|
18.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 16/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/71
tad-9 ta' Novembru 2018
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(7) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 11(1) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont ta' pagamenti diretti li għandu jingħata lil bidwi għal kalendarja speċifikata, skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta' dak ir-Regolament, b'mill-inqas 5 % għall-parti tal-ammont li taqbeż EUR 150 000. Skont l-Artikolu 7(2) ta' dak ir-Regolament, il-prodott stmat tat-tnaqqis għandu jkun disponibbli bħala appoġġ addizzjonali għal miżuri tal-iżvilupp rurali. |
|
(2) |
Sal-1 ta' Awwissu 2018 il-Litwanja nnotifikat lill-Kummissjoni kemm bid-deċiżjoni tagħha li tnaqqas l-ammont tal-pagamenti diretti kif ukoll il-prodott stmat tat-tnaqqis għas-sena kalendarja 2019. |
|
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu adattati l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 sabiex il-limiti massimi netti annwali għall-pagamenti diretti jirriflettu d-deċiżjoni meħuda mil-Litwanja. Jeħtieġ ukoll li jiġi adattat l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 sabiex it-tqassim annwali skont l-Istat Membru tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali jirrifletti ugwalment dik id-deċiżjoni. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Novembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-entrata għal-Litwanja hija sostitwita b'dan li ġej:
|
|
(2) |
L-entrata għat-Total tal-EU-28 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
|
(3) |
L-entrata għat-Total hija sostitwita b'dan li ġej:
|
ANNESS II
Fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-entrata għal-Litwanja hija sostwita b'dan li ġej:
|
“Il-Litwanja |
417,9 |
442,5 |
467,1 |
475,3 |
483,3 |
517,0” |