European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2212

6.9.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2212

tat-3 ta’ Settembru 2024

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar in-nutrijenti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar l-istatistika dwar l-input u l-output agrikoli, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008, (KE) Nru 543/2009 u (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 5(10), u l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2022/2379 jistabbilixxi qafas integrat għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea dwar l-inputs u l-outputs agrikoli.

(2)

Biex ikun żgurat li l-Istati Membri jiġġeneraw data komparabbli u tinkiseb armonizzazzjoni fis-sistema tal-istatistika agrikola, jeħtieġ jiġu speċifikati l-elementi tekniċi tal-istatistika dwar l-inputs u l-outputs agrikoli fir-rigward tan-nutrijenti li trid tintbagħat lill-Kummissjoni (Eurostat).

(3)

Dawk l-elementi jikkonsistu mil-lista tal-varjabbli, id-deskrizzjonijiet tal-varjabbli, l-unitajiet tal-osservazzjoni, ir-rekwiżiti tal-preċiżjoni li jridu jiġu applikati, ir-regoli metodoloġiċi li jridu jiġu applikati, u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data, meta xieraq.

(4)

Il-kopertura tas-settijiet tad-data jenħtieġ li tiġi speċifikata lil hinn mir-rekwiżiti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2022/2379 meta xieraq, biex jiġu evitati l-inkonsistenzi bejn l-Istati Membri.

(5)

Il-perjodi ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2022/2379 jenħtieġ li jiġu speċifikati f’aktar dettall biex tkun żgurata l-komparabbiltà tal-istatistika bejn l-Istati Membri.

(6)

L-istatistika Ewropea dwar in-nutrijenti jenħtieġ li tiġi kkompilata b’metodoloġiji koerenti mal-istandards rilevanti maqbula internazzjonalment, bħal dawk tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima jew il-Programm Ewropew tal-Monitoraġġ u tal-Evalwazzjoni.

(7)

Il-bilanċi tan-nutrijenti huma indikaturi importanti tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet agrikoli. Dawn jistgħu jirriflettu r-riskji għall-ambjent billi joħorġu fid-dieher eċċessi persistenti tan-nitroġenu u tal-fosforu, jew defiċits fil-ħamrija agrikola. Nuqqas ta’ nitroġenu jew fosforu jista’ jikkawża degradazzjoni fil-fertilità tal-ħamrija, filwaqt li eċċess jista’ jikkawża tniġġis tal-arja u tal-ilma, li potenzjalment iwassal pereżempju għal ewtrofikazzjoni tal-ilma tal-wiċċ u kontaminazzjoni tal-ilma tax-xorb.

(8)

L-istatistika dwar in-nutrijenti tikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-effiċjenza tal-użu tal-fertilizzanti u d-dipendenza tal-produzzjoni tal-ikel fuq dawn l-inputs. Għalhekk, l-istatistika hija element importanti tas-sigurtà tal-ikel.

(9)

L-istrateġija tal-Kummissjoni “Mill-Għalqa sal-Platt” fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew tistabbilixxi l-objettiv li t-telf tan-nutrijenti jitnaqqas bin-nofs, filwaqt li jkun żgurat li ma jkun hemm l-ebda deterjorament fil-fertilità tal-ħamrija, li jwassal għal tnaqqis kumplessiv ta’ mill-inqas 20 % fl-użu tal-fertilizzanti sal-2030. Barra minn hekk, il-bilanċ gross tan-nutrijenti hu l-indikatur tal-kontenut użat għall-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni. Id-data komparabbli u fil-ħin dwar il-bilanċi tan-nutrijenti u dwar l-użu tal-fertilizzanti fl-agrikoltura se tikkontribwixxi għall-valutazzjoni ta’ dawn il-miri u ta’ miri ta’ politika futuri oħra. Għal valutazzjoni fil-ħin tal-miri u tal-indikaturi, id-data dwar il-bilanċi tan-nutrijenti trid tkun disponibbli qabel l-2030.

(10)

Il-bilanċi tan-nutrijenti jenħtieġ li jiġu kkalkulati bl-approċċ tal-baġit tal-art, b’koeffiċjenti biex jirriflettu l-impatt tal-għelejjel u tal-bhejjem fuq il-flussi tan-nutrijenti. Dawk il-koeffiċjenti jenħtieġ li jiġu kkalkulati b’metodoloġiji komparabbli fl-Istati Membri kollha biex ikunu żgurati l-koerenza u l-komparabbiltà. Il-koeffiċjenti jenħtieġ li jkunu jirriflettu xejra stabbli, u jneħħu l-volatilità annwali.

(11)

Id-disponibbiltà ta’ dawn il-koeffiċjenti hi prerekwiżit għall-kalkolu tal-bilanċi tan-nutrijenti. Il-koeffiċjenti jintużaw flimkien ma’ settijiet oħra tad-data relatati, b’mod partikolari l-istatistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel u tal-annimali pprovduta mill-Istati Membri, biex jinkisbu l-bilanċi tan-nutrijenti annwali.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Rekwiżiti tad-data

L-Istati Membri għandhom jipprovdu data dwar id-dominju tal-istatistika dwar in-nutrijenti msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2022/2379 fil-għamla ta’ settijiet tad-data aggregata.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu s-settijiet tad-data aggregata lill-Kummissjoni (Eurostat) fil-livell nazzjonali.

Artikolu 2

Settijiet tad-data

(1)   Il-kontenut tad-data tas-settijiet tad-data hu speċifikat:

(a)

l-Anness I għas-suġġett (i) Nutrijenti fil-fertilizzanti għall-agrikoltura, għas-suġġetti dettaljati:

(i)

Fertilizzanti inorganiċi għall-agrikoltura;

(ii)

Fertilizzanti organiċi għall-agrikoltura;

(b)

fl-Anness II għas-suġġett (ii) Il-bilanċi tan-nutrijenti, għas-suġġetti dettaljati:

(i)

Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti tal-għelejjel u tal-foraġġ;

(ii)

Volumi u koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti tar-residwi tal-għelejjel;

(iii)

Koeffiċjenti tal-iffissar bijoloġiku tan-nitroġenu;

(iv)

Koeffiċjenti tad-depożizzjoni tan-nitroġenu atmosferiku;

(v)

Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti taż-żerriegħa;

(vi)

Koeffiċjenti tal-eskrezzjoni tan-nutrijenti tal-bhejjem;

(vii)

Volumi u koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti tal-irtirar tad-demel tal-bhejjem;

(2)   Għal kull sett tad-data, it-Taqsima I tispeċifika:

(a)

deskrizzjoni tal-kontenut tad-data;

(b)

il-varjabbli li jridu jingħataw;

(c)

l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat);

(d)

il-perjodi ta’ referenza;

(e)

l-unitajiet tal-kejl;

(3)   Għal kull sett tad-data, it-Taqsima II tispeċifika:

(a)

deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl;

(b)

rekwiżiti tekniċi relatati mal-varjabbli.

Artikolu 3

Bilanċi tan-nutrijenti

(1)   Il-bilanċ gross tan-nutrijenti – in-nitroġenu u l-fosforu – għandu jkun id-differenza bejn l-inputs tan-nutrijenti fil-ħamrija agrikola u l-outputs minnha. L-inputs għandhom ikunu prinċipalment in-nutrijenti fil-fertilizzanti użati u fil-produzzjoni tad-demel mill-bhejjem, iżda anki dawk mill-introduzzjoni taż-żrieragħ u – għan-nitroġenu – il-proċessi tal-iffissar bijoloġiku u d-depożizzjoni atmosferika. L-outputs għandhom ikunu prinċipalment in-nutrijenti fl-għelejjel u fil-foraġġ maħsud jew mirgħi, iżda anki fl-irtirar tad-demel u t-tneħħija tar-residwi tal-għelejjel li ma jerġgħux lura fil-ħamrija.

(2)   Il-bilanċ nett tan-nitroġenu għandu jiġi ddefinit bħala l-bilanċ gross tan-nutrijenti għan-nitroġenu li minnu jitnaqqsu l-emissjonijiet tan-nitroġenu mill-ġestjoni tal-ħamrija u tad-demel.

(3)   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkalkula dawn il-bilanċi tan-nutrijenti kull sena, abbażi:

(a)

tas-settijiet tad-data pprovduti kif deskritt fl-Anness I u l-Anness II;

(b)

tad-data dwar l-istatistika dwar il-produzzjoni tal-annimali kif deskritt fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2745 tat-8 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar il-produzzjoni tal-annimali (2);

(c)

tad-data dwar l-istatistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel kif deskritt fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1538 tal-25 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel (3);

(d)

tad-data dwar l-emissjonijiet kif irrappurtata skont il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NUKEE) fuq it-Tniġġis tal-Arja Transkonfinali fuq Distanza Kbira (il-Konvenzjoni dwar l-Arja), u d-Direttiva dwar l-Impenji Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Emissjonijiet (4), kif ukoll skont ir-Regolament dwar il-Governanza tal-UE (5) u skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC).

Artikolu 4

It-trażmissjoni tad-data msemmija fl-Anness II

L-Istati Membri għandhom jipprovdu s-settijiet tad-data msemmija fl-Anness II għall-ewwel darba sat-30 ta’ Novembru 2029 għas-snin ta’ referenza 2026, 2027 u 2028, u mbagħad kull 5 snin sal-iskadenzi indikati f’kull sett tad-data.

Artikolu 5

Kwalità u speċifikazzjonijiet metodoloġiċi

(1)   Meta l-ġbir tad-data għas-settijiet tad-data jsir abbażi ta’ kampjuni statistiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati ponderati jkunu rappreżentattivi tal-popolazzjoni statistika. Meta jintużaw sorsi oħra li mhumiex is-sondaġġi statistiċi, il-kwalità tal-istatistika trid tiġi żgurata b’tali mod li dawn ikunu rappreżentattivi tal-ambitu li jiddeskrivu u jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 (6).

(2)   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-koeffiċjenti użati jiġu stabbiliti b’metodi xjentifiċi biex ikunu jiddeskrivu sew l-input jew l-output tan-nutrijenti ta’ kull varjabbli kif stipulat fl-Anness I u II.

(3)   L-ispeċifikazzjonijiet metodoloġiċi komuni għall-kompilazzjoni tal-istatistika huma stabbiliti fl-Anness III fir-rigward tas-settijiet tad-data fl-Annessi I sa II.

Artikolu 6

Deskrizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-deskrizzjonijiet tat-termini kif stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 315, 7.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2379/oj.

(2)   ĠU L, 2023/2745, 11.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2745/oj.

(3)   ĠU L 187, 26.7.2023, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1538/oj.

(4)  Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE. ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/2284/oj.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1999/oj.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej. ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/223/oj.


ANNESS I

Nutrijenti fil-fertilizzanti għall-agrikoltura

SETT TAD-DATA 1

Fertilizzanti inorganiċi għall-agrikoltura

Dominju:

d.

Statistika dwar in-nutrijenti

Suġġett:

i.

Nutrijenti fil-fertilizzanti għall-agrikoltura

Suġġett dettaljat:

i.1

Fertilizzanti inorganiċi għall-agrikoltura

TAQSIMA I

Kontenuti tad-data

Id-data għandha tkopri l-kwantitajiet tan-nutrijenti fil-fertilizzanti inorganiċi użati fl-agrikoltura tul il-perjodu ta’ referenza fi Stat Membru.

Nutrijent

Skadenza

it-30 ta’ Novembru tas-sena N+1

In-nitroġenu

Q

 

li minnu fil-urea

Q

Il-fosforu

Q

Il-potassju

Q

N:

Is-sena li d-data tirreferi għaliha

Q:

Kwantità tan-nutrijenti użati fl-agrikoltura (1 000 tunnellata)

Perjodu ta’ referenza: Sena kalendarja

Livell ġeografiku: Livell nazzjonali

Taqsima II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl

Kwantità tan-nutrijenti: tirreferi għall-kwantitajiet annwali tan-nutrijenti fil-fertilizzanti inorganiċi (f’forma dritta u f’forma komposta) użati fl-agrikoltura. Il-kwantità għandha tiġi rrappurtata bħala forma elementali: N għan-nitroġenu, P għall-fosforu u K għall-potassju. Il-kwantità rrappurtata tan-nitroġenu fil-urea għandha tirreferi biss għall-kwantitajiet inklużi fil-fertilizzant dritt.

Rekwiżiti tekniċi

(1)

Meta l-kwantitajiet tal-kontenuti tan-nutrijenti jkunu disponibbli għall-pajjiżi fil-forma ossidizzata tagħhom, għandhom jiġu applikati l-fatturi tal-konverżjoni li ġejjin f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (1):

Il-fosforu (P) = pentossidu tal-fosforu (P2O5) × 0,436;

Il-potassju (K) = ossidu tal-potassju (K2O) × 0,830.

(2)

Jekk is-sors tad-data dwar il-kwantità tan-nutrijenti hu statistika dwar il-bejgħ tal-fertilizzanti inorganiċi, l-użu mhux agrikolu u l-użu differit tal-fertilizzanti mibjugħa għandhom jiġu stmati u użseati biex jikkoreġu d-data sors.

SETT TAD-DATA 2

Fertilizzanti organiċi għall-agrikoltura

Dominju:

d.

Statistika dwar in-nutrijenti

Suġġett:

i.

Nutrijenti fil-fertilizzanti għall-agrikoltura

Suġġett dettaljat:

i.2

Fertilizzanti organiċi għall-agrikoltura

Taqsima I

Kontenuti tad-data

Id-data għandha tkopri l-fertilizzanti organiċi u organominerali (għajr id-demel mhux ipproċessat tal-annimali) użati fl-agrikoltura tul il-perjodu ta’ referenza fi Stat Membru u l-koeffiċjenti rispettivi tal-kontenut tan-nutrijenti.

Tip ta’ fertilizzant

Skadenza

it-30 ta’ Novembru tas-sena wara t-tmiem tal-perjodu ta’ 3 snin

Ħama tad-dranaġġ

Q

NC, PC

Fertilizzanti organiċi oħra

Q

NC, PC

Fertilizzanti organominerali

Q

NC, PC

Q:

Kwantità użata fl-agrikoltura (1 000 tunnellata)

NC:

Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nitroġenu (kg ta’ nitroġenu għal kull tunnellata)

PC:

Koeffiċjenti tal-kontenut tal-fosforu (kg ta’ fosforu għal kull tunnellata)

Perjodu ta’ referenza: Sena kalendarja

Livell ġeografiku: Livell nazzjonali

Taqsima II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl

Kwantità tal-fertilizzant: tirreferi għall-kwantitajiet annwali tal-fertilizzanti organiċi u organominerali użati fl-agrikoltura, għajr id-demel mhux ipproċessat. Id-data għandha tiġi rrapportata f’termini ta’ materja niexfa.

Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti: tirreferi għall-medji annwali fuq perjodu ta’ tliet snin (medji mobbli) tal-kontenut tan-nutrijenti elementali – N u P – (f’kg) f’tunnellata ta’ fertilizzant (materja niexfa).

Rekwiżiti tekniċi

(1)

Il-koeffiċjenti medji tal-kontenut tan-nutrijenti fuq perjodu ta’ tliet snin għandhom ikopru s-sena ta’ referenza tad-data u s-sentejn preċedenti.

(2)

Il-kwantitajiet annwali u l-koeffiċjenti medji tal-kontenut tan-nutrijenti, għal kull waħda mis-snin tul il-perjodu ta’ tliet snin, ikkalkulati kif deskritt hawn fuq, għandhom jintbagħtu flimkien sal-iskadenza indikata fis-sett tad-data.


(1)   ĠU L 170, 25/06/2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1009/oj.


ANNESS II

Bilanċi tan-nutrijenti

Sett tad-data 1

Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti tal-għelejjel u tal-foraġġ

Dominju:

d.

Statistika dwar in-nutrijenti

Suġġett:

ii.

Bilanċi tan-nutrijenti

Suġġetti dettaljati:

ii.1

Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti tal-għelejjel u tal-foraġġ

TAQSIMA I

Kontenuti tad-data

Id-data għandha tkopri l-koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti li jirrappreżentaw l-ammont medju tan-nutrijenti f’tunnellata ta’ prodott tal-għelejjel maħsud.

Għelejjel

Skadenza

 

it-30 ta’ Novembru tas-sena wara t-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin (*1)

Ċereali għall-produzzjoni tal-ħabba (inkluż iż-żerriegħa)

-

 

Qamħ u farru

-

 

 

Qamħ u farru komuni

-

 

 

 

Qamħ u farru komuni tax-xitwa

NC, PC

 

 

 

Qamħ u farru komuni tar-rebbiegħa

NC, PC

 

 

Qamħ durum

NC, PC

 

Segala

NC, PC

 

Xgħir

-

 

 

Xgħir tax-xitwa

NC, PC

 

 

Xgħir tar-rebbiegħa

NC, PC

 

Ħafur

NC, PC

 

Żerriegħa tal-qamħirrum u taħlita taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum

NC, PC

 

Tritikal

NC, PC

 

Sorgu

NC, PC

 

Ross

-

 

 

Ross Indica

NC, PC

 

 

Ross Japonica

NC, PC

 

Taħlitiet ta’ ċereali tax-xitwa (maslin)

NC, PC

 

Taħlitiet taċ-ċereali tar-rebbiegħa (ħbub imħallta minbarra l-maslin)

NC, PC

 

Ċereali oħra n.e.c. (1) (millieġ, skalora, eċċ.)

NC, PC

 

Psewdoċereali

-

 

 

Qamħ saraċin

NC, PC

 

 

Kinoa

NC, PC

 

 

Psewdoċereali n.e.c.

NC, PC

Bus u ħemes imnixxfa u għelejjel tal-proteini għall-produzzjoni tal-ħbub (inkluż iż-żerriegħa u taħlitiet taċ-ċereali u tal-bus u l-ħemes)

-

 

Piżelli tal-għelieqi

NC, PC

 

Ful u fażola tal-għelieqi

NC, PC

 

Lupini ħelwin

NC, PC

 

Għads

NC, PC

 

Ġulbiena

NC, PC

 

Ċiċri

NC, PC

 

Bus u ħemes imnixxfa u għelejjel tal-proteini oħra n.e.c.

NC, PC

Għelejjel tal-għeruq

-

 

Patata (inkluż il-patata taż-żrigħ)

NC, PC

 

Pitrava zokkrija (minbarra ż-żerriegħa)

NC, PC

 

Għelejjel tal-għeruq oħra n.e.c.

NC, PC

Għelejjel industrijali

-

 

Żrieragħ żejtnin

-

 

 

Lift u żrieragħ tal-lift tan-nevew

-

 

 

 

Lift u żrieragħ tal-lift tan-nevew tax-xitwa

NC, PC

 

 

 

Lift u żrieragħ tal-lift tan-nevew tar-rebbiegħa

NC, PC

 

 

Żerriegħa tal-ġirasol

NC, PC

 

 

Soja

NC, PC

 

 

Żerriegħa tal-kittien (kittien taż-żejt)

NC, PC

 

 

Żerriegħa tal-qoton

NC, PC

 

 

Għelejjel ta’ żrieragħ żejtnin oħra n.e.c.

NC, PC

 

Għelejjel tal-fibra

-

 

 

Fibra tal-kittien

NC, PC

 

 

Qanneb

NC, PC

 

 

Fibra tal-qoton

NC, PC

 

 

Għelejjel tal-fibra oħra n.e.c.

NC, PC

 

Tabakk

NC, PC

 

Ħops

NC, PC

 

Għelejjel tal-enerġija n.e.c.

NC, PC

Pjanti maħsuda fi stadju bikri mir-raba’ li jinħadem

-

 

Ħaxix u ragħi temporanji

NC, PC

 

Pjanti leguminużi maħsuda fi stadju bikri

-

 

 

Nifel

NC, PC

 

 

Taħlitiet tal-ħaxix legumi

NC, PC

 

 

Pjanti leguminużi oħra maħsuda fi stadju bikri n.e.c.

NC, PC

 

Qamħirrum aħdar

NC, PC

 

Ċereali oħra maħsuda fi stadju bikri (minbarra l-qamħirrum aħdar)

NC, PC

 

Pjanti oħra maħsuda fi stadju bikri mir-raba’ li jinħadem n.e.c.

NC, PC

Għelejjel oħra mir-raba’ li jinħadem n.e.c.

NC (2), PC (2)

Art bil-ħaxix permanenti

-

 

Bwar u mergħa permanenti, għajr ir-ragħi mhux ikkultivati

NC, PC

 

Ragħi permanenti mhux ikkultivati

NC, PC

Ħaxix frisk (inkluż il-bettiegħ) u frawli

-

 

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ)

-

 

 

Brassika

NC, PC

 

 

Ħxejjex bil-weraq u biz-zkuk (għajr il-brassika)

NC, PC

 

 

Ħxejjex ikkultivati għall-frott (inkluż il-bettieħ)

NC, PC

 

 

Ħxejjex tal-għeruq, tat-tuberi u tal-basla

NC, PC

 

 

Bus u ħemes friski

NC, PC

 

 

Ħxejjex friski oħra n.e.c.

NC, PC

 

Frawli

NC, PC

Għelejjel permanenti għall-konsum mill-bniedem

-

 

Frott, frott artab u ġewż (għajr il-frott taċ-ċitru, l-għeneb u l-frawli)

-

 

 

Frott minn żoni klimatiċi moderati

-

 

 

 

Frott taż-żerriegħa

NC, PC

 

 

 

Frott tal-għadma

NC, PC

 

 

Frott minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali

NC, PC

 

 

Frott artab (għajr il-frawli)

NC, PC

 

 

Ġewż

NC, PC

 

Frott taċ-ċitru

NC, PC

 

Għeneb

NC, PC

 

Żebbuġ

NC, PC

 

Għelejjel permanenti oħra għall-konsum mill-bniedem n.e.c.

NC, PC

Fjuri u pjanti ornamentali (għajr il-mixtliet)

NC (2) , PC (2)

NC:

Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nitroġenu (kg ta’ nitroġenu għal kull tunnellata)

PC:

Koeffiċjenti tal-kontenut tal-fosforu (kg ta’ fosforu għal kull tunnellata)

Perjodu ta’ referenza:

Sena kalendarja

Livell ġeografiku:

Livell nazzjonali

Taqsima II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl

Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti: tirreferi għall-medji annwali fuq perjodu ta’ ħames snin (medji mobbli) tal-kontenut tan-nutrijenti elementali – N u P – (f’kg) f’tunnellata ta’ prodott tal-għelejjel maħsud. Il-koeffiċjenti għandhom jirrappreżentaw il-kontenut tan-nutrijenti tal-prodotti tal-għelejjel fl-istatistika annwali dwar l-għelejjel skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1538 tal-25 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel.

Rekwiżiti tekniċi

(1)

Il-koeffiċjenti medji tal-kontenut tan-nutrijenti fuq perjodu ta’ ħames snin għandhom ikopru s-sena ta’ referenza tad-data u l-erba’ snin preċedenti.

(2)

Il-koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti għandhom jiġu rrappurtati skont ir-rekwiżiti tal-umdità stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1538 tal-25 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel.

Sett tad-data 2

Volumi u koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti tar-residwi tal-għelejjel

Dominju:

d.

Statistika dwar in-nutrijenti

Suġġett:

ii.

Bilanċi tan-nutrijenti

Suġġetti dettaljati:

ii.2

Volumi u koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti tar-residwi tal-għelejjel

Taqsima I

Kontenuti tad-data

Id-data għandha tkopri l-kwantitajiet annwali medji tar-residwi tal-għelejjel imneħħija mill-għalqa u l-koeffiċjenti rispettivi tal-kontenut tan-nutrijenti.

Għelejjel

Skadenza

it-30 ta’ Novembru tas-sena wara t-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin (*2)

Residwi totali tal-għelejjel (imneħħija mill-għalqa)

-

-

 

Weraq tar-ras u zkuk

Q

NC, PC

 

Tiben

Q

NC, PC

 

Residwi oħra tal-għelejjel

Q

NC, PC

Q:

Kwantità (1 000 tunnellata) ta’ residwi tal-għelejjel imneħħija mill-għalqa

NC:

Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nitroġenu (kg ta’ nitroġenu għal kull tunnellata ta’ residwi tal-għelejjel)

PC:

Koeffiċjenti tal-kontenut tal-fosforu (kg ta’ fosforu għal kull tunnellata ta’ residwi tal-għelejjel)

Perjodu ta’ referenza Sena kalendarja

Livell ġeografiku: Livell nazzjonali

Taqsima II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl

Kwantità (1 000 tunnellata) ta’ residwi tal-għelejjel imneħħija mill-għalqa tirreferi għall-medji annwali fuq perjodu ta’ ħames snin (medji mobbli) tal-ammont tar-residwi maħsuda bħala prodott sekondarju u mhux ritornati fl-għalqa aktar tard.

Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti: tirreferi għall-medji annwali fuq perjodu ta’ ħames snin (medji mobbli) tal-kontenut tan-nutrijenti elementali – N u P – (f’kg) f’tunnellata ta’ tip ta’ residwi tal-għelejjel. Il-koeffiċjenti għandhom jirrappreżentaw il-kontenut tan-nutrijenti fir-residwi tal-għelejjel irrappurtat fis-sett tad-data.

Rekwiżiti tekniċi

(1)

Il-kwantitajiet annwali medji tar-residwi tal-għelejjel imneħħija u l-koeffiċjenti medji tal-kontenut tan-nutrijenti fuq perjodu ta’ ħames snin għandhom ikopru s-sena ta’ referenza tad-data u l-erba’ snin preċedenti.

(2)

Il-kwantitajiet annwali medji u l-koeffiċjenti medji tal-kontenut tan-nutrijenti, għal kull sena tul il-perjodu ta’ ħames snin, ikkalkulati kif deskritt hawn fuq, għandhom jintbagħtu flimkien sal-iskadenza indikata fis-sett tad-data.

Sett tad-data 3

Koeffiċjenti tal-iffissar bijoloġiku tan-nitroġenu

Dominju:

d.

Statistika dwar in-nutrijenti

Suġġett:

ii.

Bilanċi tan-nutrijenti

Suġġetti dettaljati:

ii.3

Koeffiċjenti tal-iffissar bijoloġiku tan-nitroġenu

Taqsima I

Kontenuti tad-data

Id-data għandha tkopri l-koeffiċjenti tal-iffissar bijoloġiku tan-nitroġenu għall-għelejjel leguminużi u t-taħlitiet tal-ħaxix legumi.

Għelejjel

Skadenza

it-30 ta’ Novembru tas-sena wara t-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin (*3)

Bus u ħemes imnixxfa u għelejjel tal-proteini għall-produzzjoni tal-ħbub (inkluż iż-żerriegħa u taħlitiet taċ-ċereali u tal-bus u l-ħemes)

-

 

Piżelli tal-għelieqi

NFC

 

Ful u fażola tal-għelieqi

NFC

 

Lupini ħelwin

NFC

 

Għads

NFC

 

Ġulbiena

NFC

 

Ċiċri

NFC

 

Bus u ħemes imnixxfa u għelejjel tal-proteini oħra n.e.c.

NFC

Soja

NFC

Ħaxix u ragħi temporanji

NFC

Pjanti leguminużi maħsuba fi stadju bikri

-

 

Nifel

NFC

 

Taħlitiet tal-ħaxix legumi

NFC

 

Pjanti leguminużi oħra maħsuba fi stadju bikri n.e.c.

NFC

Bus u ħemes friski

-

 

Piżelli friski

NFC

 

Fażola friska

NFC

 

Bus u ħemes friski oħra n.e.c.

NFC

Art bil-ħaxix permanenti

-

 

Bwar u mergħa permanenti, għajr ir-ragħi mhux ikkultivati

NFC

 

Ragħi permanenti mhux ikkultivati

NFC

NFC:

Koeffiċjenti tal-iffissar tan-nitroġenu (kg ta’ nitroġenu għal kull tunnellata)

Perjodu ta’ referenza: Sena kalendarja

Livell ġeografiku: Livell nazzjonali

Taqsima II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl

Koeffiċjenti tal-iffissar bijoloġiku tan-nitroġenu tirreferi għall-medji annwali fuq perjodu ta’ ħames snin (medji mobbli) tan-nitroġenu elementali (f’kg/tunnellata) iffissati kull sena mill-għelejjel leguminużi u t-taħlitiet tal-ħaxix legumi. Il-koeffiċjenti għandhom jirrappreżentaw il-produzzjoni tal-għelejjel maħsuda kif irrappurtata fl-istatistika annwali dwar l-għelejjel skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1538 tal-25 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel.

Rekwiżiti tekniċi

Il-koeffiċjenti medji tal-iffissar tan-nitroġenu fuq perjodu ta’ ħames snin għandhom ikopru s-sena ta’ referenza tad-data u l-erba’ snin preċedenti.

Sett tad-data 4

Koeffiċjenti tad-depożizzjoni atmosferika tan-nitroġenu

Dominju:

d.

Statistika dwar in-nutrijenti

Suġġett:

ii.

Bilanċi tan-nutrijenti

Suġġetti dettaljati:

ii.4

Koeffiċjenti tad-depożizzjoni atmosferika tan-nitroġenu

Taqsima I

Kontenuti tad-data

Id-data għandha tkopri l-koeffiċjenti tad-depożizzjoni atmosferika tan-nitroġenu.

 

Skadenza

it-30 ta’ Novembru tas-sena wara t-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin (*4)

Koeffiċjenti tad-depożizzjoni atmosferika tan-nitroġenu

NDC

NDC:

Koeffiċjent tad-depożizzjoni atmosferika tan-nitroġenu (kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru)

Perjodu ta’ referenza: Sena kalendarja

Livell ġeografiku: Livell nazzjonali

Taqsima II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl

Koeffiċjenti tad-depożizzjoni atmosferika tan-nitroġenu: tirreferi għall-medja annwali fuq perjodu ta’ ħames snin (medja mobbli) tan-nitroġenu elementali (f’kg/ettaru) li jaqa’ mill-atmosfera fuq art agrikola użata, kif irrappurtat fl-istatistika annwali dwar l-għelejjel skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1538 tal-25 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel.

Rekwiżiti tekniċi

(1)

Il-koeffiċjent medju tad-depożizzjoni tan-nitroġenu fuq perjodu ta’ ħames snin għandu jkopri s-sena ta’ referenza tad-data u l-erba’ snin preċedenti.

(2)

Il-koeffiċjent irrappurtat għandu jqis kemm id-depożizzjoni atmosferika mxarrba kif ukoll dik niexfa.

(3)

Il-koeffiċjent irrappurtat għandu jqis id-depożizzjoni li toriġina mis-setturi kollha, inkluż mill-agrikoltura.

Sett tad-data 5

Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti taż-żerriegħa

Dominju:

d.

Statistika dwar in-nutrijenti

Suġġett:

ii.

Bilanċi tan-nutrijenti

Suġġetti dettaljati:

ii.5

Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti taż-żerriegħa

Taqsima I

Kontenuti tad-data

Id-data għandha tkopri l-koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti fiż-żrieragħ taċ-ċereali u tal-patata taż-żrigħ.

Għelejjel

Skadenza

it-30 ta’ Novembru tas-sena wara t-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin (*5)

Ċereali għall-produzzjoni tal-ħabba (inkluż iż-żerriegħa)

NSC, PSC

Patata (inkluż il-patata taż-żrigħ)

NSC, PSC

NSC:

Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nitroġenu taż-żerriegħa (kg ta’ nitroġenu għal kull ettaru)

PSC:

Koeffiċjenti tal-kontenut tal-fosforu taż-żerriegħa (kg ta’ fosforu għal kull ettaru)

Perjodu ta’ referenza: Sena kalendarja

Livell ġeografiku: Livell nazzjonali

Taqsima II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl

Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti taż-żerriegħa: tirreferi għall-medji annwali fuq perjodu ta’ ħames snin (medji mobbli) tal-kontenut tan-nutrijenti elementali – N u P – (f’kg/ettaru) fiż-żrieragħ taċ-ċereali u l-patata taż-żrigħ.

Rekwiżiti tekniċi

Il-koeffiċjenti medji tal-kontenut tan-nutrijenti fuq perjodu ta’ ħames snin għandhom ikopru s-sena ta’ referenza tad-data u l-erba’ snin preċedenti.

Sett tad-data 6

Koeffiċjenti tal-eskrezzjoni tan-nutrijenti tal-bhejjem

Dominju:

d.

Statistika dwar in-nutrijenti

Suġġett:

ii.

Bilanċi tan-nutrijenti

Suġġetti dettaljati:

ii.6

Koeffiċjenti tal-eskrezzjoni tan-nutrijenti tal-bhejjem

Taqsima I

Kontenuti tad-data

Id-data għandha tkopri l-koeffiċjenti tan-nutrijenti eskretti mill-annimali użati għall-attività agrikola.

Kategorija tal-bhejjem

Skadenza

it-30 ta’ Novembru tas-sena wara t-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin (*6)

Bovini

-

 

Bovini iżgħar minn sena

-

 

 

Għall-qatla

NEC, PEC

 

 

Mhux għall-qatla

-

 

 

 

Bovini rġiel iżgħar minn sena u mhux għall-qatla

NEC, PEC

 

 

 

Bovini nisa iżgħar minn sena u mhux għall-qatla

NEC, PEC

 

Bovini ta’ bejn sena u sentejn

-

 

 

Bovini rġiel ta’ bejn sena u sentejn

NEC, PEC

 

 

Erieħ ta’ bejn sena u sentejn

-

 

 

 

Erieħ ta’ bejn sena u sentejn, għall-qatla

NEC, PEC

 

 

 

Erieħ ta’ bejn sena u sentejn, mhux għall-qatla

NEC, PEC

 

Bovini ta’ sentejn jew akbar

-

 

 

Bovini rġiel ta’ sentejn jew akbar

NEC, PEC

 

 

Erieħ ta’ sentejn jew akbar

-

 

 

 

Erieħ ta’ sentejn jew akbar, għall-qatla

NEC, PEC

 

 

 

Erieħ ta’ sentejn jew akbar, mhux għall-qatla

NEC, PEC

 

 

Baqar

-

 

 

 

Baqar tal-ħalib

NEC, PEC

 

 

 

Baqar mhux tal-ħalib

NEC, PEC

Ħnieżer

-

 

Ħnieżer ta’ inqas minn 50 kg

-

 

 

Ħnienes ta’ inqas minn 20 kg

NEC, PEC

 

 

Ħnieżer oħra ta’ 20 kg sa inqas minn 50 kg

NEC, PEC

 

Ħnieżer għall-qatla, inkluż ċingjali rġiel għall-qatla u ċingjali nisa għall-qatla, ta’ 50 kg jew itqal

-

 

 

Ħnieżer ta’ 50 kg sa inqas minn 80 kg

NEC, PEC

 

 

Ħnieżer ta’ 80 kg sa inqas minn 110 kg

NEC, PEC

 

 

Ħnieżer ta’ 110 kg jew itqal

NEC, PEC

 

Ħnieżer tat-tgħammir ta’ 50 kg u itqal

-

 

 

Ċingjali tat-tgħammir

NEC, PEC

 

 

Ħnieżer nisa koperti

NEC, PEC

 

 

Ħnieżer nisa mhux koperti

NEC, PEC

Nagħaġ u mtaten

-

 

Nagħaġ u ħrief nisa

-

 

 

Nagħaġ u ħrief nisa tal-ħalib

NEC, PEC

 

 

Nagħaġ u ħrief nisa mhux tal-ħalib

NEC, PEC

 

Nagħaġ u mtaten oħra

NEC, PEC

Mogħoż u bdabad

-

 

Mogħoż tat-tgħammir

NEC, PEC

 

Mogħoż u bdabad oħra

NEC, PEC

Pollam (minbarra l-flieles)

-

 

Tiġieġ

-

 

 

Tiġieġ tas-simna

NEC, PEC

 

 

Tiġieġ tal-bajd

NEC, PEC

 

Pollam, għajr it-tiġieġ

-

 

 

Papri

NEC, PEC

 

 

Wiżż

NEC, PEC

 

 

Dundjani

NEC, PEC

 

 

Ngħam

NEC, PEC

 

 

Pollam ieħor tar-razzett n.e.c.

NEC, PEC

Annimali bil-pil

-

 

Volpi

NEC, PEC

 

Klieb tar-rakun

NEC, PEC

 

Minki

NEC, PEC

 

Ċinċilli

NEC, PEC

 

Annimali oħra tal-pil n.e.c.

NEC, PEC

Fniek

NEC, PEC

NEC:

Koeffiċjenti tal-eskrezzjoni tan-nitroġenu (kg ta’ nitroġenu għal kull ras fis-sena)

PEC:

Koeffiċjenti tal-eskrezzjoni tal-fosforu (kg ta’ fosforu għal kull ras fis-sena)

Perjodu ta’ referenza: Sena kalendarja

Livell ġeografiku: Livell nazzjonali

Taqsima II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl

Koeffiċjenti tal-eskrezzjoni tan-nutrijenti: tirreferi għall-medji annwali fuq perjodu ta’ ħames snin (medji mobbli) tal-ammont annwali gross tal-kontenut tan-nutrijenti elementali – N u P – (f’kg) eskrett (feċi u awrina) għal kull ras ta’ annimal, għat-tipi kollha tal-bhejjem.

Rekwiżiti tekniċi

(1)

Il-koeffiċjenti medji tal-eskrezzjoni fuq perjodu ta’ ħames snin għandhom ikopru s-sena ta’ referenza tad-data u l-erba’ snin preċedenti.

(2)

Id-data għandha tiġi rrapportata f’termini ta’ kejl gross tal-eskrezzjoni.

(3)

L-ispeċifikazzjonijiet metodoloġiċi dettaljati li jridu jiġu applikati jinsabu fl-Anness III.

Sett tad-data 7

Volumi u koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti tal-irtirar tad-demel tal-bhejjem

Dominju:

d.

Statistika dwar in-nutrijenti

Suġġett:

ii.

Bilanċi tan-nutrijenti

Suġġetti dettaljati:

ii.7

Volumi u koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti tal-irtirar tad-demel tal-bhejjem

Taqsima I

Kontenuti tad-data

Id-data għandha tkopri l-irtirar annwali medju tad-demel u l-koeffiċjenti rispettivi tal-kontenut tan-nutrijenti.

 

Skadenza

it-30 ta’ Novembru tas-sena wara t-tmiem tal-perjodu ta’ 5 snin (*7)

Demel esportat u rtirar ieħor tad-demel

-

-

 

Demel tal-bhejjem esportat

Q

NC, PC

 

Irtirar ieħor tad-demel

Q

NC, PC

Demel importat u inputs oħra tad-demel

-

-

 

Demel tal-bhejjem importat

Q

NC, PC

 

Inputs oħra tad-demel

Q

NC, PC

Q:

Kwantità tad-demel (1 000 tunnellata)

NC:

Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nitroġenu (kg ta’ nitroġenu għal kull tunnellata ta’ demel)

PC:

Koeffiċjenti tal-kontenut tal-fosforu (kg ta’ fosforu għal kull tunnellata ta’ demel)

Perjodu ta’ referenza: Sena kalendarja

Livell ġeografiku: Livell nazzjonali

Taqsima II

Deskrizzjoni tal-unitajiet tal-kejl

Kwantità tad-demel (1 000 tunnellata): tirreferi għall-medji annwali fuq perjodu ta’ ħames snin (medji mobbli) tal-ammont ta’ (i) demel iġġenerat fl-azjendi agrikoli li jitneħħa b’mod attiv mill-użu nej bħala nutrijenti tal-pjanti fl-agrikoltura u (ii) inputs tad-demel li jiġu minn sorsi mhux koperti mis-sett tad-data 6.

Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti: tirreferi għall-medji annwali fuq perjodu ta’ ħames snin (medji mobbli) tal-kontenut tan-nutrijenti elementali – N u P – (f’kg) f’tunnellata ta’ demel. Il-koeffiċjenti għandhom jirrappreżentaw il-kontenut tan-nutrijenti fil-kwantitajiet tad-demel irrappurtati fis-sett tad-data.

Rekwiżiti tekniċi

(1)

Il-kwantitajiet annwali medji tad-demel u l-koeffiċjenti medji tal-kontenut tan-nutrijenti fuq perjodu ta’ ħames snin għandhom ikopru s-sena ta’ referenza tad-data u l-erba’ snin preċedenti.

(2)

Il-kwantitajiet annwali medji u l-koeffiċjenti medji tal-kontenut tan-nutrijenti, għal kull sena tul il-perjodu ta’ ħames snin, ikkalkulati kif deskritt hawn fuq, għandhom jintbagħtu flimkien sal-iskadenza indikata fis-sett tad-data.


(*1)  Kif iddikjarat fl-Artikolu 4, id-data għal dan is-sett tad-data għandha tingħata għall-ewwel darba sat-30 ta’ Novembru 2029 u tkun tinkludi s-snin ta’ referenza 2026, 2027 u 2028. Wara din it-trażmissjoni inizjali, japplikaw l-iskadenzi indikati hawn fuq.

(1)  n.e.c.: mhux klassifikati band’oħra.

(2)  Il-koeffiċjent li jrid jingħata għal kull ettaru ta’ erja ewlenija.

(*2)  Kif iddikjarat fl-Artikolu 4, id-data għal dan is-sett tad-data għandha tingħata għall-ewwel darba sat-30 ta’ Novembru 2029 u tkun tinkludi s-snin ta’ referenza 2026, 2027 u 2028. Wara din it-trażmissjoni inizjali, japplikaw l-iskadenzi indikati hawn fuq.

(*3)  Kif iddikjarat fl-Artikolu 4, id-data għal dan is-sett tad-data għandha tingħata għall-ewwel darba sat-30 ta’ Novembru 2029 u tkun tinkludi s-snin ta’ referenza 2026, 2027 u 2028. Wara din it-trażmissjoni inizjali, japplikaw l-iskadenzi indikati hawn fuq.

(*4)  Kif iddikjarat fl-Artikolu 4, id-data għal dan is-sett tad-data għandha tingħata għall-ewwel darba sat-30 ta’ Novembru 2029 u tkun tinkludi s-snin ta’ referenza 2026, 2027 u 2028. Wara din it-trażmissjoni inizjali, japplikaw l-iskadenzi indikati hawn fuq.

(*5)  Kif iddikjarat fl-Artikolu 4, id-data għal dan is-sett tad-data għandha tingħata għall-ewwel darba sat-30 ta’ Novembru 2029 u tkun tinkludi s-snin ta’ referenza 2026, 2027 u 2028. Wara din it-trażmissjoni inizjali, japplikaw l-iskadenzi indikati hawn fuq.

(*6)  Kif iddikjarat fl-Artikolu 4, id-data għal dan is-sett tad-data għandha tingħata għall-ewwel darba sat-30 ta’ Novembru 2029 u tkun tinkludi s-snin ta’ referenza 2026, 2027 u 2028. Wara din it-trażmissjoni inizjali, japplikaw l-iskadenzi indikati hawn fuq.

(*7)  Kif iddikjarat fl-Artikolu 4, id-data għal dan is-sett tad-data għandha tingħata għall-ewwel darba sat-30 ta’ Novembru 2029 u tkun tinkludi s-snin ta’ referenza 2026, 2027 u 2028. Wara din it-trażmissjoni inizjali, japplikaw l-iskadenzi indikati hawn fuq.


ANNESS III

Speċifikazzjonijiet metodoloġiċi

Sett ta’ data ii.6 - Koeffiċjenti tal-eskrezzjoni tan-nutrijenti tal-bhejjem

(1)

Koeffiċjent tal-eskrezzjoni grossa (jiġifieri mingħajr ma tiġi eskluża l-volatilizzazzjoni) għandu jiġi kkalkulat għal kull kategorija tal-bhejjem meħtieġa fis-sett tad-data.

(2)

Il-koeffiċjenti tal-eskrezzjoni għandhom jiġu kkalkulati skont approċċ ta’ bilanċ tal-massa li jkun komuni għall-Istati Membri kollha. Il-bilanċ tal-massa tfisser li l-eskrezzjoni tan-nutrijenti tiġi kkalkulata billi mill-konsum tan-nutrijenti fl-għalf titnaqqas iż-żamma tan-nutrijenti fil-prodotti tal-annimali permezz tal-formula:

X eskrezzjoni = X konsum – X żamma

Fejn:

—

“X” tfisser in-nutrijent (N: nitroġenu jew P: fosforu);

—

“eskrezzjoni” tfisser l-eskrezzjoni totali (feċi u awrina) tan-nutrijent (kg għal kull ras ta’ annimal fis-sena);

—

“konsum” tfisser il-konsum totali tan-nutrijenti permezz tal-għalf tal-bhejjem (kg għal kull ras ta’ annimal fis-sena);

—

“żamma” tfisser l-ammonti totali tan-nutrijent miżmuma fil-ħalib, fil-laħam, fil-bajd, fis-suf, eċċ., (kg għal kull ras ta’ annimal fis-sena).

Għal kull kategorija ta’ bhejjem, l-erba’ moduli li ġejjin jistgħu jiġu distinti f’dan il-bilanċ tal-massa: il-konsum tal-għalf, il-kompożizzjoni tal-għalf (jiġifieri l-kontenut tan-nitroġenu u tal-fosforu fl-għalf), il-produzzjoni tal-bhejjem, u l-kompożizzjoni tal-prodotti tal-bhejjem (jiġifieri l-kontenut tan-nutrijenti).

(3)

Il-kategoriji tal-bhejjem li għalihom jiġu kkalkulati l-koeffiċjenti tal-eskrezzjoni għandhom korrispondenza diretta ma’ dawk elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2745 tat-8 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar il-produzzjoni tal-annimali. Il-koeffiċjenti tal-eskrezzjoni għandhom jippermettu l-valutazzjoni tal-inputs tan-nutrijenti abbażi tan-numri tal-bhejjem trażmessi lill-Eurostat fil-qafas ta’ dan ir-Regolament. Dawn in-numri jirrappreżentaw:

—

Il-popolazzjoni tal-bhejjem f’data partikolari tas-sena f’Novembru/Diċembru, jew inkella

—

Il-popolazzjoni medja tal-bhejjem tul is-sena kalendarja ta’ referenza.

Il-popolazzjoni tal-bhejjem f’data partikolari ma tirriflettix il-bidliet staġunali fin-numri tul is-sena li jsiru bħala parti mill-attivitajiet agrikoli u kulturali normali. Għalhekk, il-koeffiċjenti tal-eskrezzjoni għandhom jiġu kkalkulati biex ikunu jirriflettu dawk il-bidliet staġunali.

(4)

Il-kalkoli għandhom iqisu wkoll importazzjonijiet u esportazzjonijiet sinifikanti ta’ annimali ħajjin tul sena.

(5)

Meta jiġu kkalkulati l-koeffiċjenti, għandhom jitqiesu mqar dawn is-suġġetti, meta jaffettwaw il-ħmieġ:

—

Ir-razez tal-annimali (eż. razez żgħar vs kbar, produttività baxxa vs għolja);

—

Il-livell tal-produzzjoni (eż. il-produzzjoni tal-ħalib għal kull baqra fis-sena, l-għadd ta’ ħnienes għal kull ħanżira fis-sena, l-annimali żgħar vs tal-età);

—

Organiċi vs konvenzjonali;

—

Il-bidliet staġunali fl-għalf disponibbli u kkunsmat u fix-xejriet tal-konsum;

—

Ir-razzjonijiet tal-għalf (eż. livell baxx vs għoli ta’ proteina, livelli baxxi vs għoljin ta’ fosforu fl-għalf, kontenut enerġetiku);

—

L-użu tal-addittivi tal-għalf fl-għalf tal-annimali (inkluż il-fitażi jew l-amminoaċidi sintetiċi), speċifikament awtorizzati biex itejbu l-effiċjenza diġestiva;

—

Il-ġestjoni tal-għalf relatata mad-differenzi fis-sistemi tal-akkomodazzjoni, inkluż ir-ragħa vs sistemi tar-ragħa ristretti vs sistemi ta’ ragħa żero jew annimali fil-gaġeġ vs annimali mrobbija fil-beraħ.


ANNESS IV

Deskrizzjonijiet

Nutrijenti fil-fertilizzanti għall-agrikoltura

Nutrijenti: tirreferi għall-forma elementali tan-nitroġenu (N), tal-fosforu (P) u tal-potassju (K).

Fertilizzant: tirreferi għal prodott li jipprovdi n-nutrijenti lill-pjanti u lill-faqqiegħ.

Fertilizzant inorganiku: tirreferi għal fertilizzant li jkun fih jew jerħi nutrijenti f’forma minerali, għajr il-fertilizzant organiku jew organominerali.

Użati fl-agrikoltura: tirreferi għall-fertilizzanti użati fl-attivitajiet agrikoli fis-sena ta’ referenza. Dan jinkludi l-kwantitajiet tal-fertilizzanti li jinxtraw, jingħataw b’xejn jew li jitpartu għall-kostijiet tat-trasport biss, u arranġamenti simili oħra.

Fertilizzant inorganiku dritt: tirreferi għal fertilizzant inorganiku b’kontenut dikjarat ta’ wieħed biss minn dawn li ġejjin: in-nitroġenu (N), il-fosforu (P), u l-potassju (K).

Fertilizzant inorganiku kompost: tirreferi għal fertilizzant inorganiku b’kontenut dikjarat ta’ aktar minn wieħed minn dawn li ġejjin: in-nitroġenu (N), il-fosforu (P), u l-potassju (K).

Fertilizzant organiku: tirreferi għal fertilizzant li fih il-karbonju organiku u nutrijenti ta’ oriġini bijoloġika biss. Il-fertilizzanti organominerali huma inklużi hawnhekk.

Demel mhux ipproċessat tal-annimali: tirreferi għall-ħmieġ tal-bhejjem jew għal taħlita ta’ mifrex, awrina u ħmieġ, qabel xi pproċessar.

Ħama tad-dranaġġ: tirreferi għall-ħama residwa mill-impjanti tad-dranaġġ (it-trattament tal-ilma mormi domestiku jew urban jew b’kompożizzjoni simili), minn tankijiet settiċi u installazzjonijiet simili oħra għat-trattament tad-dranaġġ, li jkun sarlu trattament bijoloġiku, kimiku jew bis-sħana, inħażen fit-tul jew għadda minn xi proċess xieraq ieħor biex jonqsu ġmielhom il-fermentabbiltà tiegħu u l-perikli għas-saħħa li jirriżultaw mill-użu tiegħu.

Fertilizzanti organiċi oħra: tirreferi għal fertilizzant organiku li mhumiex demel mhux ipproċessat jew ħama tad-dranaġġ. Dan jista’ jinkludi fertilizzanti organiċi pproċessati, kompost, diġestat li joriġina mid-demel u li ma joriġinax mid-demel, u prodotti simili oħra.

Fertilizzant organominerali: tirreferi għal koformulazzjoni ta’ fertilizzant inorganiku wieħed jew aktar u ta’ materjal wieħed jew aktar li jkun fih il-karbonju organiku u nutrijenti ta’ oriġini bijoloġika biss. Fertilizzant organominerali jista’ jkollu l-pit, il-leonardite u l-linjite, iżda l-ebda materjal ieħor li jkun fossilizzat jew inkorporat f’xi formazzjonijiet ġeoloġiċi.

Bilanċi tan-nutrijenti

L-oġġetti tal-għelejjel huma definiti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1538 tal-25 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel.

L-oġġetti tal-bhejjem huma definiti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2745 tat-8 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar il-produzzjoni tal-annimali.

Residwi tal-għelejjel: tirreferi għall-partijiet tal-pjanti – inkluż fuq u taħt l-art – li ma jinħasdux bħala l-prodott ewlieni tal-għelejjel. Dawn jistgħu jitħallew fl-għalqa jew jitneħħew mill-għalqa.

Iffissar bijoloġiku tan-nitroġenu: tirreferi għall-proċessi li jikkonvertu n-nitroġenu molekulari fl-arja f’ammonijaka (NH3) jew f’komposti nitroġenużi relatati fil-ħamrija bi proċessi bijoloġiċi.

Depożizzjoni atmosferika tan-nitroġenu: tirreferi għall-proċessi li jiddepożitaw il-partiċelli u l-gassijiet fl-arja tan-nitroġenu fil-ħamrija, fil-veġetazzjoni, fl-ilmijiet, u f’uċuħ oħra; dan permezz tal-preċipitazzjoni (xita, borra, sħab u ċpar) – depożizzjoni mxarrba tan-nitroġenu – jew permezz ta’ proċessi atmosferiċi kumplessi bħas-sedimentazzjoni, l-impattazzjoni, u l-adsorbiment – id-depożizzjoni niexfa tan-nitroġenu. Dan jinkludi d-depożizzjoni ta’ nitroġenu mnaqqas li joriġina mill-emissjonijiet tal-ammonijaka, prinċipalment mill-agrikoltura, u d-depożizzjoni ta’ nitroġenu ossidizzat li joriġina mill-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu, prinċipalment mill-industrija u mill-karozzi/trakkijiet.

Kejl gross tal-eskrezzjoni: tirreferi għad-demel kollu ġġenerat mill-popolazzjoni tal-bhejjem, qabel l-irtirar u l-applikazzjoni mill-ġdid tad-demel wara l-ipproċessar (eż. bħala diġestat jew kompost) u mhux eskluża l-volatilizzazzjoni.

Demel tal-bhejjem esportat: tirreferi għall-volum tad-demel mhux ipproċessat li jiġi esportat lejn pajjiż ieħor, inkluż id-demel tal-bhejjem nazzjonali ġġenerat barra mit-territorju nazzjonali permezz ta’ attività agrikola transfruntiera.

Irtirar ieħor tad-demel: tirreferi għad-demel iġġenerat fl-azjendi agrikoli li jitneħħa b’mod attiv mill-użu nej bħala nutrijenti tal-pjanti fl-agrikoltura nazzjonali. Dan jinkludi t-tneħħija għall-produzzjoni tal-enerġija, l-ipproċessar għall-produzzjoni tal-fertilizzanti, id-depożizzjoni waqt ir-ragħa f’żoni barra miż-żona agrikola użata, jew ir-rimi. Dan ma jinkludix id-demel tal-bhejjem esportat.

Demel tal-bhejjem importat: tirreferi għall-volum tad-demel mhux ipproċessat li jiġi importat minn pajjiż ieħor, u li jintuża bħala fertilizzant fl-agrikoltura, inkluż id-demel tal-bhejjem mhux nazzjonali ġġenerat fit-territorju nazzjonali permezz ta’ attività agrikola transfruntiera.

Inputs oħra tad-demel: tirreferi għad-demel użat bħala fertilizzant fl-agrikoltura, li joriġina minn sorsi oħra għajr il-produzzjoni tad-demel mill-popolazzjoni tal-bhejjem irrappurtata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2745 tat-8 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika tal-produzzjoni tal-annimali, (eż. id-demel taż-żwiemel) u li ma jkunx jinkludi d-demel tal-bhejjem importat.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2212/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)