<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑648/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0648</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:367">EU:C:2013:367</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20130606">6.6.2013</DATE> — KAWŻA C-648/11</P><P>MA <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20130606">6 ta’ Ġunju 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 343/2003</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli</KEYWORD><KEYWORD>Minuri mhux akkumpanjat</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjonijiet għall-ażil ippreżentati f’żewġ Stati Membri suċċessivament</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ membru tal-familja tal-minuri fit-territorju tal-Istat Membru</KEYWORD><KEYWORD>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 343/2003</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment tal-minuri lejn Stat Membru fejn dan ippreżenta l-ewwel applikazzjoni tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Kompatibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>L-aħjar interess tat-tfal</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 24(2) tal-Karta</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-648/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20111214">14 ta’ Diċembru 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20111219">19 ta’ Diċembru 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">The Queen</HT>, fuq it-talba ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">MA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">BT,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">DA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Secretary of State for the Home Department,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">The AIRE Centre (Advice on Individual Rights in Europe) (UK),</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, K. Lenaerts, viċi-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala Imħallef tar-Raba’ Awla, U. Lõhmus, M. Safjan u A. Prechal, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20121105">5 ta’ Novembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal MA u BT, minn S. Knafler, QC, K. Cronin, barrister, u L. Barratt, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għal DA, minn S. Knafler, QC, B. Poynor, barrister, u D. Sheahan, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għal The AIRE Centre (Advice on Individual Rights in Europe) (UK), minn D. Das, solicitor, R. Hussain, QC, u C. Meredith, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn C. Murrell, bħala aġent, assistita minn S. Lee, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn T. Materne, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn M. Michelogiannaki, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn K. Szíjjártó, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels, M. Noort u C. Schillemans, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svediż, minn A. Falk, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svizzeru, minn O. Kjelsen, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Condou-Durande u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20130221">21 ta’ Frar 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-<DATE ISO="20030218">18 ta’ Frar 2003</DATE>, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn MA, BT u DA, tliet minuri ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u s-Secretary of State for the Home Department (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Secretary of State<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar id-deċiżjoni tiegħu li ma jeżaminax l-applikazzjonijiet għall-ażil tagħhom li ġew ippreżentati fir-Renju Unit u li jipproponi t-trasferiment tagħhom lejn l-Istat Membru fejn dawn kienu ppreżentaw applikazzjoni għall-ażil fl-ewwel lok.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li, hekk kif jirriżulta mill-ispjegazzjonijiet dwar din id-dispożizzjoni, hija bbażata fuq il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, konkluża fi New York fl-<DATE ISO="19891120">20 ta’ Novembru 1989</DATE> u rratifikata mill-Istati Membri kollha, fil-paragrafu 2 tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk jittieħdu minn awtoritajiet pubbliċi jew minn istituzzjonijiet privati, l-aħjar interess tat-tfal [tal-minuri] għandu jkun kunsiderazzjoni primarja.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 343/2003</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 3 u 4 tar-Regolament Nru 343/2003 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(3)</NO.P><TXT>Il-konklużjonijiet [tal-Kunsill Ewropew, matul il-laqgħa speċjali tiegħu ta’ Tampere fil-5 ta’ <DATE ISO="19991016">16 ta’ Ottubru 1999</DATE>,] ddikjaraw [...] li [s-sistema ta’ ażil Ewropew komuni] għandha tinkludi, fit-terminu qasir, metodu ċar u li jiffunzjona biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Metodu tali għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi, ġusti kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-persuni kkonċernati. Huwa għandu, b’mod partikolari, jagħmel possibbli li jkun iddeterminat bil-ħeffa l-Istat Membru responsabbli, biex ikun iggarantit aċċess effettiv għall-proċeduri li jiddeterminaw l-istatus ta’ refuġjat u ma jkunx kompromess l-għan ta’ l-ipproċessar bil-ħeffa ta’ applikazzjonijiet għall-ażil.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-premessa 15 tal-imsemmi regolament, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 6(1) TUE, dan l-istess regolament josserva d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti, b’mod partikolari, mill-Karta. B’mod partikolari, abbażi tal-Artikoli 1 u 18 tal-Karta, dan ifittex li jiżgura r-rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u għad-dritt ta’ ażil ta’ min ifittex l-ażil.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Mill-premessa 17 tar-Regolament Nru 343/2003 jirriżulta li, skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat UE u t-Trattat FUE, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq innotifika, b’ittra tat-<DATE ISO="20011030">30 ta’ Ottubru 2001</DATE>, ix-xewqa tiegħu li jipparteċipa fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(ċ), (d) u (h) tal-imsemmi regolament, is-segwenti jfissru hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>applikazzjoni għall-ażil<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser l-applikazzjoni magħmula minn ċittadin ta’ pajjiż terz li tista’ tiftiehem bħala talba għal protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru, taħt il-Konvenzjoni [dwar ir-reguġjati, iffirmata f’Genève fit-<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE>]. [...]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>applikant<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>min ifittex l-ażil<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun għamel applikazzjoni għall-ażil li dwarha deċiżjoni finali ikun għadha ma tteħditx;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>minorenni [minuri] mhux akkumpanjat<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser persuni mhux miżżewġin taħt l-eta ta’ tmintax li jaslu fit-territorju ta’ l-Istati Membri mhux akkumpanjati minn adult responsabbli għalihom kemm bil-liġi kif ukoll l-użanza, u sakemm huma jittiħdux effettivament fir-responsabbilta ta’ persuna tali [...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 343/2003, li jagħmel parti mill-Kapitolu II tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Prinċipji Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-applikazzjoni ta’ ċittadin ta’ kull pajjiż terz [kull applikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz] li japplika fil-konfini jew fit-territorju tagħhom lil kull wieħed minnhom għall-ażil. L-applikazzjoni għandha tkun eżaminata minn Stat Membru wieħed, li għandu jkun dak li l-kriterji ddikjarati fil-Kapitolu III juru li huwa responsabbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, kull Stat Membru jista’ jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata għandu minn ċittadin ta’ pajjiż terz, ukoll jekk eżami tali mhux ir-responsabbilta tiegħu taħt il-kriterji preskritti f’dan ir-Regolament. [...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Istat Membru [...] responsabbli<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 343/2003, l-Artikoli 6 sa 14, li jinsabu fil-Kapitolu II tiegħu, jipprovdu lista ta’ kriterji oġġettivi u ġerarkiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 343/2003 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kriterji li jiddeterminaw l-Istat Membru responsabbli għandhom ikunu applikati fl-ordni li fiha huma ddikjarati f’dan il-Kapitolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru responsabbli skond il-kriterji għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tas-sitwazzjoni eżistenti meta l-persuna li tfittex l-ażil iddepożitat għall-ewwel darba l-applikazzjoni tagħha għand Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Fejn l-applikant għall-ażil [min ifittex l-ażil] ikun minorenni [minuri] mhux akkumpanjat, l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għandu jkun dak fejn membru tal-familja tiegħu jew tagħha jkun legalment preżenti, sakemm dan ikun fl-aħjar interess tal-minorenni [minuri].</ALINEA><ALINEA>Fl-assenza ta’ membru ta-familja, l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għandu jkun dak fejn il-minorenni [minuri] jkun iddepożita l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu jew tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 343/2003 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Fejn ebda Stat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil ma jkun jista’ jinħatar fuq il-bażi tal-kriterji elenkati f’dan ir-Regolament, l-ewwel Stat Membru li għandu l-applikazzjoni għall-ażil kienet iddepożitata għandu jkun responsabbli biex jeżaminaha.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2005/85/KE</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-<DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE>, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="168" NO.OJ="175M" DATE.PUB="2005">ĠU L 175M, p. 168</REF.DOC.OJ>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Applikazzjonijiet inammissibbli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="025.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Addizzjonalment għal każijiet fejn l-applikazzjoni ma’ tiġix eżaminata skond ir-[Regolament Nru 343/2003], l-Istati Membri mhumiex meħtieġa jeżaminaw jekk l-applikant jikkwalifikax bħala rifuġjat skond id-Direttiva [tal-Kunsill] 2004/83/KE [, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96)], fejn applikazzjoni tkun kunsidrata inammissibbli skond dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="025.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw applikazzjoni għall-ażil bħala inammissibbli skond dan l-Artikolu jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-istatus ta’ rifuġjat ikun ġie mogħti minn Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>l-applikant ippreżenta applikazzjoni identika wara li tkun ingħatat deċiżjoni finali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-każ ta’ MA</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>MA hija ċittadina tal-Eritrea, imwielda fl-<DATE ISO="19930524">24 ta’ Mejju 1993</DATE>, li waslet fir-Renju Unit fil-<DATE ISO="20080725">25 ta’ Lulju 2008</DATE> fejn hija ppreżentat applikazzjoni għall-ażil sa mill-wasla tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Billi kkonstatat li MA kienet diġà ppreżentat applikazzjoni għall-ażil fl-Italja, l-awtoritajiet Britanniċi talbu lill-awtoritajiet Taljani sabiex jieħduha lura taħt l-inkarigu tagħhom skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 343/2003, u, fit-<DATE ISO="20081013">13 ta’ Ottubru 2008</DATE>, dawn aċċettaw li jagħmlu dan.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>It-trasferiment lejn l-Italja, li kellu jseħħ fis-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, ma ġiex eżegwit. MA ippreżentat rikors quddiem il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) sabiex tikkontesta l-legalità tat-trasferiment ordnat.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20100325">25 ta’ Marzu 2010</DATE>, is-Secretary of State, b’applikazzjoni tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 343/2003, iddeċieda li jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil tagħha. Sussegwentement, ingħatalha l-istatus ta’ refuġjat.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Is-Secretary of State stieden lil MA sabiex tirtira r-rikors tagħha, iżda din irrifjutat li tagħmel dan.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-każ ta’ BT</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>BT, imwielda fl-<DATE ISO="19930120">20 ta’ Jannar 1993</DATE>, ukoll hija ċittadina tal-Eritrea. Hija waslet fir-Renju Unit fit-<DATE ISO="20090812">12 ta’ Awwissu 2009</DATE> fejn hija, sa mill-għada, ippreżentat applikazzjoni għall-ażil.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Billi kkonstatat li BT kienet diġà ppreżentat applikazzjoni għall-ażil fl-Italja, l-awtoritajiet Britanniċi talbu lill-awtoritajiet Taljani sabiex jieħduha lura taħt l-inkarigu tagħhom, u, fit-<DATE ISO="20090928">28 ta’ Settembru 2009</DATE>, dawn aċċettaw.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20091204">4 ta’ Diċembru 2009</DATE>, BT ġiet ittrasferita lejn l-Italja.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Hija ppreżentat rikors quddiem il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) sabiex tikkontesta l-legalità tat-trasferiment tagħha lejn l-Italja. Wara deċiżjoni meħuda mill-imsemmija qorti fit-<DATE ISO="20100218">18 ta’ Frar 2010</DATE>, BT setgħet tirritorna lura lejn ir-Renju Unit fis-<DATE ISO="20100226">26 ta’ Frar 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20100325">25 ta’ Marzu 2010</DATE>, is-Secretary of State, b’applikazzjoni tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 343/2003, iddeċieda li l-applikazzjoni għall-ażil ippreżentata minn BT jingħatalha l-istatus ta’ refuġjat, iżda hija ma aċċettatx li tirtira r-rikors tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-każ ta’ DA</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>DA, ċittadin mill-Iraq, wasal fir-Renju Unit fl-<DATE ISO="20091120">20 ta’ Novembru 2009</DATE>, fejn huwa talab l-ażil fit-<DATE ISO="20091208">8 ta’ Diċembru 2009</DATE>. Billi DA rrikonoxxa li kien diġà ppreżenta applikazzjoni għall-ażil fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi ġew meħtieġa jieħduh lura taħt l-inkarigu tagħhom, u, fit-<DATE ISO="20100202">2 ta’ Frar 2010</DATE>, dawn aċċettaw li jagħmlu dan.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20100714">14 ta’ Lulju 2010</DATE>, is-Secretary of State ordna t-trasferiment ta’ DA lejn il-Pajjiżi l-Baxxi. Madankollu, wara rikors ippreżentat minn DA, fis-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, quddiem il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court), ġie deċiż li t-trasferiment ma jiġix eżegwit. Minn dakinhar, is-Secretary of State aċċetta li jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu abbażi tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 343/2003.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>It-tliet kawżi ingħaqdu għall-proċedura prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101221">21 ta’ Diċembru 2010</DATE>, il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali u ddeċidiet li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 343/2003, minuri mhux akkumpanjat li japplika għall-ażil u li ebda membru tal-familja tiegħu ma jkun jinsab legalment fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri jista’ jintbagħat lura lejn l-Istat Membru fejn huwa jkun ippreżenta applikazzjoni f’dan is-sens għall-ewwel darba.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>MA, BT U DA appellaw minn din id-deċiżjoni quddiem il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju, din il-qorti tosserva li ebda wieħed mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma għandu membri tal-familja, fis-sens tar-Regolament Nru 343/2003, li jinsabu legalment fit-territorju ta’ wieħed mil-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-rikorsi tagħhom ġew eżaminati flimkien peress li t-tlieta li huma kienu talbu l-ażil lir-Renju Unit bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>minuri mhux akkumpanjat<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u li, f’kull każ, għall-ewwel is-Secretary of State iddeċieda li r-rikors għandu jiġi arkivjat mingħajr ma tittieħed azzjoni, u dan għal raġunijiet ibbażati fuq in-natura sigura taż-żewġ Stati Membri li lejhom huwa kellu l-intenzjoni li jibgħathom lura.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li huwa sinjifikattiv li l-użu tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>iddepożitat għall-ewwel darba l-applikazzjoni tagħha<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 343/2003, ma reġax seħħ fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament, fejn il-formulazzjoni hija sempliċement <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[i]kun iddepożita l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu jew tagħha<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Barra minn hekk, hija tenfasizza li fil-ġerarkija tal-kriterji msemmija fil-Kapitolu III tal-imsemmi regolament, il-minuri mhux akkumpanjati huma fl-ewwel post.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni tagħha, hija tirrileva, b’mod partikolari, li għadu jeżisti punt kontenzjuż mhux riżolt bejn il-partijiet, fil-forma ta’ talba għad-danni ppreżentata minn BT.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tressaq lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[Fir-Regolament Nru 343/2003], liema huwa l-Istat Membru responsabbli għad-determinazzjoni tal-applikazzjoni tal-ażil meta applikant għall-ażil [min ifittex l-ażil], li huwa minorenni [minuri] mhux akkumpanjat mingħajr l-ebda membru tal-familja tiegħu jew tagħha preżenti legalment fi Stat Membru ieħor, ikun għamel applikazzjonijiet għal ażil f’iktar minn Stat Membru wieħed[?]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Gvern Belġjan isostni, prinċipalment, li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Huwa jallega, b’mod partikolari, li, peress li s-Secretary of State aċċetta li jeżamina l-applikazzjonijiet għall-ażil ippreżentati mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, fir-realtà ma fadalx kawża prinċipali. Il-kwistjoni ta’ jekk il-kriterju stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 343/2003 jindikax bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Stat Membru responsabbli<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> lir-Renju Unit jew lill-ewwel Stat Membru fejn ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw applikazzjoni għall-ażil għaldaqstant għandha biss natura akkademika fir-rigward tal-imsemmija rikorrenti u risposta tkun utli biss għal kawżi oħra fejn huma, jew jistgħu, jiġu aditi l-qrati nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-proċedura stabbilita mill-Artikolu 267 KE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali li permezz tiegħu din tal-ewwel tagħti lil tat-tieni l-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li huma jkollhom bżonn sabiex tinstab soluzzjoni għat-tilwim li huma jkunu mitluba jiddeċiedu dwaru (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19980312">12 ta’ Marzu 1998</DATE>, Djabali, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-314/96" PAGE.ECR="I-1149" YEAR="1998">C-314/96, Ġabra p. I-1149</REF.DOC.ECR>, punt 17; tal-<DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, García Blanco, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-225/02" PAGE.ECR="I-523" YEAR="2005">C-225/02, Ġabra p. I-523</REF.DOC.ECR>, punt 26; u tal-<DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, Unió de Pagesos de Catalunya, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-197/10" PAGE.ECR="I-8495" YEAR="2011">C-197/10, Ġabra p. I-8495</REF.DOC.ECR>, punt 16).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali ddefinit minnha u taħt ir-responsabbiltà tagħha, kuntest li ma huwiex kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, igawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut mill-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali hija possibbli biss meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandhiex x’taqsam mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex twieġeb b’mod effettiv għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tat-<DATE ISO="20101012">12 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Rosenbladt, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-45/09" PAGE.ECR="I-9391" YEAR="2010">C-45/09, Ġabra p. I-9391</REF.DOC.ECR>, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li, fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, il-qorti tar-rinviju ppreċiżat li hija għandha tiddeċiedi dwar it-talba għad-danni li biha hija ġiet adita minn BT.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Issa, l-għoti ta’ eventwali danni lil BT se jkun affettwat mir-risposta għad-domanda magħmula.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-eżistenza ta’ tali talba għad-danni, li tagħmel parti integrali mill-kawża prinċipali, id-domanda preliminari tibqa’ rilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża li l-qorti tar-rinviju hija adita biha.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, id-domanda magħmula ma għandhiex natura ipotetika u t-talba għal deċiżjoni preliminari għaldaqstant hija ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 343/2003 għandux jiġi interpretat fis-sens li, meta minuri mhux akkumpanjat, li l-ebda membru tal-familja tiegħu ma jkun jinsab legalment fit-territorju ta’ Stat Membru, ikun ippreżenta applikazzjonijiet għall-ażil f’iktar minn Stat Membru wieħed, huwa jindika bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Istat Membru responsabbli<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> dak l-Istat Membru li fih il-minuri jkun ippreżenta l-ewwel applikazzjoni tiegħu jew jekk f’dak li fih huwa jkun jinsab wara li jkun ippreżenta, hemmhekk, l-aħħar applikazzjoni tiegħu f’dan is-sens.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu qabelxejn jitfakkar li, skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 343/2003, l-applikazzjoni għall-ażil tiġi eżaminata minn Stat Membru wieħed biss, dak li l-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III jindikaw li huwa responsabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi li l-kriterji li jiddeterminaw l-Istat Membru responsabbli għandhom jiġu applikati fl-ordni li fiha huma msemmija fl-imsemmi Kapitolu III.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 5(2) tal-istess regolament jirriżulta li d-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli skont il-kriterji stabbiliti fl-artikolu 6 sa 14 tiegħu ssir abbażi tas-sitwazzjoni eżistenti fil-mument li fih, il-persuna li tfittex l-ażil ippreżentat għall-ewwel darba l-applikazzjoni tagħha għand Stat Membru. Din id-dispożizzjoni ma jistax ikollha l-għan li temenda s-sens tal-imsemmija kriterji. Fil-fatt, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 56 tal-konklużjonijiet tiegħu, din hija intiża biss li tiddetermina l-kuntest li fih l-imsemmija kriterji għandhom jiġu applikati sabiex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>L-ewwel wieħed mill-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament Nru 343/2003 huwa dak previst fl-Artikolu 6 tiegħu, li jippermetti li jiġi indikat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni ppreżentata minn minuri mhux akkumpanjat fis-sens tal-Artikolu 2(h) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-imsemmi Artikolu 6, l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni ppreżentata minn minuri mhux akkumpanjat għandu jkun dak fejn membru tal-familja tiegħu jkun jinsab legalment, sakemm dan ikun fl-aħjar interess tal-minuri.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li ebda membru tal-familja tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma jinsab legalment fi Stat Membru u l-Istat Membru responsabbli għandu għaldaqstant jiġi indikat abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 343/2003, li jipprevedi li r-responsabbiltà hija tal-Istat Membru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>fejn il-minorenni [minuri] jkun iddepożita l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu jew tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Dan il-kliem waħdu ma jippermettix li jiġi ddeterminat jekk l-applikazzjoni għall-ażil imsemmija hijiex l-ewwel applikazzjoni f’dan is-sens ippreżentata mill-minuri kkonċernat fi Stat Membru jew jekk hijiex dik li huwa ddepożita l-aħħar fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni li hija tifforma parti minnha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20090129">29 ta’ Jannar 2009</DATE>, Petrosian, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-19/08" PAGE.ECR="I-495" YEAR="2009">C-19/08, Ġabra p. I-495</REF.DOC.ECR>, punt 34, u tat-<DATE ISO="20091223">23 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Detiček, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-403/09 PPU" PAGE.ECR="I-12193" YEAR="2009">C-403/09 PPU, Ġabra p. I-12193</REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-kuntest tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 343/2003, minn naħa, għandu jiġi rrilevat li l-użu tal-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>iddepożitat għall-ewwel darba l-applikazzjoni tagħha<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> użata fl-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-regolament ma ġietx irripetuta fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament. Min-naħa l-oħra, din l-aħħar dispożizzjoni tagħmel riferiment għall-Istat Membru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>fejn il-minorenni [minuri] jkun iddepożita l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu jew tagħha<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, filwaqt li l-Artikolu 13 tal-istess regolament jindika b’mod espress li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>l-ewwel Stat Membru li għandu l-applikazzjoni għall-ażil kienet iddepożitata għandu jkun responsabbli biex jeżaminaha<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Issa, jekk wieħed jippreżupponi li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jindika, fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 343/2003, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>l-ewwel Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> bħala responsabbli, din kienet tkun espress bl-istess kliem preċiż bħal fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>l-Istat Membru [...] fejn il-minorenni [minuri] jkun iddepożita l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu jew tagħha<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> ma tistax tinftiehem bħala li tindika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>l-ewwel Stat Membru fejn il-minuri jkun iddepożita l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu jew tagħha<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 343/2003 għandu wkoll jiġi interpretat fir-rigward tal-għan tiegħu, li huwa dak li tingħata attenzjoni partikolari għall-minuri mhux akkumpanjati, kif ukoll fir-rigward tal-għan prinċipali ta’ dan ir-regolament li, hekk kif jindikaw il-premessi 3 u 4 tiegħu, huwa dak li jiggarantixxi aċċess effettiv għal evalwazzjoni tal-istatus ta’ refuġjat tal-applikant.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, billi l-minuri mhux akkumpanjati jiffurmaw kategorija partikolarment vulnerabbli, huwa importanti li l-proċedura tad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli ma tiħux fit-tul iktar milli strettament neċessarju, u dan ifisser li, bħala prinċipju, dawn ma jiġux trasferiti lejn Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq huma kkorroborati mir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-premessa 15 tar-Regolament Nru 343/2003, li tgħid li dan tal-aħħar jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji li huma rikonoxxuti, b’mod partikolari, mill-Karta.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-fatt, fost dawn id-drittijiet fundamentali jinsab b’mod partikolari dak, imsemmi fl-Artikolu 24(2) tal-Karta, li jiġi żgurat li, fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk jittieħdu minn awtoritajiet pubbliċi jew minn istituzzjonijiet privati, l-aħjar interess tat-tfal għandu jkun kunsiderazzjoni primarja.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 343/2003 ma jistax jiġi interpretat b’mod tali li jikser l-imsemmi dritt fundamentali (ara, b’analoġija, is-sentenzi Detiček, iċċitata iktar ’il fuq, punti 54 u 55, kif ukoll tal-<DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE>, McB., <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-400/10 PPU" PAGE.ECR="I-8965" YEAR="2010">C-400/10 PPU, Ġabra p. I-8965</REF.DOC.ECR>, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minkejja li l-interess tal-minuri huwa msemmi b’mod espliċitu fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 343/2003 biss, l-Artikolu 24(2) tal-Karta, moqri flimkien mal-Artikolu 51(1) tagħha għandu l-effett li, fid-deċiżjonijiet kollha li l-Istati Membri jadottaw abbażi tat-tieni paragrafu tal-imsemmi Artikolu 6, l-aħjar interess tat-tfal għandu wkoll ikun kunsiderazzjoni primarja.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Dan it-teħid inkunsiderazzjoni tal-aħjar interess tat-tfal bħala prinċipju jeżiġi li, f’ċirkustanzi bħal dawk li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 343/2003 jiġi interpretat fis-sens li huwa jindika bħala responsabbli dak l-Istat Membru fejn il-minuri jkun jinsab wara li jkun ippreżenta, hemmhekk, applikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-interess tal-minuri mhux akkumpanjati, hemm bżonn, hekk kif jirriżulta mill-punt 55 tal-preżenti sentenza, li l-proċedura tad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli ma tittawwalx għalxejn, iżda għandhom jiġu żgurati aċċess rapidu għall-proċeduri ta’ determinazzjoni tal-istatus ta’ refuġjat.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Dan il-metodu ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għall-ażil ippreżentata minn minuri mhux akkumpanjat li ma għandux membri tal-familja tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru huwa bbażat fuq kriterju oġġettiv, kif issemmi l-premessa 4 tar-Regolament Nru 343/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 343/2003, li jindika bħala responsabbli l-Istat Membru fejn il-minuri jkun jinsab wara li jkun ippreżenta, hemmhekk, applikazzjoni, ma tfissirx, kuntrarjament għal dak li sostna l-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, li l-minuri mhux akkumpanjat li l-applikazzjoni tiegħu ġiet miċħuda fil-mertu fl-ewwel Stat Membru, jista’ sussegwentement iġiegħel Stat Membru ieħor sabiex jeżamina applikazzjoni għall-ażil.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-Artikolu 25 tad-Direttiva 2005/85 jirriżulta li, minbarra l-każijiet fejn applikazzjoni ma tiġix eżaminata skont ir-Regolament Nru 343/2003, l-Istati Membri ma humiex marbuta jivverifikaw jekk min ifittex l-ażil għandux l-istatus ta’ refuġjat meta applikazzjoni titqies bħala inammissibbli għaliex, b’mod partikolari, min ifittex l-ażil ippreżenta applikazzjoni identika wara li tkun ingħatatlu deċiżjoni finali.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiżdied li, billi l-applikazzjoni għall-ażil għandha tiġi eżaminata minn Stat Membru wieħed biss, l-Istat Membru li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, ikun indikat bħala responsabbli skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 343/2003, għandu jinforma b’dan lill-Istat Membru li quddiemu tkun ġiet ippreżentata l-ewwel applikazzjoni għall-ażil.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq, hemm lok li r-risposta għad-domanda mressqa għandha tkun li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħalma huma dawk fil-kawża prinċipali, fejn minuri mhux akkumpanjat li l-ebda membru tal-familja tiegħu ma jkun jinsab legalment fit-territorju ta’ Stat Membru, ikun ippreżenta applikazzjonijiet għall-ażil f’iktar minn Stat Membru wieħed, huwa jindika bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Istat Membru responsabbli<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> dak l-Istat Membru li fih ikun jinsab il-minuri wara li jkun ippreżenta, hemmhekk, applikazzjoni għall-ażil.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-<DATE ISO="20030218">18 ta’ Frar 2003</DATE>, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħalma huma dawk fil-kawża prinċipali, fejn minuri mhux akkumpanjat li l-ebda membru tal-familja tiegħu ma jkun jinsab legalment fit-territorju ta’ Stat Membru, ikun ippreżenta applikazzjonijiet għall-ażil f’iktar minn Stat Membru wieħed, huwa jindika bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Istat Membru responsabbli<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> dak l-Istat Membru li fih ikun jinsab il-minuri wara li jkun ippreżenta, hemmhekk, applikazzjoni għall-ażil.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>