal-NAC kontra dak li huwa argumentat mill-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos. |
|
(247) |
Għalhekk, il-metodoloġija Spanjola mhijiex, irrispettivament mill-merti intrinsiċi potenzjali tagħha, metodu li l-Kummissjoni qatt irrikonoxxiet, la qabel id-dħul fis-seħħ tal-Qafas SGEI tal-2012 u lanqas wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. |
|
(248) |
F'ċirkustanzi bħal dawn, il-Kummissjoni tqis li l-uniku metodu li jista' jintuża huwa l-metodu ta' kontabilità li kien l-uniku metodu ta' referenza fil-mument meta ngħataw il-kumpensi USO u li kien il-bażi għal diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kumpens għall-USOs f'dak il-perjodu. |
Parametri referenzjarji xierqa għall-profitt raġonevoli
|
(249) |
Kif spjegat fil-premessa 167, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha tal-25 ta' Jannar 2012, iddeterminat parametru referenzjarju tal-marġni ta' profitt raġonevoli applikabbli għall-operaturi postali kollha fl-Unjoni. |
|
(250) |
L-awtoritajiet Spanjoli kkontestaw l-applikabbiltà ta' dawn il-parametri referenzjarji għal Correos, u argumentaw li kull każ għandu jiġi vvalutat fuq il-merti tiegħu. Il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Spanjoli biex jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar is-suq postali Spanjol li tippermetti valutazzjoni tal-opportunità li jkun hemm parametri referenzjarji differenti għal Correos. Madankollu, ma ġietx ipprovduta informazzjoni ta' dan it-tip. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni se tapplika l-parametru referenzjarju ta' medda ta' profitt raġonevoli stabbilit fil-każ bpost għal dan il-każ. |
Valutazzjoni tal-approċċ alternattiv issuġġerit mill-awtoritajiet Spanjoli
|
(251) |
F'każ li l-Kummissjoni tapplika l-metodu kontabilistiku għall-kumpensi USO mogħtija lil Correos skont il-Liġi Postali tal-1998, l-awtoritajiet Spanjoli argumentaw li għandhom jiġu kkunsidrati l-elementi li ġejjin (ara t-taqsima 5.3.1):
|
|
(252) |
Dawn is-suġġerimenti huma analizzati fil-premessi 253 sa 263. |
— Valutazzjoni separata tal-kumpensi mogħtija lis-settur riżervat tal-USO u lis-settur mhux riżervat tal-USO
|
(253) |
L-awtoritajiet Spanjoli argumentaw li l-kumpensi tal-USO riċevuti minn Correos għall-konsenja ta' servizzi riżervati u mhux riżervati għandhom jiġu vvalutati separatament. |
|
(254) |
Wara li analizzat l-argumenti pprovduti mill-awtoritajiet Spanjoli matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tqis li l-qasma bejn is-settur Riżervat/Mhux Riżervat tista' tiġi aċċettata peress li:
|
|
(255) |
Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li l-aċċettazzjoni ta' din il-qasma tinvolvi li l-kumpensi tal-USO lis-settur riżervat u l-kumpensi tal-USO lis-settur mhux riżervat għandhom jiġu vvalutati separatament mingħajr ebda rikonċiljazzjoni ulterjuri taż-żewġ valutazzjonijiet. Bil-qasma, il-Kummissjoni tikkonferma li r-riżultati ppreżentati fit-taqsima 5.3.1 huma korretti:
|
|
(256) |
Il-kumpens żejjed ta' Correos għall-forniment ta' servizzi mhux riżervati huwa għalhekk ugwali għal EUR 317,387 miljun (f'termini nominali). |
— Tnaqqis permezz tal-kumpens żejjed permezz ta' dividendi mħallsa minn Correos.
|
(257) |
L-awtoritajiet Spanjoli argumentaw li l-kumpens żejjed ta' Correos għandu jitnaqqas mid-dividendi mħallsa minn Correos matul l-2004–2010 (madwar EUR 151 miljun). |
|
(258) |
Bħala prinċipju, il-Kummissjoni ma tqisx li d-dividendi huma mezz xieraq biex jitnaqqas il-kumpens żejjed kif imsemmi fil-każ Dansk Statsbaner (78). Madankollu, f'dan il-każ, il-Kummissjoni tifhem li ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ kienu għamlu l-ħlas ta' dividendi probabbilment l-uniku mod prattiku biex jiġi limitat l-impatt ta' kumpens żejjed ta' Correos li jirriżulta mill-profitti għolja ta' Correos fis-settur mhux riżervat. |
|
(259) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni taqbel li Spanja pprovdiet biżżejjed evidenza li turi li d-deċiżjoni li jitħallsu d-dividendi oriġinat pjuttost mill-Istat Spanjol (bl-użu tal-pożizzjoni tiegħu bħala azzjonist uniku ta' Correos) milli mill-maniġment ta' Correos innifisha. |
|
(260) |
Minbarra l-inklużjoni ta' dawn id-dividendi mill-Istat fil-baġit tiegħu ferm qabel il-pagament reali tagħhom li għandha t-tendenza li turi li l-Istat kien qed jikkontrolla d-deċiżjoni, huwa wkoll diffiċli li jiġi identifikat l-interess ekonomiku għal Correos, bħala kumpanija, biex id-dividendi jitħallsu lill-Istat f'dak il-perjodu. L-inċentivi tipiċi għal kumpanija biex tirremunera l-azzjonist tagħha (tattira investituri, fondi futuri siguri, turi s-saħħa finanzjarja tajba tal-kumpanija) ma jidhrux rilevanti fis-sitwazzjoni inkwistjoni meta l-Istat ikun l-uniku azzjonist u fejn il-kumpanija kienet assigurata li tirċievi finanzjament kontinwu sal-2010 mill-Istat. Għal dawn ir-raġunijiet, meta wieħed iqis il-qafas legali speċifiku li kien fis-seħħ, jista' jiġi aċċettat li d-deċiżjoni li jiġu mħallsa d-dividendi toriġina essenzjalment mill-Istat li uża din l-għodda biex jiġbed fondi mill-kumpanija. |
|
(261) |
Fir-rigward tal-Istat Spanjol, il-ħlas ta' kumpensi sinifikanti għall-USO u fl-istess ħin il-ġbir tad-dividendi jista' jidher inkonsistenti iżda jista' jinftiehem fil-kuntest fejn id-dividendi kienu fil-fatt mezz biex jitnaqqas il-finanzjament żejjed potenzjali li xorta kellu jitħallas lil Correos skont il-Plan de Prestación tal-2000. Tabilħaqq, peress li Spanja kienet iffirmat kuntratt ta' servizz pubbliku li jiddefinixxi b'mod awtomatiku l-ammont ta' kumpens li għandu jitħallas lil Correos irrispettivament mil-livell ta' profitt attwali tal-kumpanija, jista' jinftiehem li d-dividendi jistgħu jaqdu f'ċirkostanzi bħal dawn ir-rwol ta' mekkaniżmu ta' rkupru. |
|
(262) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li dawn id-dividendi essenzjalment joriġinaw minn servizzi mhux riżervati tal-USO li ġew ikkumpensati żżejjed, li kienu s-sors tal-profitt ta' Correos. Barra minn hekk, Correos li kienet profittabbli ħafna fis-snin korrispondenti ma tidhirx li ġibdet xi benefiċċju partikolari mill-fondi miżmuma temporanjament: b'mod partikolari, ma kisbitx self mill-banek li setgħu bbenefikaw minn affidabbiltà kreditizja aħjar u ma għamlitx akkwiżizzjonijiet partikolari. |
|
(263) |
F'ċirkustanzi bħal dawn, il-Kummissjoni taċċetta li tnaqqas il-kumpens żejjed imħallas minn Correos bid-dividendi mħallsa minn Correos matul l-2004–2010. |
|
(264) |
It-tabella 12 tiġbor fil-qosor il-kalkolu tal-ammont nominali tal-irkupru: Tabella 12 Kalkolu tal-kumpens żejjed
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
7.1.5. KONKLUŻJONI
|
(265) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi l-ewwel li l-kumpensi tal-USO mogħtija lil Correos taħt il-Liġi Postali 1998 jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat. |
|
(266) |
Barra minn hekk, dawn il-kumpensi tal-USO jikkostitwixxu għajnuna inkompatibbli skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat sal-punt li dawn jingħataw kumpens żejjed lil Correos. |
|
(267) |
Wara t-tnaqqis tad-dividend, il-kumpens żejjed huwa ta' EUR 166,112 miljun. |
|
(268) |
L-ammont attwali li għandu jiġi rkuprat jista' jqis aġġustament tat-taxxa (79) kif previst mill-Avviż dwar l-Irkupru (80) li jiddikjara fil-paragrafu 50 tiegħu li “L-awtoritajiet nazzjonali huma permessi li jqisu l-inċidenza tas-sistema tat-taxxa sabiex jiddeterminaw l-ammont li għandu jiġi rimborżat. Meta benefiċjarju ta' għajnuna illegali u inkompatibbli jkun ħallas it-taxxa fuq l-għajnuna li rċieva, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu, skont ir-regoli nazzjonali tagħhom tat-taxxa, iqisu l-ammont tat-taxxa mħallsa qabel billi jirkupraw biss l-ammont nett li l-benefiċjarju jkun irċieva. Il-Kummissjoni tqis li f'każijiet bħal dawn, jeħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jiżguraw li l-benefiċjarju ma jkunx jista' jgawdi minn tnaqqis ieħor mit-taxxa billi jiddikjara li r-rimborż naqqas id-dħul taxxabbli tiegħu, peress li dan ikun ifisser li l-ammont nett tal-irkupru kien aktar baxx mill-ammont nett riċevut inizjalment.” |
|
(269) |
Għaldaqstant, l-ammont effettiv li għandu jiġi rkuprat jista' jqis aġġustament tat-taxxa bis-suppożizzjoni li Spanja tirrispetta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 50 tal-avviż ta' rkupru. Se jinkludi wkoll interessi mid-data li fiha kull kumpens tal-USO tpoġġa għad-dispożizzjoni ta' Correos sal-irkupru. |
7.2. L-EŻENZJONIJIET MIT-TAXXA MIKSUBA MINN CORREOS: IT-TAXXA FUQ IL-PROPJETÀ IMMOBBLI (IBI) U T-TAXXA FUQ L-ATTIVITAJIET EKONOMIĊI (IAE)
7.2.1. L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT FIT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TRATTAT
7.2.1.1. Il-miżuri imputabbli għall-Istat u mogħtija minn riżorsi tal-Istat
|
(270) |
L-Artikolu 107(1) tat-Trattat jeħtieġ li l-miżura tingħata minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma. Telf ta' dħul mit-taxxa hu ekwivalenti għall-konsum ta' riżorsi tal-Istat fil-forma ta' nefqa fiskali. |
|
(271) |
Kif sostniet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Banco Exterior de España, miżura li biha l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu lil ċerti impriżi eżenzjoni mit-taxxa li, għalkemm ma tinvolvix trasferiment ta' flus kontanti tar-riżorsi tal-Istat, tqiegħed lill-persuni li għalihom tapplika l-eżenzjoni mit-taxxa f'sitwazzjoni finanzjarja aktar favorevoli minn kontribwenti oħrajn, tissodisfa l-kunċett ta' “riżorsi tal-Istat” skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (81). |
|
(272) |
Bl-eżenzjoni ta' Correos mit-Taxxa fuq il-Proprjetà Immobbli u mit-Taxxa fuq l-Attivitajiet Ekonomiċi, l-awtoritajiet Spanjoli jitilfu dħul li jikkostitwixxi riżorsi tal-Istat. |
|
(273) |
Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawn l-eżenzjonijiet mit-taxxa jinvolvu telf ta' riżorsi tal-Istat u konsegwentement jingħataw mill-Istat permezz ta' riżorsi tal-Istat. |
|
(274) |
L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos argumentaw fil-kummenti tagħhom li l-eżenzjoni mit-taxxa tal-IBI mhijiex imputabbli għall-Istat minħabba li tirriżulta mid-deċiżjonijiet tal-Qorti Nazzjonali u mhux l-Istat innifsu (ara l-premessi 67 u 102). |
|
(275) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' dak l-argument, tabilħaqq f'każijiet fejn awtorità pubblika tagħti vantaġġ lil benefiċjarju, il-miżura hija skont id-definizzjoni imputabbli lill-Istat, anki jekk l-awtorità inkwistjoni tgawdi awtonomija legali minn awtoritajiet pubbliċi oħra (82). Għalhekk, l-għajnuna mogħtija permezz ta' sentenzi li joħorġu mill-qrati nazzjonali hija imputabbli għall-Istat u, b'hekk, tista' tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. |
7.2.1.2. Vantaġġ ekonomiku selettiv lil impriża
A. Il-kunċett ta' impriża
|
(276) |
Kif indikat fil-premessa 162, Correos għandha tiġi kkwalifikata bħala impriża għall-provvista tas-servizzi tal-USO li huma s-suġġett tal-eżenzjoni mit-taxxa. |
B. Vantaġġ ekonomiku
|
(277) |
Il-forma preċiża ta' miżura hija irrilevanti biex jiġi stabbilit jekk tagħtix vantaġġ ekonomiku lill-impriża (83). Il-kunċett ta' vantaġġ ikopri mhux biss il-benefiċċji pożittivi iżda wkoll interventi li, f'diversi forom, itaffu l-imposti li normalment jitħallsu mill-baġit tal-impriża (84). Għalhekk, ħelsien minn piżijiet ekonomiċi (bħal obbligi tat-taxxa) jista' wkoll jikkostitwixxi vantaġġ. |
|
(278) |
Correos ġiet totalment jew parzjalment eżentata minn ċerti taxxi, bħall-IBI u l-IAE, filwaqt li impriżi oħra, involuti wkoll f'attivitajiet ekonomiċi inkluż l-għoti ta' servizzi postali, fil-prinċipju huma kompletament soġġetti għal dawn it-taxxi. Għalhekk, Correos tibbenefika minn vantaġġ ekonomiku għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(279) |
L-eżenzjonijiet mit-taxxa mogħtija lil Correos inaqqsu l-imposti li normalment jiġu inklużi f'kostijiet operatorji tagħha. Konsegwentement, dan jibbenefika lil Correos meta mqabbla ma' impriżi oħra soġġetti għall-IBI jew l-IAE, li ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn l-eżenzjonijiet mit-taxxa. |
C. Selettività
|
(280) |
Miżura hija selettiva sa fejn tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(281) |
It-tassazzjoni differenzjali trid tiġi eżaminata fid-dawl tal-ġurisprudenza dwar il-kunċett tas-selettività (85). Miżura tat-taxxa hija prima facie selettiva jekk tikkostitwixxi devjazzjoni mill-qafas ġenerali (jew referenza) tat-taxxa. F'dan ir-rigward, huwa meħtieġ li jiġi vvalutat jekk il-miżura tiffavorixxix ċerti impriżi meta mqabbla ma' impriżi oħra, li huma f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli fid-dawl tal-objettiv imfittex mis-sistema ta' taxxa ta' referenza. Skont il-każistika tal-Qorti, miżura selettiva prima facie tista' tiġi ġġustifikata mil-loġika tas-sistema tat-taxxa. Madankollu, f'dan ir-rigward, jistgħu jitqiesu biss ir-raġunijiet intrinsiċi inerenti għas-sistema fiskali u l-ebda raġunijiet ta' politika esterna. Jekk il-miżura prima facie selettiva ma tistax tiġi ġġustifikata mil-loġika tas-sistema fiskali, din tkun tammonta għal vantaġġ selettiv u, jekk il-kundizzjonijiet l-oħra kollha stipulati fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat ikunu ssodisfati, dik il-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens ta' dik id-dispożizzjoni (86). |
Taxxa fuq il-Propjetà Immobbli (IBI)
|
(282) |
Id-determinazzjoni tas-sistema ta' tassazzjoni ta' referenza (jew il-qafas ta' referenza) għandha importanza partikolari fil-każ ta' miżuri fiskali, peress li l-eżistenza nnifisha ta' vantaġġ tista' tiġi biss meta mqabbla mas-“sistema ta' tassazzjoni normali” (87). |
|
(283) |
F'dan il-każ, il-qafas ta' referenza għandu jiġi definit bħala IBI, kif stipulat fid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004, tal-5 ta' Marzu 2004. Isegwi minn din il-liġi li, skont ir-regoli normali, impriżi - fost persuni oħra legali u fiżiċi - huma soġġetti għal IBI għad-drittijiet ta' proprjetà stipulati fl-Artikolu 61 tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004 dwar proprjetajiet rurali u urbani u fuq proprjetà b'karatteristiċi speċjali. |
|
(284) |
Skont l-Artikolu 60 tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv, l-IBI “hija taxxa diretta oġġettiva imposta fuq il-valur tal-proprjetà skont it-termini stabbiliti f'dan id-Digriet Leġiżlattiv Irjali”. L-avveniment taxxabbli tal-IBI huwa l-intitolament għal kwalunkwe wieħed mid-drittijiet stipulati fl-Artikolu 61 tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004 (88) dwar proprjetajiet rurali u urbani u fuq proprjetà b'karatteristiċi speċjali. L-IBI mhijiex imposta fuq l-ebda attività, iżda fuq il-valur tal-proprjetà. |
|
(285) |
Skont l-Artikolu 19(1)(b) tal-Liġi Postali tal-1998 u l-Artikolu 22(2) tal-Liġi Postali tal-2010, Correos fil-prinċipju hija intitolata għal eżenzjoni mit-taxxi fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati mas-servizzi tagħha fis-settur riżervat (skont il-Liġi Postali 1998) jew l-USO (skont il-Liġi Postali 2010). Għalkemm l-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li l-IBI mhijiex direttament marbuta ma' attività ekonomika partikolari u għalhekk Correos ma setgħetx tibbenefika mill-eżenzjoni, fil-prattika Correos ressqet ilmenti quddiem il-Qrati lokali minħabba li temmen li kienet intitolata għall-eżenzjoni IBI għall-uffiċji postali f'ċerti muniċipalitajiet. |
|
(286) |
L-eżenzjoni mit-taxxa minn IBI applikabbli lil Correos tikkostitwixxi deroga mis-sistema tat-taxxa IBI ġenerali applikabbli fi Spanja u tagħti vantaġġ selettiv lil Correos. Tabilħaqq, bl-applikazzjoni tal-eżenzjoni tat-taxxa, Correos, li hija involuta fit-tranżazzjonijiet tal-proprjetà immobbli bħal impriżi oħra, tgawdi minn benefiċċju tat-taxxa li kumpaniji oħra mhumiex intitolati għalih. Għalhekk, il-miżura tidderoga mir-reġim komuni tat-taxxa tal-IBI sa fejn din tiddistingwi bejn operaturi ekonomiċi li, fid-dawl tal-objettiv tas-sistema tat-taxxa IBI (li huwa li tintaxxa d-drittijiet ta' proprjetà immobbli stipulati fl-Artikolu 61, id-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004 fuq rurali u urban), huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli (89). |
|
(287) |
Il-Kummissjoni b'mod preliminari tikkonkludi li l-eżenzjoni mit-taxxa IBI applikabbli għall-Correos hija prima facie selettiva. Madankollu, għadu meħtieġ li jiġi ddeterminat (kif imsemmi fil-premessa 281), jekk l-eżenzjoni mit-taxxa mill-IBI tistax tiġi ġġustifikata min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema tat-taxxa IBI billi jintwera li l-miżura tirriżulta direttament mill-prinċipji bażiċi jew ta' gwida tas-sistema fiskali tagħha. |
|
(288) |
L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos ma pprovdewx qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ tal-2016 jew matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali kwalunkwe argument li juri li l-eżenzjoni mit-taxxa mill-IBI tirriżulta mill-applikazzjoni ta' prinċipju ta' gwida tas-sistema tat-taxxa IBI. Il-Kummissjoni lanqas ma setgħet tidentifika tali ġustifikazzjoni. Il-loġika inerenti tas-sistema tat-taxxa IBI hija li tintaxxa d-drittijiet tal-proprjetà stipulati fl-Artikolu 61 tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004 dwar proprjetajiet rurali u urbani u fuq proprjetà b'karatteristiċi speċjali. L-applikazzjoni ta' eżenzjoni totali minn IBI esklużivament għal Correos ma taqbilx mal-loġika tas-sistema tat-taxxa tal-IBI. |
|
(289) |
Billi l-awtoritajiet Spanjoli ma pprovdewx, matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, kwalunkwe argument li jikkontradixxi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjoni preliminari li ntlaħqet fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ tal-2016 li l-eżenzjoni mit-taxxa mill-IBI mogħtija lil Correos tikkostitwixxi vantaġġ selettiv li ma jistax jiġi ġġustifikat min-natura u l-loġika tas-sistema tat-taxxa IBI. |
Taxxa fuq l-Attivitajiet Ekonomiċi (IAE)
|
(290) |
Isegwi mill-Artikolu 78 tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004 li l-impriżi li jwettqu attivitajiet ekonomiċi, kummerċjali, professjonali jew artistiċi huma soġġetti għall-IAE. It-taxxa tal-IAE fuq servizzi postali u telekomunikazzjonijiet hija stabbilita fil-Grupp tat-Tariffi 847 “Servizzi Postali u telekomunikazzjonijiet” tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 1175/1990 tat-28 ta' Settembru. Għaldaqstant, il-qafas ta' referenza huwa l-IAE, kif stabbilit fid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2004, tal-5 ta' Marzu 2004. |
|
(291) |
In-nota 3 għall-Grupp tat-Tariffi tal-847 tad-Digriet Leġiżlattiv Irjali 1175/1990 tistipula li l-Entità tan-Negozju Pubbliku ta' Correos hija intitolata tħallas biss 50 % tal-ammont tat-taxxa stipulat għall-impriżi soġġetti għall-Grupp ta' Tariffi 847 “Servizzi postali u telekomunikazzjonijiet”. |
|
(292) |
L-eżenzjoni parzjali mit-taxxa mill-IAE applikabbli għal Correos tikkostitwixxi deroga mis-sistema fiskali tal-IAE applikabbli għal attivitajiet ekonomiċi, kummerċjali, professjonali u artistiċi b'mod ġenerali, u b'mod partikolari għas-servizzi postali u għat-telekomunikazzjoni. Għalhekk, dik l-eżenzjoni tista' titqies li tagħti vantaġġ selettiv lil Correos. Fil-fatt, bl-applikazzjoni tal-eżenzjoni tat-taxxa ta' 50 %, Correos, li hija involuta f'attivitajiet ekonomiċi b'mod ġenerali u s-servizzi postali b'mod partikolari, tgawdi minn benefiċċju tat-taxxa li b'mod ġenerali, impriżi oħrajn b'mod ġenerali u operaturi postali oħrajn b'mod partikolari mhumiex intitolati għalihom. Għalhekk, il-miżura tidderoga mir-reġim tal-IAE komuni applikabbli għall-impriżi kollha b'mod ġenerali u għas-servizzi postali u l-operaturi tat-telekomunikazzjoni b'mod partikolari, peress li tiddistingwi bejn operaturi ekonomiċi li, fid-dawl tal-objettiv tal-IAE (li huwa li tintaxxa t-twettiq ta' attività ekonomika), huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli (90). Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-eżenzjoni parzjali mill-IAE applikabbli għal Correos hija prima facie selettiva. |
|
(293) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit, skont il-każistika tal-Qorti, jekk l-eżenzjoni mit-taxxa mill-IAE mogħtija lil Correos tistax tkun iġġustifikata min-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema tat-taxxa tal-IAE billi jintwera li l-miżura tirriżulta direttament mill-prinċipji bażiċi jew ta' gwida tas-sistema tat-taxxa tagħha. |
|
(294) |
Correos targumenta li l-eżenzjoni mill-IAE tkun ġustifikata mil-loġika tas-sistema tat-taxxa tal-IAE għaliex il-loġika intrinsika tal-IAE tkun li tintaxxa l-attivitajiet ekonomiċi bl-għan li tintervjeni fil-produzzjoni jew fid-distribuzzjoni ta' oġġetti u servizzi u Correos hija involuta mhux biss f'attivitajiet ekonomiċi li jikkonsistu fil-produzzjoni ta' oġġetti u servizzi, iżda wkoll fil-forniment ta' servizzi pubbliċi bħall-USO, li ma jsegwux għan ekonomiku (ara l-premessa 70). |
|
(295) |
Il-Kummissjoni ma tistax taqbel ma' dak l-argument. L-għoti tal-USO huwa attività ekonomika u eżenzjoni mit-taxxa li jkollha fil-mira tagħha l-USO jenħtieġ li tiġi kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat li tista' possibbilment tkun kompatibbli jekk tikkonforma mar-regoli tal-SGEI dwar il-kompatibbiltà. Dan l-argument jidher li jikkontradixxi t-talba ta' Correos li l-eżenzjonijiet ta' IAE u IBI ma jiġux ivvalutati fid-dawl tal-Liġi Postali tal-1998 jew tal-2010 li jinkarigaw lil Correos bl-USO iżda b'referenza diretta għal-leġiżlazzjoni li tirregola kull taxxa (ara l-premessa 66). Il-Kummissjoni tinnota f'dan ir-rigward li Correos ma argumentatx li l-eżenzjonijiet tat-taxxa tal-IAE jistgħu jikkostitwixxu kumpensi tal-USO. |
|
(296) |
B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni tqis li ma ntweriex li l-eżenzjoni mill-IAE tista' tiġi ġġustifikata mil-loġika tas-sistema tat-taxxa tal-IAE. |
|
(297) |
Il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjoni preliminari li ntlaħqet fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ tal-2016 li l-eżenzjoni parzjali mit-taxxa IAE mogħtija lil Correos tikkostitwixxi vantaġġ selettiv li ma jistax jiġi ġġustifikat min-natura u l-loġika tas-sistema tat-taxxa tal-IAE. |
7.2.1.3. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(298) |
Kif spjegat fil-premessa 204, kwalunkwe miżura li tibbenefika lil Correos aktarx li taffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
7.2.1.4. Konklużjoni
|
(299) |
Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tikkonferma l-valutazzjoni preliminari tagħha li l-eżenzjonijiet minn IBI u IAE mogħtija lil Correos jissodisfaw il-kriterji kumulattivi tal-għajnuna mill-Istat u għalhekk jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
7.2.2. GĦAJNUNA EŻISTENTI JEW ĠDIDA
|
(300) |
Fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa lill-IBI, l-eżenzjonijiet mit-taxxa nkisbu minn Correos bejn l-2008 u l-2013, għalhekk wara l-adeżjoni ta' Spanja mal-Unjoni fl-1986. Għalhekk, l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-proprjetà immobbli ma tistax titqies bħala għajnuna eżistenti. |
|
(301) |
Fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa IAE, it-taxxa ġiet introdotta mill-Artikoli 79 sa 92 tal-Liġi 39/1988, li tirregola l-Finanzi Lokali, tat-28 ta' Diċembru 1988. It-taxxa ġiet introdotta wara l-adeżjoni ta' Spanja mal-Unjoni. Għalhekk, l-eżenzjoni tat-taxxa IAE normalment ma tistax tiġi kkwalifikata bħala għajnuna eżistenti. |
|
(302) |
Jista' jiġi nnotat li l-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos jargumentaw li l-eżenzjoni mit-taxxa IAE hija għajnuna eżistenti minħabba li l-eżenzjoni tirriżulta mill-hekk imsejħa Kwota ta' Liċenzja, li kienet modalità tat-Taxxa fuq Attivitajiet u Benefiċċji Kummerċjali u Industrijali, adottata bid-Digriet 3313/1966 tad-29 ta' Diċembru 1966 (ara l-premessi 71 u 103). |
|
(303) |
L-awtoritajiet Spanjoli ma pprovdewx informazzjoni lill-Kummissjoni li tista' turi kontinwità bejn it-Taxxa tal-1966 dwar l-Attivitajiet u l-Benefiċċji Industrijali u Kummerċjali u t-Taxxa IAE tal-1988 li introduċiet sistema speċifika ħafna (ara l-premessi 42 sa 44). Barra minn hekk, anki jekk wieħed jassumi li t-taxxa tal-IAE introdotta fl-1988 tista' tirriżulta mit-Taxxa tal-1966 dwar l-Attivitajiet u l-Benefiċċji Kummerċjali u Industrijali, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Spanjoli jirrikonoxxu wkoll li Correos kellha eżenzjoni sħiħa mit-Taxxa tal-1966 fuq l-Attivitajiet u l-Benefiċċji Industrijali u Kummerċjali meta kienet korp amministrattiv minħabba n-natura tagħha (ara l-premessa 103). Correos kienet korp amministrattiv sal-1990 (ara l-premessa 22) u għalhekk qatt ma kienet soġġetta a priori għat-Taxxa tal-1966 dwar l-Attivitajiet u l-Benefiċċji Kummerċjali u Industrijali filwaqt li s-sistema ta' Taxxa IAE kklassifikat b'mod ċar lil Correos f'kategorija taxxabbli speċifika u Correos ibbenefikat minn tnaqqis ta' 50 % tal-ammont pagabbli f'dik il-kategorija. |
|
(304) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ssostni l-fehma tagħha li l-eżenzjoni mit-taxxa IAE ma tikkostitwixxix għajnuna eżistenti. |
7.2.3. IL-LEGALITÀ TAL-MIŻURA TA' GĦAJNUNA
|
(305) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-eżenzjonijiet fiskali tal-IBI u tal-IAE ma kinux soġġetti għal notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
|
(306) |
Għalhekk, l-eżenzjonijiet mit-taxxa mogħtija lil Correos jikkostitwixxu għajnuna illegali skont it-tifsira tal-Artikolu 1(f) tar-Regolament (UE) 2015/1589. |
7.2.4. IL-KOMPATIBBILTÀ MAS-SUQ INTERN
|
(307) |
L-għajnuna mill-Istat għandha titqies kompatibbli mas-suq intern jekk tkun inkluża fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji elenkati fl-Artikolu 107(2) tat-Trattat (91) u tista' titqies bħala kompatibbli mas-suq intern jekk il-Kummissjoni jirriżultalha li hija inkluża f'xi waħda mill-kategoriji elenkati fl-Artikolu 107(3) tat-Trattat (92). Madankollu, huwa l-Istat Membru li jagħti l-għajnuna li jerfa' r-responsabbiltà li jagħti prova li l-għajnuna mill-Istat mogħtija minnu hija kompatibbli mas-suq intern skont il-paragrafi (2) jew (3) tal-Artikoli 107 tat-Trattat. |
|
(308) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-eżenzjonijiet fiskali tal-IBI u tal-IAE jeħilsu lil Correos mill-kostijiet li normalment kien ikollha ġġarrab fil-ġestjoni ta' kuljum jew fl-attivitajiet normali tagħha. Fi kliem ieħor, dawk l-eżenzjonijiet jikkostitwixxu għajnuna operattiva, mingħajr ebda limitu ta' żmien. Bħala regola ġenerali, l-għajnuna operattiva ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern skont il-paragrafi (2) jew (3) tal-Artikolu 107 tat-Trattat. |
|
(309) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli ma avvanzaw l-ebda argument, qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ tal-2016 jew matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, li juri li l-eżenzjonijiet tat-taxxa tal-IBI u tal-IAE mogħtija lil Correos setgħu jaqgħu taħt xi waħda mill-eżenzjonijiet elenkati fil-paragrafi (2) jew (3) tal-Artikolu 107 tat-Trattat. |
|
(310) |
L-awtoritajiet Spanjoli ma pprovdew l-ebda ġustifikazzjoni, qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ tal-2016 jew matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, li skonthom l-eżenzjonijiet tal-IBI u tal-IAE (li f'kull każ japplikaw mhux biss għas-SGEI iżda wkoll għal attivitajiet purament kummerċjali) jistgħu jkunu kompatibbli skont l-Artikolu 106(2). |
7.2.5. KONKLUŻJONI
|
(311) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjonijiet tat-taxxi IBI u IAE jikkostitwixxu għajnuna inkompatibbli mill-Istat u l-ammonti korrispondenti għandhom jiġu rkuprati. |
|
(312) |
Correos targumenta f'dan ir-rigward li anki kieku l-Kummissjoni kellha ssib l-eżenzjonijiet fiskali tal-IBI inkompatibbli, dawn ma setgħux jiġu rkuprati minħabba l-prinċipju res judicata li kieku jinvolvi, skont Correos, li s-sentenza tal-Qorti Suprema Spanjola ma setgħetx tibqa' tiġi ddubitata (ara l-premessa 69). |
|
(313) |
Il-Kummissjoni ma tikkondividix il-fehmiet ta' Correos dwar dan il-punt. |
|
(314) |
L-ewwelnett, il-Qorti Suprema Spanjola ma ddeċidietx dwar l-eżistenza jew in-nuqqas ta' eżistenza ta' għajnuna fl-eżenzjonijiet mill-IBI mogħtija mill-Qrati lokali (ara l-premessi 40 u 41). L-unika konklużjoni tal-Qorti Suprema kienet li l-eżenzjonijiet tal-IBI ma kinux ġustifikati. Kif spjegat mill-awtoritajiet Spanjoli, il-Qorti lanqas ma kellha s-setgħat biex tordna l-irkupru. Għalhekk ir-res judicata ma tistax tiġi evokata f'dan il-kuntest minħabba li fil-fatt ma hemm l-ebda sentenza li tikkonkludi li Correos ma għandhiex tħallas lura l-ammonti korrispondenti. |
|
(315) |
It-tieni nett, il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna hija kompetenza esklussiva tal-Kummissjoni u sal-punt li jkun hemm Għajnuna mill-Istat, il-Qrati nazzjonali ma jistgħux jesprimu ruħhom dwar il-kompatibbiltà u l-irkupru. |
|
(316) |
L-ammont ta' rkupru għall-eżenzjoni tal-IBI f'termini nominali jikkorrispondi għas-somma tal-eżenzjonijiet mogħtija lil Correos mill-Qrati lokali bejn l-2008 u l-2013 u huwa ugwali għal EUR 752 840,50. L-ammont reali li għandu jiġi rkuprat se jinkludi interessi mid-data li fiha tħallas kull rimborż tat-taxxa lil Correos sal-irkupru attwali tagħhom. |
|
(317) |
L-ammont ta' rkupru għall-eżenzjoni parzjali tal-IAE f'termini nominali jikkorrispondi għall-ammont totali tat-tnaqqis IAE mogħti lil Correos minn 2004 sa 2017: EUR 113 591,24. L-ammont reali li għandu jiġi rkuprat se jinkludi interessi mid-data li fiha t-taxxi tal-IAE mnaqqsa tħallsu minn Correos sal-irkupru attwali tagħhom. |
7.3. IT-TLIET ŻIDIET TA' KAPITAL MOGĦTIJA RISPETTIVAMENT FL-2004, FL-2005 U FL-2006 RISPETTIVAMENT
7.3.1. GĦAJNUNA MILL-ISTAT SKONT IT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TRATTAT
|
(318) |
L-awtoritajiet Spanjoli argumentaw li t-tliet żidiet ta' kapital mogħtija lil Correos fl-2004 (EUR 16-il miljun), fl-2005 (EUR 16-il miljun) u l-2006 (EUR 16-il miljun) kienu konformi mal-MEIP u għalhekk ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. |
|
(319) |
Skont l-awtoritajiet Spanjoli, dawk iż-żidiet ta' kapital kienu parti mill-pjan ta' direzzjoni tan-negozju ta' Correos għall-perjodu 2001-2006 sabiex jikkumpensa għat-tnaqqis fir-ritmu tas-suq postali. Dan kien jinkludi investimenti fl-infrastruttura ta' Correos, l-istruttura tal-organizzazzjoni u l-proċess ta' awtomazzjoni. |
|
(320) |
Wara d-dubji li esprimiet il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ tal-2016, l-awtoritajiet Spanjoli pprovdew lill-Kummissjoni b'argumenti addizzjonali favur il-konformità mal-MEIP (ara t-taqsima 4.1.3), jiġifieri:
|
|
(321) |
Il-Kummissjoni taqbel li l-investimenti ffinanzjati parzjalment mill-Istat Spanjol f'Correos huma tipiċi ta' miżuri ta' modernizzazzjoni meħuda fis-settur postali b'reazzjoni għat-tnaqqis fil-pass tas-suq postali tal-ittri. Id-deċiżjonijiet tal-Istat kienu bbażati fuq pjanijiet pluriennali li kienu jipprevedu b'mod ċar titjib fil-profitabbiltà ta' Correos u li dan kien ikkonfermat ulterjorment mill-fatti. L-istudju ta' Ernst-Young jikkonferma wkoll li l-investiment kien deċiżjoni ekonomika razzjonali f'dak iż-żmien. |
7.3.2. KONKLUŻJONI
|
(322) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-injezzjonijiet ta' kapital tal-2004-2006 jistgħu jitqiesu bħala konformi mal-MEIP u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
7.4. IL-KUMPENSI MOGĦTIJA LIL CORREOS GĦALL-ORGANIZZAZZJONI TAL-ELEZZJONIJIET
7.4.1. L-GĦAJNUNA MILL-ISTAT FIT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TRATTAT
7.4.1.1. Il-miżuri imputabbli għall-Istat u mogħtija minn riżorsi tal-Istat
|
(323) |
Il-kumpens jitħallas direttament mill-Baġit Ġenerali tal-Istat u huwa imputabbli lill-Istat u jingħata permezz ta' riżorsi tal-Istat. |
7.4.1.2. Vantaġġ ekonomiku selettiv lil impriża
A. Il-kunċett ta' impriża
|
(324) |
Mill-każistika jirriżulta li l-Artikolu 107 tat-Trattat ma japplikax fejn l-Istat jaġixxi “billi jeżerċita setgħa pubblika (93)” jew fejn l-entitajiet pubbliċi jaġixxu “fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet pubbliċi” (94). Entità tista' titqies li tkun qed taġixxi billi teżerċita setgħat pubbliċi, meta l-attività inkwistjoni tkun kompitu li jifforma parti mill-funzjonijiet essenzjali tal-Istat jew li huwa marbut ma' dawk il-funzjonijiet min-natura tiegħu, l-għan tiegħu u r-regoli li għalihom huwa suġġett (95). Ġeneralment, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx iddeċieda li jdaħħal mekkaniżmi tas-suq, attivitajiet li intrinsikament jiffurmaw parti mill-prerogattivi ta' awtorità uffiċjali u jitwettqu mill-Istat ma jikkostitwixxux attivitajiet ekonomiċi. |
|
(325) |
F'dan il-każ, is-servizzi pprovduti minn Correos huma parti mill-obbligu tal-Istat li jirregola u li jorganizza l-proċedura tal-elezzjoni, li tirrikonoxxi d-dritt li tivvota jew personalment jew permezz ta' votazzjoni bil-posta. L-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos jargumentaw li l-attivitajiet kollha mwettqa minn Correos fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet għandhom jitqiesu li huma parti mill-prerogattivi tal-Istat u li għalhekk Correos ma għandhiex titqies bħala impriża meta twettaq dawn l-attivitajiet (ara l-premessi 79-81, 118 u 119). |
|
(326) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra l-attivitajiet li huma direttament relatati mal-proċedura ta' votazzjoni bħat-trattament tal-vot postali, il-kunsinna ta' materjali mill-Uffiċċju tar-Reġistru Elettorali (pereżempju karti tar-reġistrazzjoni tal-votanti) u l-ġbir ta' dokumentazzjoni elettorali ladarba l-għadd ikun lest bħala parti mill-funzjonijiet essenzjali tal-Istat. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni taqbel mal-awtoritajiet Spanjoli li dawk l-attivitajiet ma jistgħux jitqiesu bħala attivitajiet ekonomiċi u li l-finanzjament tagħhom ma jammontax għal għajnuna mill-Istat, peress li għal dawk l-attivitajiet Correos ma tistax titqies li tikkostitwixxi impriża. |
|
(327) |
Madankollu, fir-rigward tal-immaniġġjar postali ta' materjal elettorali mibgħut mill-kandidati politiċi, is-sitwazzjoni hija differenti. Fid-Deċiżjoni tagħha dwar Poste Italiane (96), il-Kummissjoni qieset li d-distribuzzjoni ta' materjal elettorali minn Poste Italiane b'tariffa mnaqqsa sussidjata kienet tikkostitwixxi attività ekonomika u, għalhekk, li l-kumpens għal dan is-servizz kien jammonta għal għajnuna mill-Istat. Din il-miżura hija simili ħafna għas-sistema Taljana (jiġifieri l-kandidati elettorali jistgħu jibagħtu fuljetti lill-votanti b'tariffi mnaqqsa soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet u l-Istat jikkumpensa lill-operatur postali għall-kost residwu) u hija b'mod ċar separabbli mill-attivitajiet mhux ekonomiċi direttament relatati mal-proċedura ta' votazzjoni mwettqa minn Correos. Għaldaqstant, fir-rigward tal-immaniġġjar postali ta' materjal elettorali mibgħut minn kandidati politiċi, Correos għandha titqies bħala li tikkostitwixxi impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(328) |
Minħabba l-kontenut tas-servizz, operaturi postali oħrajn jistgħu wkoll iwettqu dan is-servizz bi skambju għal kumpens pubbliku (97). Dan huwa evidenzjat mill-fatt li l-kandidati elettorali attwalment jużaw is-sistema stabbilita mill-Istat (u b'hekk jagħżlu Correos) biex jibagħtu l-fuljetti tagħhom peress li jkollhom iħallsu biss prezz baxx għal kull oġġett. Madankollu, jekk jixtiequ jibagħtu aktar minn oġġett wieħed għal kull ċittadin, iridu jħallsu l-prezz sħiħ u f'dan il-każ jagħżlu liberament li jużaw Correos jew operaturi postali oħra (speċjalment fiż-żoni urbani) biex jagħmlu dan. |
B. Vantaġġ ekonomiku
|
(329) |
Il-kumpens mogħti lil Correos għat-trattament postali ta' materjal elettorali mibgħut minn kandidati politiċi huwa mfassal biex ikopri l-ispiża netta kollha mġarrba minn Correos fit-twettiq tas-servizz inkwistjoni jew parti minnha. Mingħajr dak il-kumpens, Correos ikollha tħallas dawk l-ispejjeż hi stess. Għalhekk, il-kumpens jikkostitwixxi vantaġġ għal Correos peress li jeħles lil dan tal-aħħar minn piż li kieku kien ikollha tħallas fin-nuqqas ta' dak il-kumpens. |
C. Selettività
|
(330) |
Il-miżura hija b'mod ċar selettiva peress li tibbenefika biss lil impriża waħda: Correos. |
7.4.1.3. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ
|
(331) |
Kif spjegat fil-premessa 204, kull miżura li tibbenefika lil Correos aktarx li taffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
7.4.1.4. Konklużjoni
|
(332) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-finanzjament tad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali għal kandidati elettorali jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
7.4.2. GĦAJNUNA EŻISTENTI JEW ĠDIDA
|
(333) |
Skont l-awtoritajiet Spanjoli u Correos (ara l-premessi 83-85 u 121), jekk il-finanzjament tad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali għal kandidati elettorali jikkostitwixxi għajnuna, ikun għajnuna eżistenti minħabba li beda qabel l-adeżjoni ta' Spanja mal-Komunità Ekonomika Ewropea fl-1986. |
|
(334) |
L-awtoritajiet Spanjoli jispjegaw b'mod partikolari li l-kumpens mogħti lill-kandidati elettorali għad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali ilu fis-seħħ mill-1977 mingħajr ebda modifika sostanzjali. |
|
(335) |
Abbażi tal-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Spanjoli, il-Kummissjoni tinnota li l-iskema li tmur lura għall-1977, kienet tipprovdi għal tariffi baxxi fissi li kienu applikabbli għall-elezzjonijiet kollha (lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni). Correos irċeviet ukoll għal kull elezzjoni finanzjament parzjali tal-kost sħiħ tal-konsenja matul il-perjodu kollu. |
|
(336) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-finanzjament tad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali għall-kandidat elettorali jikkwalifika bħala għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (UE) 2015/1589. |
7.4.3. KONKLUŻJONI
|
(337) |
Il-kumpens mogħti lil Correos għad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali mibgħut minn kandidati politiċi jikkostitwixxi għajnuna eżistenti u se jiġi ttrattat separatament skont l-Artikoli 17, 18 u 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (98). |
8. KONKLUŻJONIJIET FIL-QOSOR
|
(338) |
Il-kumpens għal USO mogħti lil Correos taħt il-Liġi Postali tal-1998, l-eżenzjonijiet mit-taxxa mit-taxxa fuq il-proprjetà immobbli (IBI) u t-taxxa fuq l-attivitajiet ekonomiċi (IAE), u l-kumpens mogħti lil Correos għad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali jikkostitwixxu miżuri ta' għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat minħabba li huma eżentaw lil Correos minn kostijiet li normalment jinġarru minn impriżi privati. |
|
(339) |
It-tliet żidiet ta' kapital mogħtija fl-2004, fl-2005 u fl-2006, ma jikkostitwixxux għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat minħabba li l-Istat aġixxa f'konformità mal-MEIP. |
|
(340) |
Il-Kummissjoni ssib li Spanja implimentat b'mod illegali l-miżuri ta' għajnuna msemmija fil-premessa 338 bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, bl-eċċezzjoni tal-kumpens mogħti lil Correos għad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali mibgħut minn kandidati politiċi li jikkostitwixxi għajnuna eżistenti. |
|
(341) |
Il-kumpens tal-USO mogħti lil Correos skont il-Liġi Postali tal-1998 jikkostitwixxi għajnuna inkompatibbli skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat sal-punt li dan ta kumpens żejjed lil Correos. |
|
(342) |
L-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-proprjetà immobbli (IBI) u t-taxxa fuq l-attivitajiet ekonomiċi (IAE) jikkostitwixxu għajnuna inkompatibbli. |
|
(343) |
Il-kumpens mogħti lil Correos għad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali mibgħut minn kandidati politiċi jikkostitwixxi għajnuna eżistenti u se jiġi ttrattat separatament skont l-Artikoli 17, 18 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. |
9. L-IRKUPRU
|
(344) |
Skont it-Trattat u l-każistika stabbilita tal-Qorti, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat irid jabolixxi jew jibdel l-għajnuna meta tkun sabet li din tkun inkompatibbli mas-suq intern (99). Il-Qorti sostniet ukoll b'mod konsistenti li l-obbligu fuq Stat Membru li jannulla għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel (100). |
|
(345) |
F'dan il-kuntest, il-Qorti ddeċidiet li dan l-objettiv jintlaħaq meta r-riċevitur ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija bħala għajnuna illegali, b'hekk jitlef il-vantaġġ li jkun ibbenefika minnu minflok il-kompetituri tiegħu fis-suq, u tkun ġiet irkuprata s-sitwazzjoni ta' qabel il-ħlas tal-għajnuna (101). |
|
(346) |
F'konformità mal-każistika, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 iddikjara li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f'każijiet ta' għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju […]”. |
|
(347) |
B'hekk, minħabba li l-kumpens tal-USO mogħti lil Correos skont il-Liġi Postali tal-1998 (sal-punt li ta kumpens żejjed lil Correos) u l-eżenzjonijiet mit-taxxa mit-taxxa fuq il-proprjetà immobbli (IBI) u t-taxxa fuq l-attivitajiet ekonomiċi (IAE) ġew implimentati bi ksur tal-Artikolu 108 tat-Trattat, u għandhom jitqiesu bħala għajnuna illegali u inkompatibbli, iridu jiġu rkuprati sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel ma ngħataw. |
|
(348) |
L-ammonti nominali ta' rkupru li jikkorrispondu għall-miżuri ta' għajnuna inkompatibbli differenti huma ta' EUR 166,112 miljun għall-kumpens ta' USO mogħti lil Correos skont il-Liġi Postali tal-1998 (ara l-premessa 267), EUR 752 840,50 għall-eżenzjonijiet tal-IBA (ara l-premessa 316) u EUR 113 591,24 għall-eżenzjonijiet parzjali tal-IAE (ara l-premessa 317). |
|
(349) |
L-irkupru għandu għalhekk ikopri ż-żmien minn meta seħħ il-vantaġġ għall-benefiċjarju, jiġifieri meta l-għajnuna tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sal-irkupru effettiv tagħha u s-somom li għandhom jiġu rkuprati għandu jkollhom imgħax sal-irkupru effettiv. Jista' wkoll iqis l-aġġustament tat-taxxa kif imsemmi fil-premessi 268-269. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ammont li jikkorrispondi għal EUR 317,387 miljun, mogħti lil Correos fil-forma ta' kumpens għall-obbligu ta' servizz universali skont il-Liġi Postali tal-1998, implimentat minn Spanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.
Mill-ammont imsemmi fil-paragrafu preċedenti, l-ammont li jikkorrispondi għal EUR 166,112 miljun huwa inkompatibbli mas-suq intern, peress li jikkostitwixxi kumpens żejjed lil Correos.
Artikolu 2
L-għajnuna mill-Istat, li tammonta għal EUR 752 840,50, mogħtija lil Correos fil-forma ta' eżenzjoni mit-taxxa fuq il-proprjetà immobbli (Impuesto sobre Bienes Inmuebles), implimentata illegalment minn Spanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat hija inkompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 3
L-għajnuna mill-Istat, li tammonta għal EUR 113 591,24, mogħtija lil Correos fil-forma ta' eżenzjoni parzjali mit-taxxa fuq l-attivitajiet ekonomiċi (Impuesto de Actividades Económicas), implimentata illegalment minn Spanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, hija inkompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 4
Il-kontribuzzjonijiet ta' kapital f'Correos magħmula minn Spanja fl-2004, fl-2005 u fl-2006 ma jikkostitwixxux għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.
Artikolu 5
L-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens mogħtija lil Correos għad-distribuzzjoni ta' materjal elettorali tikkostitwixxi għajnuna eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (UE) 2015/1589.
Artikolu 6
1. Spanja għandha tirkupra l-għajnuna inkompatibbli mogħtija skont il-miżuri msemmija fl-Artikoli 1, 2 u 3.
2. L-ammont ta' għajnuna mill-Istat imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1 jista' jitnaqqas billi titnaqqas it-taxxa li tħallset mill-għajnuna riċevuta bil-kundizzjoni li l-benefiċjarju ma jkunx jista' jgawdi minn tnaqqis ieħor mit-taxxa kif imsemmi fil-paragrafu 50 tal-Avviż ta' Rkupru.
3. Is-somom li għandhom jiġu rkuprati għandhom iġorru mgħax mid-data li fiha tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru attwali tagħhom.
4. L-imgħax għandu jiġi kkalkulat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.
5. Spanja għandha tikkanċella l-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikoli 1, 2 u 3 b'effett mid-data tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.
Artikolu 7
1. L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikoli 1, 2 u 3 għandu jkun immedjat u effettiv.
2. Spanja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 8
1. Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, Spanja għandha tippreżenta l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
|
(a) |
l-ammont totali (kapital u imgħax ta' rkupru) li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju; |
|
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna. |
2. Spanja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikoli 1, 2 u 3. Hija għandha tissottometti minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri diġà meħuda u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni. Għandha wkoll tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u interess ta' rkupru diġà rkuprat mill-benefiċjarju.
Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kumissjoni
(2) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1.
(3) Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14).
(4) Id-Dispożizzjoni Addizzjonali u l-Artikolu 15(2) tal-Liġi Postali tal-1998 jelenkaw is-servizzi li ġejjin bħala inklużi fl-ambitu tas-servizz postali universali: (1) servizzi ta' money order; (2) il-forniment regolari ta' servizzi postali nazzjonali u internazzjonali għal oġġetti postali li jinkorporaw indirizz indikat mill-ispeditur fuq l-oġġett innifsu jew fuq l-imballaġġ. Dawn jistgħu jkunu: (a) Ittri u kartolini li jkun fihom komunikazzjonijiet miktuba, sa żewġ (2) kg; (b) Pakketti, ta' valur ekonomiku jew mingħajr, sa 10 kg.
(5) L-Artikolu 18 tal-Liġi Postali tal-1998 jiddefenixxi settur riżervat bħala: servizzi ta' money order; l-ikklerjar, l-organizzazzjoni u t-tqassim ta' oġġetti ċertifikati jew mhux ċertifikati bejn il-bliet, u ta' ittri u kartolini, sa 100 gramma (mill-1 ta' Jannar 2006, il-limitu tal-piż ġie stabbilit għal 50 gramma); is-servizzi postali transfruntiera (mibgħuta jew irċevuti minn Stat ieħor), fosthom ittri u kartolini mibgħuta u rċevuti, bil-limitazzjoni msemmija hawn fuq fir-rigward tal-prezz, il-piż u d-data; ir-riċevuta ta' applikazzjonijiet, ittri u komunikazzjoni li ċ-ċittadini jindirizzaw lill-korpi tal-amministrazzjoni pubblika.
(6) Id-Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-ftuħ ulterjuri għal kompetizzjoni tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 176, 5.7.2002, p. 21).
(7) Id-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, 27.2.2008, p. 3).
(8) Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH EU:C:2003:415.
(9) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).
(10) Final report on costing and financing of universal service obligations in the postal sector in the European Union, Novembru 1998, National Economic Research Associates (NERA). http://ec.europa.eu/internal_market/post/doc/studies/1998-nera_en.pdf
(11) Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Marzu 2006 - C-234/04, Kapferer, ECLI:EU:C:2006:178, il-paragrafi 20 u 21; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Ottubru 2009, C40/08, Asturcom Telecomunicaciones, ECLI:EU:C: 2009:615; Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta' Novembru 2015 - C-505/14, Klausner Holz Niedersachsen, ECLI:EU:C:2015:742, il-paragrafi 36 u 45.
(12) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Lulju 2003, il-każijiet magħquda C-83/01 P, C-93/01 P u C-94/01 P, Chronopost/UFEX et., ECLI:EU:C2003:388
(13) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta' Lulju 2008, il-każijiet magħquda C-341-06 u C-342/06P, Chronopost u La Poste/UFEX et., ECLI:EU:C2008:375
(14) Is-sentenza tal-Qorti Suprema Spanjola tat-2 ta' Ottubru 2006, Rec. 89/2004.
(15) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).
(16) Il-Kummissjon tinnota li ma jidhirx li wħud minn dawn il-kwistjonijiet huma kwistjonijiet ta' għajnuna mill-Istat (pereż. l-ipprezzar allegatament predatorju), li oħrajn ma jirreletawx direttament ma' Correos (pereż. is-sussidju inkroċjat ta' Correos express) u li ma hemmx provi dwar oħrajn (pereż. il-kumpens allegat għall-finanzjament tal-kampanji ta' reklamar u komunikazzjoni ta' Correos).
(17) Il-parti anonima tirreferi wkoll għall-estensjoni tal-USO bil-Liġi Postali tal-2010 għal pakketti li jiżnu sa 20 kg bħala indikazzjoni tal-interess ta' Correos li tespandi n-negozju tagħha sabiex tikkompeti, billi tieħu vantaġġ mill-pożizzjoni tagħha ta' USO, mal-kumpaniji ta' servizz tal-pakketti postali fis-suq tas-servizz tal-pakketi postali fi Spanja.
(18) Il-Kummissjoni se tivvaluta l-kumpensi tal-USO ta' Correos skont il-Liġi Postali tal-2010 f'deċiżjoni oħra (ara l-premessa 32).
(19) Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH ECLI:EU:C:2003:415.
(20) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/554/KE tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 49/06 (ex NN 65/06) li implimentat l-Italja biex tirremunera lil Poste Italiane għall-allokazzjoni tal-investiment tal-bonds ta' tfaddil postali (ĠU L 189, 21.7.2009, p. 3).
(21) Il-Kawża T-613/97, Ufex et. vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2006:150
(22) Ippubblikati mill-Kummissjoni fit-18 ta' Frar 2013 (http://ec.europa.eu/competition/state_aid/overview/new_guide_eu_rules_procurement_mt.pdf)
(23) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/321/UE tal-25 ta' Jannar 2012, dwar il-miżura SA.14588 (C 20/2009) implimentat mill-Belġju favur De Post – La Poste (illum bpost) (ĠU L 170, 29.6.2012, p. 1).
(24) Ara pereżempju d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2012 fil-każ SA.33054 (2012/N) - Kumpens għal kostijiet netti mġarrba biex jinżamm netwerk mhux kummċerjalment vijabbli għall-perjodu 2012-15 u l-kontinwazzjoni ta' faċilità ta' kapital operatorju (ĠU C 121, 26.4.2012, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/636/UE tal-25 ta' Jannar 2012 Il-miżura C 36/07 (ex NN 25/07) implimentata mill-Ġermanja għal Deutsche Post AG (ĠU L 289, 19.10.2012, p. 1).
(25) Il-Kawża C-124/10 P, Kummissjoni vs EDF, ECLU:EU:C:2012:318
(26) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Lulju 2003, il-Każijiet Magħquda C-83/01 P, C-93/01 P u C-94/01 P, Chronopost/UFEX et., ECLI:EU:C2003:388
(27) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta' Lulju 2008, il-Każijiet Magħquda C-341-06 u C-342/06P, Chronopost u La Poste/UFEX et., ECLI:EU:C2008:375
(28) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/365/KE tal-1 ta' Ottubru 1997 rigward l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza lil SMFI-Chronopost (ĠU L 164, 9.6.1998, p. 37).
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali
(29) Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia: is-CNMC se tadotta r-riżoluzzjonijiet ladarba l-kost nett tas-servizz postali universali u l-piż inġust ikunu ġew stabbilitigħal dawn is-snin differenti.
(30) C-460/07, Sandra Puffer vs Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz, ECLI:EU:C:2009:254
(31) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/3/UE tal-24 ta' Frar 2010 dwar Kuntratti ta' servizz pubbliku ta' trasport bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u Dankse Statsbaner (C 41/08 (ex NN 35/08) (ĠU L 7,11.1.2011, p. 1).
(32) Il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet tikkonsisti fil-kalkolu tal-kost nett ta' obbligu ta' servizzi pubbliku (bħal USO) bħala d-differenza bejn il-kostijiet imġarrba u d-dħul miksub meta jitwettqu l-obbligi tas-servizz pubbliku. Skont il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet, profitt raġonevoli jista' jiżdied ma' dak il-kost nett biex jiġi kkalkolat l-ammont massimu ta' kumpens ammessibbli.
(33) Ir-Ritorn fuq il-Bejgħ huwa miżura tal-profitabbiltà, magħrufa wkoll bħala l-marġni tal-profitt operatorju. Huwa kkalkolat bħala l-proporzjon bejn l-introjtu operatorju nett (qabel l-imgħax u t-taxxa) u d-dħul mill-bejgħ. B'mod aktar preċiż, l-introjtu operatorju nett huwa d-differenza bejn id-dħul u l-kostijiet fil-livell operazzjonali.
(34) Il-Kawża T-358/94 Compagnie nationale Air France vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:T:1996:194, il-paragrafu 56.
(35) Il-Kawża 248/84 Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:C:1987:437, il-paragrafu 17; u l-Każijiet Magħquda T-92/00 u T-103/00 Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava (T-92/00), Ramondín, SA and Ramondín Cápsulas, SA (T-103/00) vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:T:2002:61, il-paragrafu 57.
(36) Il-Każijiet Magħquda C-180/98 sa C-184/98 Pavel Pavlov et. vs Stichting Pensioenfonds Medische Specialisten EU:C:2000:428, il-paragrafu 74.
(37) Il-Kawża C-41/90 Höfner u Fritz Elser vs Macrotron GmbH EU:C:1991:161, il-paragrafu 21 u l-Każijiet Magħquda C-180/98 sa C-184/98 Pavel Pavlov et. vs Stichting Pensioenfonds Medische Specialisten EU:C:2000:428, il-paragrafu 74.
(38) Il-Kawża C-118/85 Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Taljana EU:C:1987:283, il-paragrafu 7.
(39) Il-Kawża C-82/01 P Aéroports de Paris vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:C:2002:617, il-paragrafu 74; u l-Kawża C-49/07 Motosykletistiki Omospondia Ellados NPID (MOTOE) vs Elliniko Dimosio EU:C:2008:376, il-paragrafu 25. Ara wkoll il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (2012/C 8/02), il-paragrafu 9.
(40) Il-Kawża C-49/07 Motosykletistiki Omospondia Ellados NPID (MOTOE) vs Elliniko Dimosio EU:C:2008:376, il-paragrafu 27; u l-Kawża C-244/94 Fédération Française des Sociétés d'Assurance, Société Paternelle-Vie, Union des Assurances de Paris-Vie and Caisse d'Assurance et de Prévoyance Mutuelle des Agriculteurs vs Ministère de l'Agriculture et de la Pêche EU:C:1995:392, il-paragrafu 21.
(41) Il-Kawża C-39/94 Syndicat français de l'Express international (SFEI) et. vs La Poste et. EU:C:1996:285, il-paragrafu 60; u l-Kawża C-342/96 ir-Renju ta' Spanja vs. il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:C:1999:210, il-paragrafu 41.
(42) Il-Kawża C-173/73 ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:C:1974:71, il-paragrafu 13.
(43) Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg vs Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH EU:C:2003:415.
(44) Ara l-paragrafi 71-82 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ tal-2016.
(45) Ara l-premessi 296-320 tad-Deċiżjoni 2012/321/UE.
(46) Fil-każ ta' bpost, ġie applikat livell raġonevoli ta' profitt ta' 4,8 % għas-snin 2004 u 2005 u ta' ROS ta' 7,4 % għas-snin 2006-2010. Abbażi ta' dawn il-livelli ta' profitt raġonevoli, il-Kummissjoni kkonkludiet li bpost kienet ġiet ikkumpensata żżejjed li wassal għall-irkupru ta' EUR 417 miljun (ara http://europa.eu/rapid/press-release_IP-12-45_en.htm)
(47) Peress li l-kummenti tal-Istat Spanjol u Correos huma konverġenti ħafna, il-Kummissjoni se tirreferi għall-kummenti magħmula mill-awtoritajiet Spanjoli u/jew Correos fil-bqija tad-dokument. Fil-maġġorparti tal-każijiet, l-istess kumment sar miż-żewġ partijiet. F'xi kazijiet, sar biss minn wieħed minnhom.
(48) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Il-Qafas tal-Unjoni Ewropea applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku (2005) (ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4).
(49) Ara b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/321/UE u d-Deċiżjoni 2012/636/UE.
(50) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 2 tal-paragrafu 21 tal-Qafas tal-SGEI tal-2012. Il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet hija deskritta fil-paragrafi 28 et seq. tal-Qafas tal-SGEI tal-2012.
(51) Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Diċembru 2008, British Aggregates vs il-Kummissjoni, C-487/06 P, ECLI:EU:C:2008:757, il-paragrafu 111.
(52) Kif deskritt, pereżempju, fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkompanja r-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali u b'mod partikolari l-Anness dwar il-kalkolu tal-kost nett tal-obbligu ta' servizz universali postali. Gwida ulterjuri tinsab fil-prattika deċiżjonali tal-għajnuna mill-Istat tal-Kummissjoni mill-2012.
(53) Ara pereżempju d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Diċembru 2015 fil-kawża SA.43243 (2015/N) - Kumpensi tal-Istat mogħtija lil Poste Italiane SpA għall-forniment tas-servizz postali universali matul il-perjodi 2012-2015 u 2016-2019 (ĠU C 104, 18.3.2016, p. 1), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Awwissu 2014 fil-Kawża SA.35608 (2014/C) implimentata mill-Greċja favur Hellenic Post (ELTA) (ĠU C 348, 3.10.2014, p. 48), id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Awwissu 2016 fil-kawża SA.38869 (2014/N) Kumpens lil Poczta Polska għall-kost nett ta' USO 2013-2015 (ĠU C 284, 5.8.2016, p. 1).
(54) Il-Kawża C-471/09 P Diputación Foral de Vizcaya et vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2011:521, il-paragrafu 65.
(55) Stqarrijiet għall-istampa, pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet fuq is-sit web tagħha.
(56) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 53
(57) E.ż. Hellenic Post, Poste Italiane.
(58) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2012 fil-Kawża SA.33989 (2012/NN) implimentata mill-Italja favur Poste Italiane (ĠU C 77, 15.3.2013, p. 12) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.35608 (2014/C) implimentata mill-Greċja favur Hellenic Post (ELTA).
(59) Ara l-paragrafu 50 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.33989 (2012/NN) implimentata mill-Italja favur Poste Italiane.
(60) Il-Kawża 730/79 Philip Morris Holland BV vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:C:1980:209, il-paragrafu 11; u l-Każijiet Magħquda T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, T-600/97 sa 607/97, T-1/98, T-3/98 to T-6/98 u T-23/98 Alzetta Mauro et. vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:T:2000:151, il-paragrafu 80.
(61) Il-Kawża 730/79 Philip Morris Holland BV vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, EU:C:1980:209 il-paragrafi 11 u 12; u l-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest (Flemish Region) vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej EU:T:1998:77, il-paragrafi 48-50.
(62) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(63) Il-Kawża C-44/93 Namur-Les Assurances EU:C:1994:311, il-paragrafi 28 u 35.
(64) Ara l-Każijiet Magħquda T-195/01 u T-207/01 Government of Gibraltar vs il-Kummissjoni EU:T:2002:111, il-paragrafu 111.
(65) Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1), il-modifiki ta' natura purament formali jew amministrattivi li ma jistgħux jaffettwaw il-kompatibilità tal-miżura tal-għajnuna mas-suq komuni, kif ukoll żieda fil-baġit oriġinali ta' skema tal-għajnuna eżistenti sa 20 % ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala bidla f'għajnuna eżistenti.
(66) Pereżempju, jekk is-servizzi tal-USO kienu qed jagħmlu telf iżda b'mod ġenerali l-kumpanija kienet qed tagħmel profitt, l-ebda kumpens ma kellu jiġi mogħti, filwaqt li xi kumpens setgħa jingħata wara l-bidla. Alternattivament, jekk il-kumpanija tkun qed tagħmel telf b'mod ġenerali b'USO profittabbli ħafna, hija tirċievi kumpens.
(67) Id-Deċiżjoni 2012/21/UE.
(68) Il-Qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz publiku (ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4).
(69) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).
(70) Ara l-paragrafu 11 tal-Qafas tal-SGEI tal-2012.
(71) Ara l-premessa 28.
(72) Id-dispożizzjoni tista' tapplika għal miżura li tibda fil-passat u li għadha għaddejja. F'każ bħal dan, tista' possibilment tintalab modifika jew terminazzjoni tal-inkarigu.
(73) Ara pereżempju La Poste (Franza), Poste Italiane (l-Italja) u ELTA (il-Greċja): ħmistax-il sena kollha.
(74) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).
(75) Ara l-paragrafu 31 tal-Qafas SGEI tal-2012.
(76) Ara l-paragrafu 44 tal-Qafas SGEI tal-2012.
(77) Ara b'mod partikolari d-Deċiżjoni 2012/321/UE u d-Deċiżjoni 2012/636/UE.
(78) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 31. Anki li kieku d-dividendi tqiesu f'dak il-każ, il-Kummissjoni indikat ukoll fil-paragrafu 345 tad-deċiżjoni, il-Kummissjoni indikat b'mod partikolari li “ l-politika tad-dividendi ma tistax tiġi mqabbla ma' klawżola ta' rifużjoni li tagħmilha possibbli li jiġi aġġustat il-kumpens għat-twettiq ta' obbligu ta' servizz pubbliku u li jiġi evitat kumpens żejjed.”
(79) L-awtoritajiet Spanjoli indikaw l-intenzjoni tagħhom li jitolbu aġġustament fiskali għall-kalkolu tal-ammont ta' rkupru.
(80) Avviż mill-Kummissjoni - Lejn implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri biex tiġi rkuprata l-Għajnuna mill-Istat inkompatibbli li ngħatat kontra l-liġi (ĠU C 272, 15.11.2007, p. 4).
(81) Il-Kawża C-387/92, Banco Exterior de España, EU:C:1994:100, il-paragrafu 14.
(82) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Diċembru 1996, Air France vs Il-Kummissjoni, T-358/94, ECLI:EU:T:1996:194, il-paragrafu 62.
(83) Il-Kawża C-280/00 Altmark Trans EU:C:2003:415, il-paragrafu 84.
(84) Il-Kawża 30/59 De Gezamenlijke Steenkolenmijnen f'Limburg vs l-Awtorità Għolja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar EU:C:1961:2, p. 19; U l-Kawża C-143/99 Adria-Wien Pipeline EU:C:2001:598, il-paragrafu 38.
(85) Il-Każijiet Magħquda C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos et. EU:C:2011:550, il-paragrafi 49 et seq.
(86) Ara l-Kawża C-143/99 Adria-Wien Pipeline EU:C:2001:598.
(87) Il-Każijiet T-211/04 u T-215/04, Il-Kummissjoni u Spanja vs Il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit EU:T:2008:595, il-para. 80.
(88) Konċessjoni amministrattiva fuq il-proprjetà nnifisha jew fuq is-servizzi pubbliċi li għalihom tintuża l-proprjetà, id-dritt in rem għal kiri, dritt in rem għall-użufrutt u d-dritt tas-sjieda.
(89) Ara, inter alia, il-Kawża C-88/03 Il-Portugall vs il-Kummissjoni EU:C:2006:511, il-paragrafu 56; Il-Każijiet Magħquda C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos, EU:C:2011:550, il-paragrafu 49.
(90) Ara, inter alia, il-Kawża C-88/03 Il-Portugall vs il-Kummissjoni EU:C:2006:511, il-paragrafu 56; Il-Każijiet Magħquda C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos, EU:C:2011:550, il-paragrafu 49.
(91) L-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 107(2) tat-Trattat jikkonċernaw: (a) għajnuna ta' karattru soċjali mogħtija lil konsumaturi individwali; (b) għajnuna biex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali; u (c) għajnuna mogħtija lill-ekonomiji ta' ċerti reġjuni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
(92) L-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 107(3) tat-Trattat jikkonċernaw: (a) għajnuna maħsuba biex tippromwovi l-iżvilupp ta' ċerti żoni; (b) għajnuna għal ċerti proġetti importanti ta' interess komuni Ewropew jew biex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija tal-Istat Membru; (c) għajnuna biex jiġu żviluppati ċerti attivitajiet jew oqsma ekonomiċi; (d) għajnuna biex tippromwovi l-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju; u (e) għajnuna speċifikata minn deċiżjoni tal-Kunsill
(93) Il-Kawża 118/85 Il-Kummissjoni vs L-Italja, EU:C:1987:283, il-paragrafi 7 u 8.
(94) Il-Kawża C-30/87 Bodson EU:C:1988:225, il-paragrafu 18.
(95) Ara, b'mod partikolari, il-Kawża C-364/92 SAT EU:C:1994:7, il-paragrafu 30 u l-Kawża C-343/95, Calì & Figli EU:C:1997:160, il-paragrafi 22 sa 23.
(96) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża SA.33989 (2012/NN) implimentata mill-Italja favur Poste Italiane.
(97) Tabilħaqq, skont il-paragrafu 13 tal-Komunikazzjoni dwar is-SGEI tal-Kummissjoni: “[i]d-deċiżjoni ta' awtorità li ma tippermettix lil partijiet terzi jipprovdu ċertu servizz (pereżempju, minħabba li tixtieq tipprovdi s-servizz internament) ma teskludix l-eżistenza ta' attività ekonomika ”.
(98) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(99) Ara l-Kawża C-70/72 Il-Kummissjoni vs il-Ġermanja [1973] il-Ġabra 813, il-paragrafu 13.
(100) Ara l-Każijiet Magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja vs il-Kummissjoni [1994] ECR I-4103, il-paragrafu 75.
(101) Ara l-Kawża C-75/97 Il-Belġju vs il-Kummissjoni [1999] ECR I-030671, il-paragrafi 64 u 65.