28.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 438/11


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2205

tat-22 ta’ Diċembru 2020

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit u d-Dipendenza tal-Kuruna ta’ Guernsey fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom ċerti kunsinni ta’ tjur jew prodotti tat-tjur jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni jew jgħaddu minnha bi tranżitu

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punti (1) u (4) tal-Artikolu 8, u l-frażi introduttorja u l-punt (c) tal-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom it-tjur u l-prodotti tat-tjur (“il-komoditajiet”) jistgħu jiġu importati fl-Unjoni jew jgħaddu minnha bi tranżitu, u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja rispettivi. Jipprevedi li l-komoditajiet jistgħu biss jiġu importati fl-Unjoni jew jgħaddu minnha bi tranżitu, mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet għal pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment, li minnhom il-komoditajiet huma importati fl-Unjoni, li jeħtieġ jitqiesu bħala ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI).

(3)

Ir-Renju Unit ipprovda l-garanziji neċessarji meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 798/2008 sabiex ir-Renju Unit u d-Dipendenza tal-Kuruna ta’ Guernsey jiġu elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Filwaqt li jitqiesu l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, dak il-pajjiż terz u d-Dipendenza tal-Kuruna ta’ Guernsey jenħtieġ li jiġu inklużi fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(4)

Madankollu, minn Novembru 2020, ir-Renju Unit ikkonferma għadd ta’ tifqigħat tas-sottotip H5N8 fit-territorju tiegħu, li wħud minnhom mhumiex se jissolvew sal-1 ta’ Jannar 2021. Għalhekk, it-territorju tar-Renju Unit ma jistax jitqies bħala ħieles minn dik il-marda.

(5)

Ir-Renju Unit ippreżenta informazzjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu u l-miżuri li ħa biex jipprevjeni t-tixrid ulterjuri tal-HPAI. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, kif ukoll il-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, jixraq li jitqiegħdu fis-seħħ restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ tjur jew prodotti tat-tjur miż-żoni affettwati mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit qiegħdu taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat.

(6)

Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(7)

Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata għaċ-Ċina:

“GB - Ir-Renju Unit (*1)

GB-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

 

GB-1

Il-pajjiż kollu tar-Renju Unit, minbarra ż-żona GB-2

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

 

 

A

 

 

WGM

 

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

GB-2

It-territorju tar-Renju Unit li jikkorrispondi għal:

 

 

 

 

 

 

 

 

GB-2.1

Il-Kontea ta’ Yorkshire tat-Tramuntana:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N54.30 u W1.47

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

 

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

 

 

 

 

GB-2.2

Il-Kontea ta’ Yorkshire tat-Tramuntana:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N54.29 u W1.45

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

 

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

 

 

 

 

GB-2.3

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.49 u E0.95

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

 

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

 

 

 

 

GB-2.4

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.72 u E0.15

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

 

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

 

 

 

 

GG - Guernsey

GG-0

It-territorju kollu

BPP, LT20

 

N

 

 

A

 

 


(*1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”.