|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
397 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta’ Settembru 2005
dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità fil-qafas tat-tilqim kontra l-bluetongue fi Franza fl-2004 u l-2005
(notifikata taħt dokument numru C(2005) 3445)
(It-test Franċiż biss huwa awtentiku)
(2005/659/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi marbuta mal-miżuri għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (1) u partikolarment l-Artikolu 9(2),
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (2), u partikolarment l-Artikoli 3 (3), (4) u (5) tagħha, it-tieni inċiż,
Billi:
|
(1) |
Sa mis-sena 2000, seħħew tifqigħat tal-bluetongue fi Franza u partikolarment f' Korsika. |
|
(2) |
Fit-13 ta’ Settembru ta’ l-2004, Franza ddikjarat li seħħew tifqigħat ġodda f’Korsika. Ġiet ikkonfermata l-preżenza tas-serotipi 2, 4 u 16. |
|
(3) |
It-tifqigħat tal-bluetongue jirrappreżentaw periklu serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità. |
|
(4) |
Ġew adottati deċiżjonijiet diversi mill-Kummissjoni, partikolarment l-aktar waħda reċenti, id-Deċiżjoni 2005/393/CE (3) dwar iż-żoni ta’ ħarsien u sorveljanza għall-bluetongue u l-kundizzjonijiet applikabbli għaċ-ċaqliq minn dawn jew lejn dawn iż-żoni, bil-għan li jiġu ddefiniti ż-żoni ta’ ħarsien u sorveljanza u biex jiġu ffissati l-kundizzjonijiet li għandhom jilħqu l-annimali li qed jiċċaqalqu minn dawn iż-żoni. |
|
(5) |
Il-bluetongue hija marda li tinxtered esklussivament min-“nemus”, u għalhekk l-uniċi miżuri xierqa, fost dawk previsti fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, huma dawk li għandhom l-għan li jħarsu l-annimali mill-attakki tax-xerrieda tal-marda (trattamenti insettiċidi, ħruġ fil-ħinijiet meta l-attività tax-xerrieda tkun limitata) jew li jipprevjenu t-tixrid ta’ l-epidemija minħabba ċ-ċaqliq ta' l-annimali (id-Deċiżjoni 2005/393/KE). Il-qtil ta’ l-annimali ta’ l-ispeċi suxxettibbli mhuwiex miżura xierqa ħlief fil-każ ta’ annimali affettwati klinikament. |
|
(6) |
Billi l-vajrus baqa’ jiċċirkola u l-protezzjoni li tagħti t-tilqima ddum biss għal sena, it-tilqima kontra l-blutongue trid issir kull sena sabiex titrażżan il-progressjoni ta’ l-epidemija. Minħabba l-evoluzzjoni tal-marda, huwa għalhekk siewi li titnieda kampanja ta’ tilqim fiż-żoni ta’ ħarsien li ġew stabbiliti fejn seħħew it-tifqigħat. |
|
(7) |
It-tilqim huwa miżura li tippermetti, meta użata flimkien ma’ miżuri diġà adottati:
|
|
(8) |
Franza ppreżentat pjan ta’ tilqim li jipprevedi l-użu ta’ vaċċin ġdid mhux attiv (serotip 2) li huwa disponibbli bħalissa. |
|
(9) |
Fit-23 ta’ Novembru 2004, Franza ppreżentat talba ta’ ħlas lura għall-ispejjeż li ġarrbet minħabba l-kampanja ta' tilqim kontra l-marda. Skond it-tagħrif disponibbli, inxtraw madwar 300 000 doża ta’ vaċċin mhux attiv tas-serotip 2. |
|
(10) |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tkun ta’ 100 % tan-nefqa għall-provvista tal-vaċċin u 50 % ta' l-ispejjeż għat-twettiq tat-tilqima. Sakemm isiru l-verifiki min-naħa tal-Kummissjoni, issa huwa meħtieġ li jiġi ffissat l-ammont ta’ l-ewwel pagament ta’ l-għajnuna finanzjarja Komunitarja. |
|
(11) |
Skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (4), il-miżuri veterinarji tas-saħħa u dawk tas-saħħa tal-pjanti li ttieħdu skond ir-regoli tal-Komunità għandhom ikunu ffinanzjati taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija. Il-verifika ta’ dawn il-miżuri taqa' taħt l-Artikoli 8 u 9 tar-regolament imsemmi. |
|
(12) |
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità trid ikun soġġetta għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati jkunu twettqu tassew u li l-awtoritajiet ikunu fornew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat. |
|
(13) |
L-awtoritajiet Franċiżi wettqu għal kollox l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mal-miżuri previsti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE tal-Kunsill. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-approvazzjoni tal-kampanja ta’ tilqim
Il-kampanja ta’ tilqim implimentata minn Franza għal kontra l-bluetongue fil-Korsika, fiż-żoni mniżżla fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2005/93, hija approvata.
Artikolu 2
L-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lil Franza
Sabiex tkun miġġielda l-bluetongue fl-2004 u waqt l-ewwel semestru ta’ l-2005, Franza tista’ tikseb, għat-tilqim kontra l-bluetongue fil-Korsika, kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ugwali għal:
|
— |
100 % ta’ l-ispejjeż (minbarra l-VAT) għax-xiri ta’ 300 000 doża ta’ vaċċin mhux attiv tas-serotip 2. |
|
— |
50 % tan-nefqa għall-paġi u l-onorarja mħallsa lill-istaff impjegat speċifikament għal din il-kampanja ta’ tilqim, kif ukoll ta’ l-ispejjeż (minbarra l-VAT) marbuta direttament mat-twettiq tat-tilqim (oġġetti li jiġu kkunsmati u tagħmir żgħir). |
Artikolu 3
Definizzjoni
Id-definizzjoni li ġejja tapplika għal din id-Deċiżjoni:
“ħlasijiet raġonevoli”: ħlasijiet għax-xiri ta' materjal jew ta' servizzi bi prezzijiet proporzjonati meta mqabbla mal-prezzijiet tas-suq qabel il-kampanja ta' tilqim
Artikolu 4
Arranġamenti għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja
1. Soġġett għar-riżultat tal-kontrolli eventwali msemmija fl-Artikolu 7, jitħallas l-ewwel pagament ta’ 150 000 euro, bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 2, fuq il-bażi tad-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni mressqa minn Franza marbuta mat-tilqim ta' l-annimali.
2. Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 2 se jiġi ffissat f’deċiżjoni ulterjuri adottata f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE.
Artikolu 5
Spejjeż eliġibbli koperti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità
Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja msemmija fl-Artikolu 2 issir biss għall-ħlasijiet raġonevoli u ġustifikati relatati man-nefqa awtorizzata msemmija fl-Artikolu 2.
Artikolu 6
Kundizzjonijiet tal-ħlas u dokumenti ta' appoġġ
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja msemmija fl-Artikolu 2 titħallas skond dawn li ġejjin:
|
a) |
talba mressqa f’konformità ma’ l-Anness, fiż-żmien stipulat mill-paragrafu 2; |
|
b) |
id-dokumenti li jiġġustifikaw l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 2, inkluż rapport epidemjoloġiku dwar kull stabbiliment fejn tlaqqmu l-annimali; |
|
c) |
ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet kollha tal-Kummissjoni fuq il-post, kif imsemmi fl-Artikolu 7. |
Id-dokumenti msemmija fil-punt b għandhom ikunu disponibbli għall-verifiki fuq il-post li tagħmel il-Kummissjoni.
2. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 (a) trid issir f’forma kompjuterizzata, f’konformità ma’ l-Anness, fi żmien sittin jum kalendarju min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni. F’każ li l-iskadenza ma tiġix rispettata, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità titnaqqas b’25 % għal kull xahar ta’ dewmien.
Artikolu 7
Spezzjonijiet fuq il-post mill-Kummissjoni
Il-Kummissjoni, flimkien ma’ l-awtoritajiet Franċiżi kompetenti, tista’ twettaq spezzjonijiet fuq il-post marbuta ma’ l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-ewwel Artikolu u ta’ l-ispejjeż assoċjati.
Artikolu 8
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, nhar il-15 ta’ Settembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).
(3) ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22. Deċiżjoni emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/603/KE (ĠU L 206, 9.8.2005, p. 11).
ANNESS
Talba għal kontribuzzjoni ta’ l-ispejjeż eliġibbli fil-qafas tal-kampanja ta’ tilqim kontra l-bluetongue
|
Spejjeż imġarrba |
||
|
Kategorija tal-vaċċini |
Għadd ta’ dożi |
Ammont (mingħajr VAT) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagi u onorarji (staff imqabbad speċifikament) |
|
|
|
Oġġetti ta' konsum u tagħmir speċifiċi għat-tilqim |
|
|
|
Total |
|
|